Marsaxlokk

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Marsaxlokk
Emblema

Mottu: Portus Herculis

Isem uffiċjali: Il-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk
Stat: Malta Malta
Isem tal-abitanti: Xlukkajr (m), Xlukkajra (f), Xlukkajri (pl)

Mappa

Latitudni: 35°50' N
Lonġitudni: 14′32' E
Erja: 4.7 km²
Popolazzjoni:
 – Total:
 – Densità:

3,222
690/km2
Konfini: Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, Marsaskala, Żejtun
Sindku: Steven Grech (PL)
Qaddis patrun:
 – Ġurnata:
Madonna ta 'Pompej
Il-ħames Ħadd ta' Lulju jew l-ewwel Ħadd ta' Awissu
Sit elettroniku: Sit Uffiċjali

Koordinati: 35°50′30″N 14°32′41″E / 35.84167°N 14.54472°E / 35.84167; 14.54472

Port ta' Marsaxlokk
Is-suq tal-ħut f'Marsaxlokk
Luzzu, dgħajsa tradizzjonali, ġewwa Marsaxlokk.
Bajja ta' Marsaxlokk

Marsaxlokk huwa raħal tas-sajd tradizzjonali li jinsab fil-parti tax-xlokk ta' Malta, b'popolazzjoni ta' 3,277 (Diċ 2008). L-isem tar-raħal ġej minn marsa, li tfisser "port" u d-direzzjoni Xlokk.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Kienu fil-bajja tax-Xlokk fejn l-ewwel niżlu l-Feniċi u bdew il-kummerċ f'Malta, matul is-seklu 9 QK. Matul l-Assedju ta' Malta, il-port ta' Marsaxlokk kien użat bħala ankraġġ mill-flotta Torka.

Fuq il-fergħa tat-tramuntana tal-Bajja Marsaxlokk hemm l-għolja Tas-Silġ, li fiha nstabu fdalijiet ta' tempji megalitiċi tal-fażi ta' Ħal Tarxien, b'tibdiliet li saru wara li jixbħu l-mudell ta' Ħaġar Qim. Ukoll materjal ta' Żmien il-Bronż instab imferrex madwar iż-żona. Mill-aħħar tas-seklu 6 QK għaa-seklu 1 WK, l-għolja kienet tintuża bħal sit reliġjuż, notevolment bħala tempju ddedikat għall-Astarte. Marsaxlokk kienet parti miż-Żejtun fl-imgħoddi. Is-sit Tas-Silġ reġa' ntuża għal skopijiet reliġjużi f'xi żmien tar-4 seklu WK, meta kien adattat għar-reliġjon il-ġdida, il-Kristjaneżmu, u sta' ntuża bħala monasteru.

Il-popolazzjoni attwali ta' kuljum ta' Marsaxlokk hija ta 'madwar 4,000. Fil-passat, persentaġġ kbir tal-popolazzjoni kienu jaħdmu bħala sajjieda. Iżda n-numru ta' sajjieda naqas, xi ftit minħabba li nies minn postijiet oħra marru joqogħdu fir-raħal.

Importanza tas-sajd[immodifika | immodifika s-sors]

Ħafna mill-provvisti tal-ħut ta' Malta huma maqbuda mis-sajjieda li jkunu ġejjin minn dan il-port. Il-Pixxispad, it-Tonn, u l-famużi 'Lampuki' jinqabdu f'abbundanza bejn ir-rebbiegħa u tard fil-ħarifa. Matul il-ġimgħa, il-qabda hija meħuda għall-ħut tas-suq fil-belt Valletta, iżda fil-Ħdud, il-ħut jinbiegħ bl-imnut mis-sajjieda fil-miftuħ fuq il-moll. Fetħu bosta ristoranti tal-ħut jissodisfaw id-domanda li dejjem tiżdied. L-influss tat-turisti f'Marsaxlokk attira wkoll ħafna bejjiegħa.


Żoni f'Marsaxlokk[immodifika | immodifika s-sors]

  • Delimara
  • Ħal Ġinwi
  • Il-Ballut
  • Il-Fossa
  • Il-Magħluq
  • Il-Wilġa
  • Kavallerizza
  • Il-Marniżi
  • Marsaxlokk Bay
  • Il-Ponta l-Kbira
  • San Duminku
  • St. Peter's Pool
  • Il-Ponta Tal-Qrejten
  • Tal-Wiċċ
  • Tas-Silġ
  • Torri San Luċjan
  • Xrobb l-Għaġin
  • Port Ruman

Toroq Prinċipali f'Marsaxlokk[immodifika | immodifika s-sors]

  • Triq Delimara
  • Triq it-Torri Vendome
  • Triq iż-Żejtun
  • Triq l-Arżnell
  • Triq Santa Katerina
  • Triq Tas-Silġ
  • Triq Tat-Trunċiera
  • Xatt is-Sajjieda

Marsaxlokk Post Turistiku: Marsaxlokk huwa wkoll famuz mal- baranni u huwa ta' atrazzjoni liema bhala. Huma 'bosta dawk id- dghajjes li jigbdu l- ghajnejn u li wiehed m' ghandux ma jitlefx l- okkazjoni sabiex jiehu xi ritratt ma wiehed minnhom. F' dan il- vilagg jarma wkoll il- monti li gie snin ilu sahansitra qabel ir- restoranti li joffru ikel bnin. Il- monti jahdem dejjem, izda bil- Hadd ikun l- aktar ta' attrazzjoni fejn bosta Maltin u turisti jaghmlu mawra u jzuru lil dan il- vilagg pittoresk. Dan ir- rahal huwa mimli wkoll b'bini storiku li jibda minn tas- Silg, sal- Marnizi, it- torri Vendome, u t- torri ta' San Lucjan.

Timijiet Sportivi f'Marsaxlokk[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb Sport Fundat Kampjonat Grawnd Marsaxlokk Futbol 1949 Premier League Malti Grawnd ta' Marsaxlokk

Gallerija[immodifika | immodifika s-sors]

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

Grech, Joseph Marsaxlokk: 100 sena parroċċa

Abela, Joe Dun Marsaxlokk

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]