Birkirkara
| Birkirkara | |||
|---|---|---|---|
|
| |||
|
| |||
|
| |||
| Amministrazzjoni | |||
| Stat sovran | Malta | ||
| Reġjuni ta’ Malta | Reġjun tal-Lvant | ||
| Kap tal-Gvern |
Q133891709 | ||
| Ismijiet oriġinali | Birkirkara | ||
| Kodiċi postali |
BKR | ||
| Ġeografija | |||
| Koordinati | 35°54′N 14°28′E / 35.9°N 14.47°EKoordinati: 35°54′N 14°28′E / 35.9°N 14.47°E | ||
|
| |||
| Superfiċjenti | 2.70 kilometru kwadru | ||
| Għoli | 40 m | ||
| Fruntieri ma' | Ħal Balzan, L-Iklin, Ħal Qormi, Santa Venera, L-Imsida, San Ġwannu Ħ'Attard | ||
| Demografija | |||
| Popolazzjoni | 24,356 abitanti (Jannar 2019) | ||
| Informazzjoni oħra | |||
| Kodiċi tat-telefon |
48 | ||
| Żona tal-Ħin | UTC+1 | ||
| birkirkaralc.gov.mt… | |||
Birkirkara hija belt fiċ-ċentru ta' Malta. Hija waħda mill-aktar ibliet popolati fuq il-gżira, bit-29,482 abitant fl-2024.[1] Il-belt tikkonsisti f'ħames parroċċi awtonomi: Santa Elena, San Ġużepp Ħaddiem[2], il-Madonna tal-Karmnu[3], Santa Marija [4] u San Ġorġ Preca (Swatar)[5]. Il-Mottu tal-belt huwa "In hoc signo vinces" ("B'dan is-sinjal inti tirbaħ") għall-viżjoni tas-salib li kellu l-Imperatur Kostantinu bin Santa Elena, li wasslet għall-konverżjoni tiegħu għall-fidi Nisranija, u l-arma għandha salib aħmar sempliċi, b'kuruna fuqha.
Etimoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]Birkirkara tfisser “ilma kiesaħ” jew “ilma mexxej"[6] L-isem jirreferi ghal post ta' wied fil-belt.[7]
Oriġinarjament, l-isem kien miktub bħala Birchircara, b'influwenza mill-ortografija Taljana li tradizzjonalment ma tużax l-ittra “K”. Ta’ spiss jitqassar bħala B’kara/Kara.
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]Birkirkara tinsab f’wied. Minhabba din il-pozizzjoni, hija maghrufa għall-għargħar fi ġranet b’maltempati kbar billi l-ilma li jaqa fin-Naxxar, Ħ'Attard u Ħal-Balzan jispicca jghaddi minnha.[8] Ġew proposti diversi proġetti biex jghinu f'dan ir-rigward.[9]
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Birkirkara ghandha klima Mediterranja Csa taħt il-klassifikazzjoni tal-Klima Koppen[10] Birkirkara tgawdi xtiewi ħfief bi ftit xita u sjuf sħan xotti. It-temperatura tal-belt tvarja minn 10 sa 31 °C (50.5 sa 87.3 °F) matul is-sena[11]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Birkirkara hija waħda mill-eqdem bliet f’Malta b’referenza rrekordjata fl-1402 fil-kitba ta' Luttrell, Anthony T, Cappella of Birkarkam [12] Hija ssemmiet fir-Rapport Ekkleżjastiku tal-1436 li jsemmi l-parroċċi f’Malta u Għawdex li kienu jeżistu dak iż-żmien, li minnhom Birkirkara ħareġ bħala l-akbar parroċċa[13]. Matul is-snin żviluppaw diversi parroċċi u subborgi minn Birkirkara, fosthom Sliema, San Ġiljan, Imsida, il-Ħamrun fis-seklu 19 u Santa Venera fil-bidu tas-seklu 20. Fis-snin aktar reċenti, San Ġwann (1965) u Tal-Ibraġ li hareg minn Birkirkara biex jifforma parti mill-lokalità tas-Swieqi fl-1993.
Tul is-snin Birkirkara kibret f’ċentru kummerċjali importanti kif ukoll f’żona residenzjali b’densità għolja ta’ popolazzjoni.
Knejjes
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Parroċċa ta' Birkirkara kienet ilha mill-1360 bil-kappella ta' Santa Elena fil-limiti tal-Għargħar. Fl-1436, l-Isqof Mons. Dusina rrikonoxxiha bħala waħda mill-għaxar Parroċċi ta' Malta. Fil-5 ta' Diċembru 1630, Papa Urbanu VIII waqqaf il-Kolleġjata Elenjana permezz ta' Bolla Papali bl-isem "Sacri Apostolatus Ministerio". Dan kien fi żmien il-Kappillan Dun Filippu Borgia (1567-1649).
Il-Knisja ta' Santa Elena
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Knisja ta' Santa Elena nbniet f'post l-aktar ċentrali ta' Birkirkara u akbar fid-daqs minn ta' qabilha, u hi r-raba' knisja parrokkjali. Din bdiet tinbena fl-1727, l-Isqof Gaspare Gori Mancini qiegħed l-ewwel ġebla tal-Knisja. Taħt l-ewwel ġebla tqiegħdu midalja ta' Santa Elena kif ukoll l-ismijiet tal-Papa u l-Isqof ta' dak iż-żmien. Fl-20 ta' Ottubru 1782, l-Isqof Vincenzo Labini ikkonsagra l-Knisja taħt it-titlu tal-Imperatriċi Santa Elena. Fit-18 ta' Jannar 1950, Papa Piju XII għolla l-Knisja għall-unur ta' Bażilka Minuri bl-unuri kollha.
Knisja l-Qadima
[immodifika | immodifika s-sors]Il-knisja ta’ Santa Marija, magħrufa bħala l-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara, tinsab il-barra miċ-ċentru storiku ta’ Birkirkara, fuq il-naħa l-oħra tal-wied. Inbniet għall-ħabta tal-1607 fuq pjanta ta' Vittorio Cassar, iben Ġlormu Cassar. Meta Vittorio Cassar miet, fl-1607, ix-xogħol fuq il-knisja tkompla minn Tommaso Dingli.
Fil-post fejn hemm il-knisja llum, qabel kien hemm knisja medjevali. Meta l-Kapitlu iddeċieda li jitlaq mill-knisja u jmur fil-Knisja ta’ Sant’ Elena riedu jwaqqgħu l-knisja l-qadima. Wara 120 sena il-knisja ingħalqet u ġiet abbandunata.
Dun Gejtanu Mannarino, magħruf għar-Rewwixta tal-Qassisin tal-1775, indifen f’din il-knisja. Matul il-Pesta l-Kbira tal-1813, f'din il-knisja ndifnu l-mejtin.
Sa madwar l-1850 il-koppla tal-Knisja kienet għadha f’postha, imma partijiet mis-saqaf kienu ga waqgħu sa mill-1830.
Fl-1969, beda xogħol kbir fuq din l-knisja biex tkun tista' terġa' tibda tintuża wara ħafna snin ta’ abbandun totali.
Fl-1992, l-Arcisqof Ġużeppi Mercieca kien ħass il-bżonn pastorali li din iż-żona ta’ Birkirkara tkun awtonoma, jiġifieri indipendenti mill-parroċċa ta’ Sant’ Elena. Nhar it-8 ta’ Mejju 2005, iż-żona pastorali awtonoma ta’ Santa Marija reġgħet saret Parroċċa għaliha.
Arkitettura u Postijiet Importanti
[immodifika | immodifika s-sors]Birkirkara jospita ħafna postijiet importanti:
- Malta Financial Services Authority (MFSA), ir-regolatur finanzjarju ta’ Malta għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu f’Birkirkara.
- l-Akwadott ta’ Wignacourt mibni fis-seklu 17.
- Il-Bażilika ta’ Sant' Elena, li tospita l-akbar qanpiena tal-knisja f’Malta.
- Simonds Farsons Cisk – l-ewwel Birrerija f'Malta
- Dar Papa Frangisku – Kenn immexxi mill-fergħa Maltija ta’ Caritas Internationalis
- Villa Chelsea issa dar il-Fondazzjoni Richmond – Karità li toffri Programmi ta’ Riabilitazzjoni
- l-Istazzjon l-Antik tal-Ferrovija li llum jinsab fi ġnien pubbliku. Il-ferrovija ta’ Malta li kienet tintuza bħala mezz ta’ trasport importanti kienet tieqaf hawn. Il-Ferroviji ngħalqu fl-1931.
- Torri ta' Birkirkara (Ghar il-Gobon)
Monumenti
[immodifika | immodifika s-sors]- Monument ta' Sir Anthony Mamo
- Nicca ta' l-Erwieh [14]
Kunsill Lokali ta' Birkirkara
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Kunsill ta' Birkirkara jinsab fit-tieni sular tac-Centru Civiku f' Birkirkara. Il-membri tal-Kunsill preżenti huma dawn:[15]
- Desirei Grech (Sindku)
- Maurizio Gauci (Viċi Sindku)
- Yana Borg Debono Grech
- Kaylocke Buhagiar
- Alfred Attard
- Jade England
- Rosette Cassar
- Luke Vella
- Antoine Attard
- Stefano Sicari
- Karl Cutajar
- Marie Claire Zammit Bonello
- Gilmour Borg
Żoni f'Birkirkara
[immodifika | immodifika s-sors]Sport
[immodifika | immodifika s-sors]F'Birkirkara is-St. Joseph Sports Club[16] huwa magħruf l-aktar għas-sezzjoni tal-Atletika tiegħu, iżda għandu wkoll sezzjonijiet attivi ohra bħaċ-ċikliżmu[17], it-triathlon[18], l-għawm[19], u t-team tal-futbol li jikkompeti fil-Kompetizzjoni tal-IASC (Inter Amateur Soccer Competition - Malta)[20]
Birkirkara F.C.[21] rebaħ il-Premier League Malti erba’ darbiet [22] u pparteċipat fl-EUFA Europa League fl-2015-16.[23]
Mwielda fil-Lokalita'
[immodifika | immodifika s-sors]
Żewġ personalitajiet prominenti mill-lokal huma Eddie Fenech Adami u Alfred Sant, li servew bħala Prim Ministri ta’ Malta għal numru ta’ snin. Birkirkara huwa wkoll il-post fejn twieled l-ewwel President ta’ Malta Anthony Mamo.
Ġemellaġġi
[immodifika | immodifika s-sors]Birkirkara għandha ġemellaġġi ma'
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Migliore, Sharon (2025-07-10). "World Population Day: 11 July 2025" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-18.
- ↑ "Birkirkara (St Joseph the Worker)" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-10-29. Miġbur 2020-08-01. Parametru mhux magħruf
|aċċess=injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=minflok) (għajnuna) - ↑ "Our Lady of Mount Carmel on The Catholic Directory" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|opra=injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=minflok) (għajnuna) - ↑ "St. Mary on The Catholic Directory" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|opra=injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=minflok) (għajnuna) - ↑ "San Gorg Preca - Parish Church - Swatar, Malta". Parametru mhux magħruf
|opra=injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=minflok) (għajnuna) - ↑ https://books.google.com.mt/books?id=krRTAAAAcAAJ&pg=PA90&redir_esc=y#v=onepage&q&f=false
- ↑ https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/53136/1/ISIMHA%20...%20NIESHA%20...%20GRAJJIETHA.pdf
- ↑ http://www.malta.com/en/about-malta/city-village/birkirkara
- ↑ https://www.independent.com.mt/articles/2005-06-25/news/possible-solution-for-birkirkara-flooding-problems-in-the-pipeline-77188/
- ↑ https://www.britannica.com/science/Koppen-climate-classification
- ↑ https://weatherspark.com/y/76321/Average-Weather-in-Birkirkara-Malta-Year-Round
- ↑ https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/38417
- ↑ "Archive copy" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2020-07-25. Miġbur 2020-08-01.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ↑ https://timesofmalta.com/articles/view/one-world-protecting-the-most-significant-buildings-monuments-and.263999
- ↑ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-11-24. Miġbur 2020-08-16.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ↑ https://bkarastjoseph.com/
- ↑ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-11-05. Miġbur 2020-08-16.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ↑ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-11-05. Miġbur 2020-08-16.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ↑ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-11-06. Miġbur 2020-08-16.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ↑ http://www.iascmalta.com/
- ↑ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2024-09-19. Miġbur 2020-08-16.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ↑ https://www.birkirkarafc.com/TheClubHistory.php
- ↑ https://www.independent.com.mt/articles/2016-07-22/football/Europa-League-Birkirkara-make-history-after-splendid-win-in-Scotland-6736161355
- ↑ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-08-05. Miġbur 2020-08-16.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ↑ https://timesofmalta.com/articles/view/local-council-twinnings.124695
- ↑ https://www.wikidata.org/wiki/Q53894
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Kunsill Lokali ta' Birkirkara
- Birkirkara u s-salib
- Empress Helen en fete
- Birkirkara: Informazzjoni ġenerali