Ħal Balzan
![]() | |
Mottu: Hortibus undique septa | |
Isem uffiċjali: | Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan |
Stat: | ![]() |
Latitudni: | 35°53′53″N N |
Lonġitudni: | 14°27′12″E E |
Erja: | 0.6 km² |
Popolazzjoni: – Total: – Densità: |
4,689 7,815/km2 |
Konfini: | Ħ'Attard, Ħal Lija, Iklin, Birkirkara |
Sindku: | Ian Spiteri (PN) |
Qaddis patrun: – Ġurnata: |
Marija Annunzjata 25 ta' Marzu |
Sit elettroniku: | Sit Uffiċjali |
Ħal Balzan huwa villaġġ fiċ-ċentru ta' Malta. Flimkien ma' Ħ'Attard u Ħal Lija, jifforma parti mit-"Tlett Villaġġi". Ir-raħal kien jikkonsisti fi ftit djar u għelieqi, iżda maż-żmien kiber u fis-seklu 17 sar parroċċa. Fl-2019 gew registrati 4,768 abitant.[1]
Etimoloġija[immodifika | immodifika s-sors]
F’Malta, ħafna ismijiet tal-irħula huma identiċi għal ċerti kunjomijiet tal-familja, bħal Attard u Lija. Għalhekk, xi wħud jemmnu li r-raħal ta' Ħal Balzan wiret ismu minn familja li kunjomha kien Balzan. Balsan (Balzan) letteralment tfisser kollettur tat-taxxa jew kollettur tal-kontribuzzjonijiet. Il-kollettur tat-taxxa dak iż-żmien probabbli kien jgħix f'Ħal-Balzan li kien jifforma parti minn Birkirkara.[2]
Wirt Storiku w Kultura[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Balzan fiha diversi xogħlijiet tal-arti minn pitturi famużi Maltin bħal Giuseppe Calleja, Chev. Emvin Cremona u Paul Camilleri Cauchi.[3] L-istatwa użata fil-festa tar-raħal ċċelebrata fil-ġimgħa ta' 2 ta‘ Lulju, hija minquxa fl-injam mill Salvatore Dimech (is-sartx) u turi l-Madonna flimkien mal- Arkanglu Gabrijel.[4] Il-parroċċa tiċċelebra wkoll l-festa ta San Valentinu.
Bħal Ħ'Attard u Ħal-Lija, Ħal Balzan huwa mfittex bħala post poplari ta' residenza. Il-popolazzjoni żdiedet matul iż-żmien minħabba l-iżviluppi fuq skala kbira bi blokki ta’ appartamenti li qed jinbnew flok vilel antiki u l-ġonna tagħhom. Dan l-iżvilupp qed iseħħ l-aktar fil-periferija tar-raħal, u ċ-ċentru storiku għadu ppreservat. Ħal Balzan huwa villaġġ li jgawdi minn Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana.
Arkitettura[immodifika | immodifika s-sors]
Knejjes[immodifika | immodifika s-sors]
Knisja ta' l-Annunzjata ( Knisja l-Antika)[immodifika | immodifika s-sors]
Din il-knisja nbniet fis-Seklu 17. Kif tlestiet fl-1655, malajr beda jinħass li ma kienitx toffri biżżejjed spazju għall-popolazzjoni li dejjem kompliet tikber. L-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida tqiegħdet fl-1669 u l-binja l-ġdida ġiet imbierek fl-1695. Il-Perit mhux magħruf iżda d-disinn ta' barra jista’ jiġi attribwit lill-istil Toscan. Id-Disinn tal-koppla huwa nfluwenzat mill-Barokk, stijl li kien għadu kif dahal f'Malta f'dawk iż-żminijiet. L-Entratura tal-knisja tinkludi statwa tal-ġebel tal-Madonna f’nicca li fuq quċċata tagħha nsibu tieqa tal-ħġieġ f'forma ta’ ċirku. Il-żelfry nbniet fl-1708 bil-koppla titlesta sena qabel.[5]
Parroċċa ta' l-Annunzjata[immodifika | immodifika s-sors]
Din il-Knisja Parrokkjali, mibnija fis-seklu 17 tinsab fil-qalba tar-raħal. Il-barka u t-tqegħid tal-ġebla tal-fondazzjoni seħħew fis-26 ta’ Diċembru 1669. FR. Domenico Ellul, dak iż-żmien kien Kappillan. In-nies tal-lokal kienet ilha titlob għal knisja akbar biex takkomoda l-popolazzjoni tar-raħal li kompliet tiżdied sena wara sena. Wara ħafna talbiet, inkluża Petizzjoni uffiċjali ppreżentata minn Fr Ellul lil Vigarju Ġeneral Mongr Cauchi, it-talb tagħhom intlaqa. Mons Balaguer ikkonferma id-decizjoni tiegħu uffiċjali fl-11 ta’ Lulju 1663.[6] Il-forma tal-knisja ssegwi r-regoli stabbiliti mill-knisja fil-Kunsill ta’ Trent li jiddettaw li jkun hemm il-bini fil-pjan ta’ salib. In-Nave huwa maħsub biex iwassal għall-altar ewlieni li jiffaċċja l-Lvant, b'spazju allokat b’mod speċjali għall-Kor. Partijiet mill-knisja u l-faċċati tagħha ġew restawrati f’Settembru 2020 bħala parti mill-fondi disponibbli permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. [7]
Knisja ta' l-Assunzjoni[immodifika | immodifika s-sors]
Il-knisja li naraw illum inbniet fl-1846 fuq l-insistenza ta Rev. Salvu Sammut Pullicino li ried jibni knisja fl-istil li kien popolari dak iz-zmien. Fit-Tieni Gwerra Dinjija l-knisja kienet użata bħala dar temporanja għal refuġjati li kienu ħarbu mill-Kottonera. Aktar tard, din il-knisja serviet wkoll bħala spazju ta’ tagħlim għall-istudenti tal-Liġi tal-Università ta’ Malta. Wara l-gwerra kienet użata bħala maħżen għall-istatwi u dekorazzjonijiet oħra użati fil-festa. Wara li giet restawrata hija serviet bħala kappella dedikata għall-adorazzjoni. Quddiem il-knisja nsibu statwa tal-Madonna li tmur lura għall-bidu tas-seklu 19.[5]
Knisja ta' Santu Rokku[immodifika | immodifika s-sors]
Din il-knisja tinsab fi Triq it-Tlett Knejjes.Il-kappella nbniet fl-1593 fl-istess sena li kienet fegget il-Pesta. Il-vittmi taʼ din il-marda ġew midfuna fil knisja. Il-pittura prinċipali fil-kappella turi lil Santu Rokku, San Pawl u San Sebastian, it-tliet qaddisin protetturi kontra l-marda fatali.[8]
Knisja tal-Bon Pastur[immodifika | immodifika s-sors]
Din il-kappella żgħira taghmel parti mill-kunvent tar-Ragħaj it-Tajjeb kienet dedikata lil San Ġużepp. Din ġiet iddisinjata mill-Perit Vincenzo Busuttil u l-kostruzzjoni tal-ġebel thalla f’idejn il-bennej Prim Piju Ebejer.[9][10] Hija Ġiet inawgurata fl-4 ta’ April 1870. Knisja ħafna akbar inbniet matul il-perjodu ta '1898 u1901. Dan il-bini ġdid kien iddedikat lill-Qalb taʼ Ġesù. L-Arċisqof Monsinjur Peter Pace bierek il-kappella fis-7 ta’ Frar 1901.[11]
Ir-Reverenza lil Santu Rokku[immodifika | immodifika s-sors]
Ta' Sikwiet niltaqghu ma' statwi, ismijiet ta' toroq, nicec u monumenti ohra ta' tifkira madwar Malta b'reverenza lil Santu Rokku . Il-twemmin huwa li Santu Rokku huwa l-Qaddis Protettur kontra l-pesta u reverenza lejh tipproteġi l-abitanti kontra l-Pesta u kull forma oħra ta' mard ta' dak iz-zmien. F’Ħal Balzan hemm Knisja, triq kif ukoll Statwa dedikata lil Santu Rokku (Saint Roque). l-istatwa tinsab fil-kantuniera tat-triq bl-istess isem sabiex tissorvelja u tipproteġi n-nies li jgħixu fir-raħal. [12]
Toroq Prinċipali f'Ħal Balzan[immodifika | immodifika s-sors]
- Triq Birbal
- Triq Idmejda
- Triq Il-Kbira
- Triq Il-Mitħna
- Triq It-Tliet Knejjes
- Triq L-Imdina
- Triq San Franġisk
- Vjal De Paule
- Wied Ħal Balzan
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ https://www.citypopulation.de/en/malta/admin/
- ^ https://books.google.com.mt/books?id=krRTAAAAcAAJ&pg=PA89&redir_esc=y#v=onepage&q&f=false
- ^ https://localgovernment.gov.mt/en/lc/Balzan/Pages/Locality/Churches.aspx
- ^ http://mostaarchives.smashyouagainstthewall.com/SalvatoreDimech.html
- ^ a b George Cassar, George Cassar (modifikat minn) A Taste of the History,Culture and Environment of the Central Region of Malta, 1 ed. (English) Valletta Malta, Kite Group [2019], 2019. pġ. 355 978-99957-50-67-1
- ^ (en-gb) Balzan parish church – 350 years from the laying of its foundation stone f'Times of Malta. Aċċess tal-URL: 2021-01-26.
- ^ (mt-MT) Inawgurat ir-restawr tal-knisja parrokkjali ta' Ħal Balzan. 2020-09-20. Aċċess tal-URL: 2021-01-26.
- ^ Churches, Chapels and Feast | Balzan Local Council f'halbalzanlocalcouncil.com. Aċċess tal-URL: 2021-01-26.
- ^ (2004). Mastru Piju Ebejer (mt).
- ^ Inteview: ‘Eternal Seeker of myth and magic’ - The Malta Independent f'www.independent.com.mt. Aċċess tal-URL: 2021-01-26.
- ^ (en-US) History. 2016-04-25. Aċċess tal-URL: 2021-01-26.
- ^ (en) This chapel is dedicated to a saint who is considered protector of plague sufferers f'www.guidememalta.com. Aċċess tal-URL: 2021-01-26.