Ġgantija
![]() |
Dan l-artiklu dwar l-arkitettura huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Ġgantija huwa maqdes kbir li jinsab fix-Xagħra, Għawdex. Huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar tempji importanti, mhux biss f'Għawdex iżda anki f'Malta. It-tempju jismu Ġgantija għax jagħti impressjoni li fih kienu jgħixu il-ġganti. Barra minn hekk il-ġebel tiegħu huwa kbir u b'saħħtu ħafna.
Il-Ġgantija fih żewġ imqades ħdejn xulxin, magħmulin f'bini wieħed, iżda ma jinfdux. Huwa probabbli li dan il-maqdes kien miksi b'kisja ta' tafal minn ġewwa biex jgħatti l-ħaġar, u kien hemm ukoll xi tpinġijiet b' kulur aħmar. Għalkemm fid-disinn u fil-bini il-maqdes jixbaħ ħafna lill-imqades l-oħrajn f'Malta, għandu ħaġa waħda differenti. Il-vojt ta' bejn il-ħitan ta' barra u dawk ta' ġewwa hu mimli mazkan.
It-tempji tal-Ġgantija kienu dikjarati bħala Sit Storiku Dinji mill-UNESCO fl-1980.
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]