Bormla
Mottu: Portus Herculis | |
Isem uffiċjali: | Ingens Amplectitur Agger |
Stat: | ![]() |
Isem tal-abitanti: | Bormliż (m), Bormliża (f), Bormliżi (pl) |
Latitudni: | 35°52' N |
Lonġitudni: | 14′31' E |
Erja: | 0.9 km² |
Popolazzjoni: – Total: – Densità: |
5,658 6,300/km2 |
Konfini: | Birgu, Kalkara, Fgura, Raħal Ġdid, Isla,Żabbar |
Sindku: | Joseph Scerri (PL) |
Qaddis patrun: – Ġurnata: |
Verġni Marija Il-ħames Ħadd ta' Lulju jew l-ewwel Ħadd ta' Awissu |
Malta, l-ikbar waħda mill-grupp ta' tlett ibliet li jifformaw il-Kottonera. Bormla tissejjaħ ukoll Cospicua, laqam li jwassal minn żmien il-Kavallieri, probabilment minħabba s-swar majestużi tagħha. F'Diċembru 2005 kienet tgħodd 6,092 ir-ruħ.
Bormla, hi belt f'Bormla tinsab bejn il-Birgu u l-Isla. Dawn it-tlett ibliet jifformaw żona ta' bini fuq xaqliba mill-Port il-Kbir, faċċata mill-Belt Valletta.
Bormla kienet l-aħħar belt minn dawn it-tlieta li nbniet. Il-fortifikazzjonijiet tagħha, mibnijin mill-Kavallieri ta' San Ġwann, huma tant kbar u felħana li kif tarahom tinduna bis-saħħa u x-xogħol li ntefaq fuqhom.
Il-festa ta' Bormla hi fit-8 ta' Diċembru, f'unur l-Immakulata Kunċizzjoni.
L-oriġini tal-kelma Bormla probabilment jiġi mill-isem Bir-Mula: il-Bir tal-Mulej. Fl-1722 il-Gran Mastru Zondadari ddikjaraha belt, taħt l-isem ta' Ċittà Cospicua. Fl-1776, l-Ordni beda jibni baċir f'Bormla. Minn hawn 'il quddiem, Bormla kellha tkun marbuta ma' l-industrija tat-Tarznari. Minħabba f'hekk, Bormla kienet milquta bl-ikrah fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Nies Magħrufa Bormliżi[immodifika | immodifika s-sors]
- Mario Azzopardi , qaddief tad-dgħajjes tat-tiġrija u kitarrista
- Maggie Borġ , ambjentalista mal-Greenpeace
- Ġużè Chetcuti 1914-2006 , kittieb
- Abram Gatt 1863-1944 , arġentier u statwarju
- Joe. H. Griffiths 1910- , kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol
- Gavino Gulia 1835-1889 , tabib, naturalista, editur ta' Il Barth Maltese
- Carmelo Mifsud Bonnici 1897-1948, politiku u ministru
- Karmenu Mifsud Bonnici 1933- , Prim Ministru ta' Malta 1984-87
- Ugo Mifsud Bonnici 1932- , politiku u President ta' Malta
- Dom Mintoff 6 t'Awissu 1916-2012 , Prim Ministru ta' Malta 1955-58 u 1971-84
- Paolino Vassallo 24 ta' Lulju 1856- 20 ta' Jannar 1923, kompożitur