Fontana (Għawdex)
![]() | |
Mottu: Indundatione Ferax (Għammiela għax bl-ilma ġieri) | |
Isem uffiċjali: | Il-Fontana Għawdex |
Stat: | Għawdex, Malta |
Isem tal-abitanti: | Fontanin |
Latitudni: | 36°2 '11" N |
Lonġitudni: | 14°14 '32" E |
Erja: | 0.5km² km² |
Popolazzjoni: – Total: – Densità: |
850 1,794/km² |
Konfini: | Kerċem, Munxar, Rabat, |
Sindku: | Saviour Borg (PN) |
Qaddis patrun: – Ġurnata: |
Il-Qalb Imqaddsa ta' Kristu |
Sit elettroniku: | http://www.fontana.gov.mt/ |
Il-Fontana hu raħal żgħir f'Għawdex b'popolazzjoni ta' madwar 850 ruħ. Ir-raħal oriġina l-ewwel bħala subburg tal-belt Victoria, mibni madwar it-triq li tghaddi mir-Rabat għax-Xlendi.
Il-Fontana hu rreferit ukoll bħala "it-Triq tal-Għajn" b'referenza għall-Għajn li tinsab fl-istess lokal, imsejħa bħala "l-Għajn il-Kbira". L-isem uffiċċjali "Fontana" ġej mit-Taljan, u jfisser "għajn".
Ir-raħal kien minn dejjem magħruf għall-għelieqi fertili u abbundanti li jinsabu fih. Dan jiġi mill-fatt li qrib dan ir-raħal tinsab waħda mill-uniċi sorsi ta' ilma ġieri naturali f'Għawdex. San-nofs tas-seklu 20, il-Fontana kien prinċiparjament raħal tas-sajjieda li kienu jaħdmu fix-Xlendi, tant li l-knisja parrokkjali tar-raħal tħallset mill-flus ta' dawn l-istess sajjieda. Barra minn hekk il-patrun sekondarju tar-raħal hu Sant'Indrija, li hu ukoll il-patrun tas-sajjieda.
Amministrazzjoni u Kunsill Lokali[immodifika | immodifika s-sors]
Ir-Raħal tal-Fontana hu mmexxi mill-Kunsill Lokali Fontana li hu magħmul minn:
- Savior Borg (Sindku, PN)
- Anthony Borg (PN)
- Lorry Apap (PN)
- Victor Cefai (PL)
- Horace Micallef (PL)
Faċilitajiet Komunali[immodifika | immodifika s-sors]
Fir-raħal tal-Fontana, wieħed isib plejgrawnd u ġnien pubbliċi, kif ukoll ċentru ċiviku li preżentament għadu qed jinbena.
Festa tar-Raħal[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Patrun Prinċipali tar-raħal hi l-Qalb Divina ta' Ġesù. Il-festa ssir kull tieni jew tielet ħadd ta' Ġunju, u hi aktar ibbażata fuq iċ-ċelebrazzjonijiet u funzjonijiet reliġjużi. Il-Banda Ċittadina 'La Stella' tal-Belt Victoria normalment tieħu ħsieb u ddoqq fil-festa, bil-qofol tagħha tkun il-purċissjoni bl-istatwa tal-Qalb ta' Ġesù maħduma fl-1923.
Żoni tar-Raħal[immodifika | immodifika s-sors]
- Is-Saqwi
- Ta' l-Għajn
- Wied tal-Lunzjata
Toroq Prinċipali[immodifika | immodifika s-sors]
- Pjazza l-Għejjun
- Triq il-Kappillan Hili
- Triq ix-Xlendi
- Triq l-Isptar San Ġiljan
- Triq Santa Duminka
- Triq Tal-Għajn
- Triq John Gasperd le merchant
- Triq Il-Kardinal Alessandro Franchi
- Triq il-Qalb ta' Ġesu
Toroq Oħra[immodifika | immodifika s-sors]
- Daħlet ir-Razzett
- Sqaq l-Andar
- Sqaq Bieb il-Għajn
- Sqaq l-Għajn Nru.1 - Nru.6
- Sqaq Ta' Fuq il-Lunzjata
- Sqaq Ta' Kaputt
- Sqaq Wara l-Idjar
- Trejqa Grezzja Grima
- Trejqa ix-Xagħri
- Trejqet iċ-Ċentru Parrokkjali
- Trejqet il-Ħarrub
- Triq Għajn Tuta
- Triq Le Marchant John Gaspard
- Triq Mons. Mikiel Buttigieg
- Triq is-Sajjieda
- Triq San Martin
- Triq Ta' Mulejja
- Triq Wied Siekel