Premier League Malti

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
BOV Premier League

Premier League Malti
Sport Futbol
Fundazzjoni 1909
Nru. ta' timijiet 12
Reġjun Malta
Ċampjin attwali Birkirkara (2012–13)
L-aktar rebħiet Sliema Wanderers (26 titlu)
Sit elettroniku MFA.com.mt
Relegazzjoni għal L-Ewwel Diviżjoni

Il-Premier League Malti, magħruf aħjar bħala l-BOV Premier League għal raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni, huwa l-ogħla livell tal-futbol Malti. Dan huwa organizzat mill-Malta Football Association u ilu jintlagħab mill-1909. Fis-sistema tal-futbol Malti, relegazzjoni minn dan il-kampjonat twassal għall-Ewwel Diviżjoni.

Qabel l-1980, dan il-livell tal-futbol Malti kien magħruf bħala L-Ewwel Diviżjoni. Madanakollu, dan ġie msemmi mill-ġdid għal Premier League fejn għadu hekk sal-lum, sabiex it-titlu tal-Ewwel Diviżjoni ttieħed mil-livell subordinat (preċedentament magħruf bħala It-Tieni Diviżjoni). Skont il-koeffiċjenti tal-UEFA, dan il-kampjonat huwa kklassifikat bħala l-44 l-iktar kompetittiv fost il-membri ta' din il-konfederazzjoni.[1]

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

L-istorja tal-futbol f'Malta tmur lura lejn in-nofs tas-seklu 19 grazzi għall-Ingliżi, minħabba li Malta kienet kolonja tagħhom. Madanakollu, il-logħob kien biss logħob ta' ħbiberija. L-ewwel kampjonat Malti ntlagħab fl-1909–10 u kien jikkonsisti bejn ħames timijiet, bir-rebbieħ tal-ewwel edizzjoni jkun it-tim ta' Floriana. Is-sena ta' wara ma nżamm l-ebda kampjonat, biex b'hekk it-tieni edizzjoni saret fl-istaġun 1911–12. Għal darb'oħra kien it-tim Furjaniż li kiseb it-titlu nazzjonali, tragward li reġa' rrepeta s-sena ta' wara, fejn fiż-żewġ okkażjonijiet ħalla dejjem lil warajh lit-tim tal-Ħamrun.

Kien fil-fatt it-tim Ħamruniż li temm is-sekwenza ta' tliet titli konsekuttivi tat-tim tal-Floriana meta kiseb it-titlu fl-1914. Wara serje ta' kampjonati qabel u matul l-Ewwel Gwerra Dinjija li ma rat l-ebda dominju minn xi tim partikulari, fl-istaġun 1919–20 wasal l-ewwel titlu nazzjonali għal Sliema Wanderers. Flimkien mal-Floriana, is-Sliema ffurmaw dwett imbattibbli fil-kampjonat fejn sal-1940, is-Slimiżi ħadu 11-il titlu waqt li l-Furjaniżi ġabu 9 titli.

Fi tmiem il-gwerra ħareġ avversarju ġdid fit-tiġrja għat-titlu, Valletta, li rnexxielu jwaqqaf il-predominanza taż-żewġ timijiet "kbar" ta' dak iż-żmien, fejn f'erba' snin rebaħ tliet titli. Mill-1948 reġa' ħareġ għad-dawl id-dwett ta' Sliema-Furjana b'10 titli bejniethom (4 għas-Sliema u 6 għall-Floriana).

Fis-snin sittin ra realtà ġdida fil-kamp tal-futbol Malti hekk kif it-tim minn Raħal Ġdid, Hibernians, f'dak id-deċennju kiseb tliet titli. Bejn l-1978 u l-1988, għal ħdax-il staġun, Sliema Wanderers u Floriana naqsu li jżidu trofej oħra mal-vetrina tal-unuri. Fil-fatt kienu Valletta (3 darbiet), Hibernians (3 darbiet), Ħamrun Spartans (3 darbiet), u Rabat Ajax (darbtejn) li kisbu t-titlu nazzjonali.

Fl-istaġun 2005–06 ra lil Sliema Wanderers jitilgħu fl-ewwel post għan-numru ta' tliet nazzjonali mirbuħa, wara r-rebħ tal-kampjonat. Dan poġġiehom b'titlu vantaġġ fuq il-Floriana. Il-millenju l-ġdid wassal ukoll għall-ewwel rebħiet tal-kampjonat nazzjonali lil Birkirkara u lil Marsaxlokk.

Format[immodifika | immodifika s-sors]

Dan il-kampjonat jikkonsisti minn sett ta' tnax-il tim, skont it-tibdliet li ġew introdotti fil-bidu tas-sena 2011,[2] u jinqasam f'żewġ fażijiet. L-istaġun, li jibda minn Awwissu u jintemm fix-xahar ta' Mejju, jingħata l-bidu tiegħu permezz tal-ewwel rawnd fejn kull tim jilgħab kontra t-timijiet l-oħra għal darbtejn. Meta kull tim ikun lagħab 18-il logħba d-diviżjoni tinqasam fi tnejn u l-punti jinqasmu bin-nofs. Dawk li jkunu spiċċaw fl-ewwel sitt postijiet fl-ewwel rawnd jidħlu fiċ-Championship Pool u l-aħħar erbgħa jilgħabu fir-Relegation Pool.

L-ewwel tliet postijiet fil-kampjonat jaffettwaw il-post li jingħata fil-kompetizzjoni tal-UEFA. Ir-rebbieħa tal-kampjonat jidħlu fl-ewwel rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Champions League, waqt li dawk li jikklassifikaw fit-tieni u fit-tielet post jieħdu sehem fl-ewwel rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Europa League. L-aħħar żewġ timijiet mir-Relegation Pool jiġu relegati għall-Ewwel Diviżjoni. Barra minn hekk, klabb ieħor jikkwalifika awtomatikament għat-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Europa League bir-rebħ tal-U*BET FA Trophy.

Klabbs[immodifika | immodifika s-sors]

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' klabbs tal-Premier League Malti.

Il-lista segwenti ta' tnax-il tim huma dawk li se jikkompetu fl-istaġun 2013–14.

Klabb Pożizzjoni
fl-2012–13
L-ewwel staġun
fl-ogħla diviżjoni
L-aħħar staġun
fl-ogħla diviżjoni
Numru ta' staġuni
fl-ogħla diviżjoni
Titli tal-
ogħla diviżjoni
L-aħħar titlu tal-
ogħla diviżjoni
Balzan Youths 0099 2003–04 2012–13 3
Birkirkara 0011 1949–50 2012–13 49 4 2012–13
Floriana 0077 1909–10 2012–13 87 25 1992–93
Hibernians 0022 1932–33 2012–13 73 10 2008–09
Mosta 0066 1974–75 2012–13 6
Naxxar Lions 0122 (L-Ewwel Diviżjoni) 1946–47 2001–02 14
Qormi 0088 1934–35 2012–13 12
Rabat Ajax 01010 1951–52 2012–13 27 2 1985–86
Sliema Wanderers 0044 1909–10 2012–13 93 26 2004–05
Tarxien Rainbows 0055 1986–87 2012–13 8
Valletta 0033 1911–12 2012–13 91 21 2011–12
Vittoriosa Stars 0111 (L-Ewwel Diviżjoni) 1912–13 2010–11 11

Rebbieħa[immodifika | immodifika s-sors]

Prestazzjonijiet skont il-klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Titli Klabb
26 Floriana
26 Sliema Wanderers
25 Valletta
13 Hibernians
9 Ħamrun Spartans
4 Birkirkara
2 Rabat Ajax
1 King's Own Malta Regiment
1 Marsaxlokk
1 St. Georges

† M'għadux jeżisti

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ UEFA.com, ed. (23-11-2012). "Country coefficients 2012/13" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ MaltaFootball.com, ed. (13-01-2011). "Changes to National League, FA Trophy format approved:" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]