Ħal Tarxien
Ħal Tarxien | |
![]() Muntaġġ ta' Ħal Tarxien | |
![]() | |
Pajjiż | ![]() |
Gvern • Sindku |
Joseph Abela (PL) |
Erja | 0.9 km2 (0.3 mi kw) |
Konfini | Fgura, Raħal Ġdid, Santa Luċija, Żejtun |
Popolazzjoni • Total • Densità |
7,597 8,400/km2 (22,000/mi kw) |
Żona tal-ħin • Sajf |
CET (UTC+1) CEST (UTC+2) |
Kodiċi postali | TXN |
Qaddis patrun • Ġurnata |
Marija Annunzjata Mejju |
Websajt | www.tarxienlocalcouncil.org/ |
Ħal Tarxien huwa villaġġ żgħir fil-parti tan-nofsinhar ta' Malta. Dan ir-raħal huwa dar ta' 7,724 raħħala (Diċembru 2008).
Werrej
Storja[immodifika | immodifika s-sors]
Il-villaġġ ta' Ħal Tarxien jinsab fin-nofsinhar ta' Malta u huwa meqjus bħala wieħed mill-eqdem villaġġi abitat minn nies. L-isem Tarxien huwa meħud mill-kelma ‘tirxa’ li tfisser ġebla kbira. L-eżistenza ta’ din il-lokalità tmur lura 4000 sena u skont l-arkeologi t-Tempji Neolitiċi servew ta’ post sakru fejn kienet tiġi adurata l-Mara tal-Fertilità. Ħal Tarxien huwa magħruf għall-eskavazzjonijiet varji ta’ siti storiċi.
Il-popolazzjoni attwali tilħaq id-disat elef resident. Sas-sena 1960 iċ-ċittadini kienu kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom primarjament mill-agrikoltura, speċjalment mill-bejgħ tal-ħalib tal-mogħoż. Illum dan huwa kollu storja tal-passat u ftit fadal nies li jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn prodotti agrikoli.
Knisja[immodifika | immodifika s-sors]
Fin-naħa ta' fuq ta' Ħal Tarxien, fi Triq Santa Marija, tinsab knisja żgħira imma ferm ħelwa li hija msejħa ta' Santa Marija Tar-Rokna. Hija waħda mill-eqdem knejjes u għandha faċċata mill-isbaħ, b'żewġ kampnari pariġġ u bejniethom statwa tal-Madonna tiela' s-sema u warajha koppla żgħira. Jingħad li meta nbniet il-faċċata ta' din il-Knisja, fl-1909, swiet 86 liri Maltin. Wieħed mill-kampnari jsemma leħnu bi tliet qniepen żgħar. Il-forma tal-knisja kif nafuha llum bi speċi ta' koppla saret bejn l-1729 u l-1737.
Il-knisja hija antika ħafna u kienet hemm ħafna qabel ma' Ħal Tarxien sar parroċċa. Infatti naqraw fir-rapport tal-Isqof Cagliares li nbniet għall-ħabta tal-1415 minn Duminka, armla ta' Gentile Azzopardi, li għanietha b'xi renti, fi żmien l-Isqof Antonio di Platamone.
Ġewwa hemm żewġ altari. Il-maġġur għandu kwadru tal-Assunta magħmul fl-1771 minn Rokku Buhagiar u mdawwar bl-iskultura. Fuq l-uniku altar, barra dak tat-titular, f'din il-knisja hemm kwadru ieħor antik tal-Madonna tar-Rużarju bil-Bambin u x-xbihat ta' San Duminku u Santa Katerina, li kien fil-Knisja Parrokkjali qabel is-sena 1770.
Dari f'din il-knisja kien hemm bosta kwadri żgħar pittura għall-wegħdi, xogħlijiet bla valur artistiku iżda ta' siwi storiku. Fost dawn fadal biss tnejn eks voto li huma xhieda tad-devozzjoni antika li kellhom missirijietna speċjalment min-nies tal-baħar lejn il-Verġni Mbierka Mtella' s-Sema.
Dun Frangisk Penza, li għal xi żmien kien il-prokuratur ta' din il-knisja, fl-1909 żejjinha b'faċċata ġdida, żewġ kampnari u statwa ta' Marija Santissima magħmula minn Francesco Faure'. Barra minn hekk, Dun Frangisk kien ħalla f'din il-knisja Kurċifiss artistiku ferm sabiħ tal-avorju mqiegħed ġewwa kaxxa li fuq nett iġġib l-arma ta' Penza.
F'nofs din il-Knisja hemm midfun wieħed mill-aqwa benefatturi tagħha, Lorenzo Bugeja li miet fid-19 ta' Marzu 1800.
Nies famużi[immodifika | immodifika s-sors]
- Dom Mintoff
- Joseph Cassar
- Jimmy Farrugia
- Thea Garrett
- Jesmond Mugliette
- Chris Fearne
- Silvio Parnis
- Pawlu Boffa
Kunsill Lokali[immodifika | immodifika s-sors]
- Farrugia Paul (Sindku, PL)
- Darmanin Keith (Viċi Sindku, PL)
- Agius Frans (PL)
- Vella Maria Doris (PL)
- Bonavia Lawrence (PN)
- Genuis Luke (PL)
- Dalli Ismael (PN)
Ġemellati[immodifika | immodifika s-sors]
Toroq prinċipali[immodifika | immodifika s-sors]
- Misraħ ir-Repubblika
- Misraħ is-Suq
- Triq Birżebbuġa
- Triq Brittanika
- Triq Ħal Tarxien
- Triq id-Dejma
- Triq il-Kbira
- Triq il-Palma
- Triq Paola
- Triq San Anard
- Triq Santa Marija
- Triq Tal-Barrani
- Triq il-Knisja
- Triq iż-Żejtun
- Triq Marju Schembri
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]