Ta' Xbiex
Ta’ Xbiex[1] huwa lokalità u Kunsill Lokali fir-Reġjun Ċentrali ta’ Malta b’popolazzjoni ta’ 2148[2]. Din il-lokalita tinsab f''żona żgħira fuq il-kosta fi hdan l-Port ta' Marsamxett, bejn l-irħula ta’ Msida u Gzira.
Etimoloġija[immodifika | immodifika s-sors]
Jingħad li l-Isem Ta' Xbiex ġej mil-kelma Maltija ‘Tbexbex’ li tiddeskrivi ix-xemx tiela. Oħrajn jgħidu li isem Ta' Xbiex jista’ joriġina mill-kelma “Xbiek”. Dan minħabba x- xbieki tas-sajd li kienu jidhru fuq ix-xatt waqt li qed jintużaw mill-baħħara u sajjieda tal-lokal. [3] Fil-fatt, l-emblema u l-bandiera tal-lokalita' turi rota ta’ vapur biex tkompli tikkonferma l-konnessjoni mal-baħar[4]
Arkitettura u Bini Storiku[immodifika | immodifika s-sors]
Ħafna mid-djar antiki f’Ta’ Xbiex issa jospitaw numru ta’ ambaxxati barranin. Whitehall Mansions, binja li tinsab faċċata tal-Marina fit-triq principali, saret indirizz prestiġjuż u hija eżempju ta'arkitettura kolonjali. F'dan il-bini nsibu diversi ambaxxati, wħud minnhom dawk tal-Eġittu, Italja, Spanja, Ġermanja, Awstrija, Irlanda, Awstralja u tar-Renju Unit. Fl-1950s dan il-bini kien magħruf bħala The Wrennery u kien jintuża bħala residenza ghan-nisa li kienu jservu fis-servizzi Navali Brittanici.
Fil-lokalita nsibu għadd ta’ fornituri ta’ servizzi bħal kumpaniji tal-assigurazzjoni, kumpanniji Legali, Awdituri u Professjonijiet oħra.
Fost il-vilel oriġinali li jinsabu fit-toroq faċċata tal-baħar, wieħed isib lil Villa Oxania, li kienet ir-residenza tat-tabib u arkeologu Sir Temi Zammit (1864-1935). Vicin insibu wkoll Villa Cloe, id-dar ta’ Sir Arturo Mercieca (1878-1969), President għal żmien twil tal-Qrati Maltin u mexxej politiku magħruf sew.
Knisja San Ġwann tas-Salib[immodifika | immodifika s-sors]
Din il-knisja saret parroċċa fl-1969 u hija mmexxija mill-Karmelitani Tereżjani. Il-Knisja hija mibnija fuq stil Ruman. Hija magħrufa għas-Salib pjuttost uniku tagħha li huwa 420 ċm għoli u 240 ċm wiesgħa.[5] Dan is-salib tpoġġa f'postu fl-1971. Huwa magħmul mill-azzar u huwa bbażat fuq tpinġija ta' San Ġwann tas-Salib. Jinghad li jista jkun l-akbar riproduzzjoni tat-tip tiegħu fid-dinja[6]
Tbaħħir[immodifika | immodifika s-sors]
Fis-snin ħamsin diversi bastimenti ta' l-armata navali Ingliża kienu irmiġġati f'din iz-zona. Sal-lum, Ta’ Xbiex jospita ħafna dgħajjes privati kemm irregistrati Malta kif ukoll min-nazzjonalitajiet diversi li jagħmlu dan il-post id-dar tal-irmiġġ tagħhom għal soġġorni qosra kif ukoll twal.[7]
Ir-Royal Malta Yacht Club flimkien mal-bini tiegħu jinstab mal-kosta ta' Ta’ Xbiex u jospita ta' kull sena t-Tiġrija Rolex Middle Sea li hija popolari ħafna ma' dawk li għandhom ghal qalbhom dan l-isport. Dan il-klabb tal-jottijiet issa qed igawdi minn bini u faċilitajiet moderni fuq sit li gie rrinovat fl-2008. Il-Marina ta' din l-għaqda tospita 65 irmiġġ fil-Yacht Marina tagħha.[8]
L-Msida & Ta’ Xbiex Yacht Marina hija l-akbar Marina f' Ta' Xbiex u toffri 720 spazzju tal-irmiġġ. Din il-Marina hija magħrufa ghall-post stratiku u ċentrali tagħha li joffri kenn mill-irjieħ tal-Majjistral tal-Punent, filwaqt li l-brejkwater jipproteġiha kontra irjihat gejjin mil-Grigal.[9]
Hemm ukoll għadd ta’ ristoranti tul il-kosta li jaqdu l-komunità tal-jottijiet filwaqt li joffru wkoll veduti spettakolari tal-Belt Valletta u l-Furjana.[10]
Sport[immodifika | immodifika s-sors]
Ta’Xbiex jifforma parti minn triq tul il-kosta li tibda mill-Pieta u tispicca San Ġiljan. Hija rotta popolari ħafna għal dawk li jipprattikaw il-giri jew mixi li jghaddu minn Ta' Xbiex waqt li jgawdu veduti storiċi, veduti tal-baħar kif ukoll il-kummerc tal-postijiet bieżla bħall-Gżira, Sliema u San Ġiljan.[11]
Kunsill Lokali[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex huwa magħmul minn:
Sindku: Maximillian Zammit
Vici Sindku: Oriana Calleja
Kunsilliera: Louise Cachia Castelletti
Eugenio Muscat
Rosario Portelli
Segretarja: Yasmine Tonna
Toroq prinċipali f'Ta' Xbiex[immodifika | immodifika s-sors]
- Triq Giuseppe Calì
- Triq Abate Rigord
- Triq Enrico Mizzi
- Triq il-Prinċipessa Margerita
- Triq il-Prinċipessa Eliżabetta
- Triq l-Ambaxxati
- Triq San Ġwann tas-Salib
- Triq Sir Ugo Mifsud
- Triq Testaferrata
- Rampa ta' Ta' Xbiex
- Vjal Sir Temi Zammit
- Xatt Ta' Xbiex
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Malta.), Thomas MacGill (of (1839). A hand book, or guide, for strangers visiting Malta (bl-Ingliż). Tonna. Parametru mhux magħruf
|iktar=
injorat (għajnuna) - ^ "Ta' Xbiex (Locality, Malta) - Population Statistics, Charts, Map and Location". www.citypopulation.de. Miġbur 2021-04-05.
- ^ "Ta' Xbiex in Malta". My Guide Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-05.
- ^ "Ta' Xbiex in Malta". My Guide Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-05.
- ^ "Ta' Xbiex in Malta". My Guide Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-05.
- ^ "St John of the Cross website".
- ^ bridget248 (2019-05-31). "The Ta'Xbiex Yacht Marina" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-05.
- ^ "Marinas & Anchorages". www.rolexmiddlesearace.com. Miġbur 2021-04-05.
- ^ "Creek Developments Msida Marina | The most popular Marina in Malta". Miġbur 2021-04-05.
- ^ "Ta' Xbiex in Malta". My Guide Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-05.
- ^ "Ta' Xbiex". funmalta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-05.