Aqbeż għall-kontentut

Il-Marsa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Marsa)
Il-Marsa
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaReġjun tan-Nofsinnhar
Isem uffiċjali MarsaIl-Kunsill Lokali tal-Marsa
Ismijiet oriġinali MarsaIl-Kunsill Lokali tal-Marsa
Kodiċi postali MRS
Ġeografija
Koordinati 35°53′00″N 14°29′41″E / 35.8833°N 14.4947°E / 35.8833; 14.4947Koordinati: 35°53′00″N 14°29′41″E / 35.8833°N 14.4947°E / 35.8833; 14.4947
Il-Marsa is located in Malta
Il-Marsa
Il-Marsa
Il-Marsa (Malta)
Superfiċjenti 2.8 kilometru kwadru
Għoli 5 m
Fruntieri ma' Ħal Luqa
Demografija
Popolazzjoni 4,401 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 356
Kunsill Lokali Marsa

Il-Marsa hija belt fil-qasam tal-Port il-Kbir ta' Malta, b'popolazzjoni ta' 5,389 ruħ (Novembru 2005). L-isem Marsa jfisser "port".[1]

Barra l-Marsa hemm erba' postijiet ohra f’Malta li isimhom jikkonsisti bil-kelma 'marsa' b'kelma oħra marbuta magħha. Dawn huma; Il-Port ta' Marsamxett, Marsaskala, Marsaxlokk u Marsalforn. Kull wieħed għandu rabta ma' xatt il-baħar, u kull wieħed minnhom jagħmel parti minn port, jekk mhux hu nnifsu port. Il-Marsa kienet tissejjaħ hekk għax, bla dubju, kienet tħaddan il-port ġewwieni u importanti. Il-fdal megalitiku fuq Kordin u nħawi fil-qrib kif ukoll oħrajn tal-Feniċi u u r-Rumani marbutin mal-Għolja tal-Ġiżwiti jindikaw biċ-ċar li għal dawn in-nies, il-port kien meħtieġ u importanti.

Fil-fond tal-Port il-Kbir hemm id-daħliet kennija tal-Marsa, post importanti sa mill-qedem. Fil-mappa ta' Malta li ppubblika Jean Quintin fl-1536, hemm indikat il-post ‘Marsa Hortus’. Minn żminijiet aktar imbiegħda, il-post kien magħruf bħala l-Marsa, kelma Għarbija li tfisser "port fejn jankraw il-vapuri".

Id-daħla kienet ukoll magħrufa bħala taż-“żewġ marsiet”, waħda bl-isem ‘Marsa ż-Żgħira’ u l-oħra bl-isem 'il-Marsa il-Kbira'. Tal-ewwel kienet ukoll tissejjaħ Xatt il-Qwabar u kienet tibda minn fejn il-Pont Wharf u tasal fejn saru x-xogħlijiet tal-Gass. Qwabar hi l-plural tal-kelma qabru, li hi ħlejqa anfibja bħal granċ li ġieli ġie msejjaħ ukoll granċ tal-ilma ħelu u li seta' kien komuni madwar il-Marsa. Hekk insibu bebbux għamla ta' qalb, b'qoxra sewda, li kien jinstab fid-daħla u kien jissejjah l-arzell tal-Marsa.

Aktar 'il ġewwa hemm il-Marsa l-Kbira, li tiġbed sa fejn hemm il-knisja ta' Ċejlu. Kienet saret ukoll magħrufa bħala Portu Novu. Iż-żewġ daħliet huma mifrudin mill-“Għolja tal-Ġiżwiti”, li warajha tinfirex il-pjanura l-kbira li tibqa' dieħla sat-truf ta' Ħal Qormi. Hawn wieħed jista' jinnota l-livell baxx tal-art u l-widien, wieħed Wied is-Sewda u l-ieħor Wied il-Kbir, li jaqilbu għal hemm.

Żmien ilu, anke sa ftit qabel il-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann, id-daħla baxxa kienet twassal sat-truf ta' Ħal Qormi, bħal taċ-Ċagħqi jew l-Erba' Qaddisin, fejn kienu nstabu ħafna ċagħaq u ramel. L-inħawi baxxi kienu jiġbru ilma qiegħed li kien jikkawża ħafna malarja. Mal-ilma baħar kien jittella' l-ilma tal-widien. Sa mill-qedem, il-bnedmin li fittxew kenn f'dawk l-inħawi kienu jaħdmu fir-raba' u jkabbru l-uċuħ. Fil-witja jingħad li kien hemm is-simar, kanal tas-sallur, qiegħa mimlija arzell bl-arkati, u menqa mimlija ħut.

Is-sejbiet arkeoloġici li saru f'partijiet differenti tal-Marsa juru li minn żminijiet ilu dal-post kien magħruf man-nies li għexu f'Malta u għarfu jinqdew bil-kenn li joffru l-portijiet tiegħu.

Fi żminijiet medjevali u għal żmien twil wara, il-Marsa kienet tagħmel mal-parroċċa ta' San Ġorġ ta' Ħal Qormi. Iżda meta l-Ħamrun saret parroċċa, it-territorju tal-Marsa reġa' nqasam bejn il-Ħamrun u Ħal Qormi sakemm fl-1913, il-Marsa saret parroċċa u ġabret lura l-art li kienet mifruda minnha. L-art li fuqha hi mibnija llum il-parroċċa tal-Marsa kienet tagħmel parti mit-tliet parroċċi ta' Ħal Qormi, il-Ħamrun u Raħal Ġdid.

Jingħad li fl-1890 fil-Marsa kien hemm 6,200 ruħ u 200 dar, Dan juri li bl-iżvilupp tal-port, in-nies bdew risqin lejn il-post. Dment li l-awtoritajjiet kienu sabu tarf tal-ilmijiet li kienu jġibu l-malarja, il-popolazzjoni setgħet toktor. Din il-problema setgħet kellha effett fuq l-iżvilupp ta' abitazzjoni anke fi żminijiet qodma: l-istoriċi jindikaw li fi żminijiet medjevali kien hemm fil-qrib ir-Raħal Saflieni u jingħad li f'dawk iż-żminijiet, l-irħula fin-naħat ċentrali u tal-Lvant ta' Malta kienu jinstabu fuq xi art x'aktarx ogħla minn inħawi fil-qrib u kien hemm tendenza li jevitaw il-kosta u nħawi baxxi, aktarx minħabba l-malarja.

Imma mal-iżvilupp tal-Port il-Ġdid (Portu Novu), il-Marsa bdiet tikber bħala subborg. Mal-1913 kien innotat li din in-naħa kienet qiegħda dejjem tiżdied fid-djar u fil-fabbriki, tant li kien fiha popolazzjoni ta' eluf ta' nies. Kien hemm madwar 4,000 ruħ. Fiċ-ċensiment tal-1931 kien irreġistrat li kien hemm 7,867 waqt li fl-1948, il-popolazzjoni telgħet għal 11,560 u kien hemm żjieda ta' 46.94%. Iżda wara dan l-għadd beda jonqos: kien hemm 10,672 fl-1957, 9,722 fl-1967 u 7,927 fl-1985. Dan ifisser li sal-aħħar taċ-ċensiment kien hemm nuqqas ta' 18.20%.

Ta' min jinnota li f’dak li għandu x’jaqsam ma' konfini elettorali, fl-1921 il-Marsa kienet tqiegħdet fil-ħames distrett li kien jikludi fih Raħal Ġdid u Ħal Tarxien waqt li mill-1947 tqiegħdet fl-ewwel distrett mal-Belt Valletta.

Ġemellaġġi

[immodifika | immodifika s-sors]

Kunsill Lokali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Josef Azzopardi (Sindku)
  • Joseph Scerri (Vici-Sindku)
  • Francis Debono (Kunsillier)
  • Colin Pace (Kunsillier)
  • Dominic Spencer (Kunsillier)
  • Charmaine Aquilina (Kunsillier)
  • Joe Lia (Kunsillier)

  • Triq l-Ascot
  • Triq l-Assunta
  • Triq Aldo Moro
  • Triq Azzopardi
  • Triq il-Biċċerija
  • Triq Balbi
  • Triq Bajjada
  • Triq Belt il-Ħażna
  • Triq Derby
  • Triq Diċembru 13
  • Triq il-Farfett
  • Triq Fra Diegu
  • Triq l-Għabex
  • Triq il-Ħaddiem
  • Triq Ħal Qormi
  • Il-Moll tal-Ħatab
  • Triq l-Irħam
  • Triq l-Iskola
  • Triq il-Jum
  • Triq il-Kapuċini
  • Il-Moll tal-Knisja
  • Triq il-Marsa
  • Triq Nazzarenu

  • Triq N.Isourd
  • Triq N.Sacco
  • Triq il-Prinċep Albertu
  • Triq Patri Magri
  • Il-Moll tal-Pont
  • Triq il-Qaddiefa
  • Triq ir-Ross
  • Triq is-Sajjieda
  • Triq is-Salib tal-Marsa
  • Triq Sant'Anna
  • Triq San Bernard
  • Triq San Franġisk
  • Triq San Mikiel
  • Triq San Pietru
  • Triq San Tumas
  • Sqaq Sannat
  • Triq is-Sebħ
  • Triq Simpson
  • Triq is-Sliem
  • Triq ix-Xwieni
  • Triq Xemxija
  • Triq Żerafa
  • Triq iż-Żimelli

  1. ^ "Marsa Local Council - Town at a Crossroad: History of Marsa". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-14. Miġbur 2013-03-04.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]