Immakulata Kunċizzjoni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Omm Alla, matul iż-żminijiet ġiet imsejħa u mżejna b'diversi titli. Wieħed minn dawn it-Titli bikrija żgur li kien dak tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-Festa tiġi ċċelebrata madwar id-dinja nhar it-8 ta' Diċembru. Matul iż-żminijiet dan it-titlu ġie diskuss fit-tul min diversi għorrief u kittieba fosthom il-Beatu Duns Skotus, li bis-saħħa tiegħu l-Ordni Franġiskan baqa' marbut ma' din il-Festa. Iktar tard matul iż-żmien, laħaq kap tal-Knisja Kattolika Giovanni Maria Mastai Ferretti, li ħa l-isem ta' Papa Piju IX. Dan wara ħafna studju u riċerki li għamel, nhar it-8 ta' Diċembru, festa ta' Marija Immakulata, ħareġ f'San Pietru u ddefinixxa d-Domma tal-Immakulata, li biha ġie deċiż li Marija lanqas għal waqt wieħed biss ma seta' jkun li tiċċappas mad-Dnub.