Ħaġar Qim

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-faċċata ta' Ħaġar Qim qabel tpoġġiet it-tinda protettiva

Ħaġar Qim huwa kumpless ta' tempji megalitiċi li jinsab fil-gżira Mediterranja ta' Malta u li jiġi mill-perjodu ta' Ġgantija (3600-3200 Q.K.).[1] It-tempji megalitiċi ta' Malta huma fost l-eqdem siti religjużi fid-dinja[2], u ġew deskritti miil-Kumitat tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala "kapolavuri arkitettoniċi uniċi". Fl-1992 l-UNESCO rikonoxxiet lil Ħaġar Qim u erba' strutturi megalitiċi Maltin oħra bħala Siti ta' Wirt Dinji.[3]

Il-bennejja ta' Ħaġar Qim użaw il-ġebla tal-ġir biex jibnu t-tempju. It-tempju sofra tisfif u teħmir fuq il-wiċċ tiegħu tul il-millennji bħala riżultat tal-użu ta' dan il-materjal.[4] Fl-2009 tlestiet il-ħidma fuq tinda protettiva għat-tempju.

Ħarsa ġenerali[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kumpless megalitiku ta' Ħaġar Qim jinsab fit-tarf tan-Nofsinhar tal-gżira ta' Malta.[5]

M'hemm l-ebda midfen fit-tempju jew fiż-żona ta' madwar Ħaġar Qim, u lanqas instab l-ebda għadam ta' bniedem fit-tempji Maltin. Instabu l-għadam ta' varji annimali li ġew offruti bħala sagrifiċċju. Hemm teorija li l-kumpless ta' Ħaġar Qim inbena fi tliet stadji: it-'Tempju l-Qadim' l-ewwel nett, imbagħad it-'Tempju l-Ġdid', u finalment tlestiet l-istruttura s-sħiħa.

Mappa tat-tempji bl-Ingliż

Il-kumpless ta' Ħaġar Qim jikkonsisti f'tempju ewlieni u tliet strutturi megalitiċi addizzjonali maġenbu. It-tempju ewlieni nbena bejn it-3600 u t-3200 Q.K., iżda l-fdalijiet tat-Tramuntana huma ferm eqdem.



Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Heritage Malta - Temples, archaelogical sites and historical buildings". web.archive.org. 2013-09-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-09-03. Miġbur 2022-04-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Malta Temples and The OTS Foundation". web.archive.org. 2014-02-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-02-08. Miġbur 2022-04-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Megalithic Temples of Malta - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2013-10-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-10-30. Miġbur 2022-04-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ Trump, David (2002). Malta prehistory and temples. Fotografu: Daniel Cilia. Midsea Books. p. 142. ISBN 978-99909-93-93-6.
  5. ^ "Geology". web.archive.org. 2012-02-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-20. Miġbur 2022-04-28.