Tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta
|
| |||
| Psewdonimu | Knights of St John, Il-Ħomor | ||
|---|---|---|---|
| Assoċjazzjoni | Malta Football Association | ||
| Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
| Kowċ | Devis Mangia | ||
| Rekord ta' preżenzi | Michael Mifsud (143) | ||
| Rekord ta' gowls | Michael Mifsud (42) | ||
| Stadju prinċipali | Grawnd Nazzjonali Ta' Qali | ||
| Kodiċi tal-FIFA | MLT | ||
|
| |||
| Klassifika tal-FIFA | |||
| Pożizzjoni attwali | 169 (Awwissu 2022) | ||
| L-ogħla | 66 (Settembru 1994, Settembru 1995) | ||
| L-inqas | 191 (Lulju 2017, Settembru 2017) | ||
| L-ewwel logħba | |||
|
(Gżira, Malta; 24 ta' Frar 1957) | |||
| L-ikbar rebħa | |||
|
(Ta' Qali, Malta; 26 ta' Marzu 2008) | |||
| L-ikbar telfa | |||
|
(Sivilja, Spanja; 21 ta' Diċembru 1983) | |||
It-tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta hu t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol ta' Malta u hu kkontrollat mill-Malta Football Association. Iffurmat fil-bidu tas-seklu għoxrin, it-tim naqas li javvanza għal xi fażi finali ta' kompetizzjoni internazzjonali. Sa Settembru 2011, in-nazzjonal Malti rnexxielu jikseb biss erba' rebħiet kompetittivi. Minkejja prestazzjonijiet qalbiena kontra timijiet iktar kwotati, speċjalment matul is-snin sebgħin u tmenin, ir-rendiment tat-tim fis-snin riċenti naqas drastikament, b'Malta titlef diversi postijiet fil-klassifika dinjija tal-FIFA.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Is-snin tal-bidu
[immodifika | immodifika s-sors]L-infiltrazzjoni tal-logħba tal-futbol ġewwa l-Gżejjer Maltin taf il-bidu tagħha matul iż-żmien meta Malta kienet kolonja Brittanika. Jidher li l-ewwel partita ntlagħbet fl-4 ta' Marzu 1882 bejn is-suldati tal-gwarniġjon u l-inġiniera rjali. Aktar ma bdew jintlagħbu logħbiet, flimkien mal-fundazzjoni ta' klabbs ġodda bħall-Floriana u St. George's, dan kollu għen biex il-futbol ikompli jikseb ċerta popolarità. Wara li l-federazzjoni Maltija tal-futbol ġiet stabbilita biex tkun tista' tikkontrolla l-attivitajiet sporitvi li jikkonċernaw il-futbol, din il-federazzjoni tat il-ħajja lit-tazza nazzjonali. Iż-żmien ta' qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, jibqa' mfakkar għan-numru ta' klabbs prominenti li żaru l-gżejjer matul iż-żmien tal-Milied għat-turnej li ġew ospitati f'Malta.[1]
Is-snin ħamsin raw id-debutt tat-tim nazzjonali Malti fix-xena internazzjonali, meta Malta lagħbet l-ewwel partita internazzjonali kontra l-Awstrija, nhar il-Ħadd 24 ta' Frar 1957. Il-federazzjoni Maltija ħatret lil Joe Griffiths bħala l-kowċ nazzjonali għal dan l-ewwel konfront,[2] u għamlet stedina lir-referi internazzjonali Taljan Vincenzo Orlandini (li kien irrefja l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1954) sabiex jikkontrolla l-logħba.[3] Quddiem attendenza uffiċjali ta' 17,421 persuna[a] ġewwa l-Empire Stadium tal-Gżira, it-tim Malti mar 3–0 minn taħt bi tnax-il minuta mit-tmiem. Rimonta fl-aħħar minuti wassal biex Malta tnaqqas id-distakk għal gowl wieħed biss, b'żewġ gowls fi tliet minuti ta' Tony Cauchi u Sammy Nicholl. Finalment, l-Awstrijaċi irreżistew l-aħħar assalti biex ħarġu rebbieħa 3–2.
| 24 ta' Frar 1957 |
Malta |
2 – 3 | Empire Stadium, Gżira Attendenza: 17,421[4][5] Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Cauchi Nicholl |
Victor Scerri Ġużi Bonnici Lolly Borg Ninu Calleja Tony Cauchi Joe Cilia Joe Cini Lolly Debattista Pullu Demanuele Sammy Nicholl Għad-dispożizzjoni: George Jones |
Formazzjonijiet | Bruno Engelmeier Ignaz Pusnik Leopold Barschand Ernest Kozlicek Karl Stotz Karl Koller Paul Halla Theodor Wagner Paul Kozlicek Walter Haummer Għad-dispożizzjoni: |
Wara serje ta' partiti ta' ħbiberija li fost oħrajn kienu jinkludu l-pari prestiġjużi ta' 0–0 u 1–1 mat-tim nazzjonali Tuneżin u dak Norveġiż rispettivament, flimkien mar-rebħa ta' 1–0 kontra l-istess Tuneżija, il-federazzjoni Maltija ssieħbet mal-assoċjazzjoni internazzjonali tal-FIFA (1959) u mal-UEFA (1960). Dawn is-sħubiji taw stampa ġdida lill-futbol Malti.
Kampjonati Ewropej 1964
[immodifika | immodifika s-sors]Malta applikat biex tieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej u d-debutt f'kompetizzjoni internazzjonali wasal il-Ħamis 28 ta' Ġunju 1962 meta lagħbet kontra d-Danimarka. Bis-sistema wżata dakinhar kienet dik ta' żewġ partiti (barra u ġewwa darek) bir-rebbieħ jgħaddi għar-rawnd suċċessiv, Malta sofriet f'Kopenħagen, telfa ta' 6–1, waqt li ġewwa l-Gżira, Malta tilfet bl-iskor minimu ta' 3–1. Id-Danimarka għaddiet għar-rawnd tal-aħħar sittax bi skor aggregat ta' 9–2.
| Danimarka |
6 – 1 | Idrætsparken, Kopenħagen | 28-06-1962 | |||||
| O. Madsen Clausen Enoksen Bertelsen |
Theobald |
Referi: Pieter Roomer (Olanda) | ||||||
| Malta |
1 – 3 | Empire Stadium, Gżira | 08-12-1962 | |||||
| Urpani |
O. Madsen Christiansen Bertelsen |
Referi: Raoul Righi (Italja) | ||||||
Kampjonati Ewropej 1972
[immodifika | immodifika s-sors]It-tim nazzjonali Malti kellu jistenna tmien snin oħra biex jidher għal darb'oħra fix-xena internazzjonali. Dan wasal dejjem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1972. Din kienet l-ewwel darba li Malta ħadet sehem f'fażi tal-gruppi, li kienet ġiet adottata mill-UEFA għall-ewwel darba fil-kwalifiki għall-edizzjoni tal-1968. Malta spiċċat fi grupp tqil li kien jinvolvi lill-qawwa tal-Ingilterra, li kienet għadha kemm ġejja minn eliminazzjoni fil-kwarti tal-finali fit-Tazza tad-Dinja 1970, il-Greċja, li bħal Malta kienet qatt ma dehret f'ebda fażi finali, u l-Iżvizzera, li minkejja li fil-kwalifiki tat-Tazza tad-Dinja kienet dejjem tkun fost dawk kwalifikati, f'dik Ewropea dejjem ħassitha diffiċli. L-ewwel sett ta' tliet partiti taw riżultati prestiġjużi, fejn minkejja li kisbet biss punt wieħed, laqtet biss erba' gowls u skorjat tnejn. Però l-folja nbidlet mal-bidu tat-tieni rawnd, hekk kif Malta sofriet tliet telfiet u laqtet tnax-il gowl mingħajr ma tagħti ebda risposta. Malta spiċċat l-aħħar b'punt wieħed biss miksub fl-ewwel partita kontra l-Griegi.
| Poż. | Tim | Pti | L | R | P | T | GF | GK |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 | 11 | 6 | 5 | 1 | 0 | 15 | 3 | |
| 2 | 9 | 6 | 4 | 1 | 1 | 12 | 5 | |
| 3 | 3 | 6 | 1 | 1 | 4 | 3 | 8 | |
| 4 | 1 | 6 | 0 | 1 | 5 | 2 | 16 |
| Malta |
1 – 1 | Empire Stadium, Gżira | 11-09-1970 | |||||
| Vassallo |
Kritikopoulos |
Referi: Lo Bello (Italja) | ||||||
| Malta |
1 – 2 | Empire Stadium, Gżira | 20-12-1970 | |||||
| Theobald |
Quentin Künzli |
Referi: Rusev (Bulgarija) | ||||||
| Malta |
0 – 1 | Empire Stadium, Gżira | 03-02-1971 | |||||
| Peters |
Referi: Marschall (Awstrija) | |||||||
| Żvizzera |
5 – 0 | Allmend Stadion, Luċerna | 21-04-1971 | |||||
| Blättler Künzli Quentin Citherlet Müller |
Referi: Michaelsen (Danimarka) | |||||||
| Ingilterra |
5 – 0 | Stadju Wembley, Londra | 21-04-1971 | |||||
| Chivers Lee Clarke Lawler * Ir-raba' gowl hu rappurtat wkoll fid-59 minuta. |
Referi: Røed (Norveġja) | |||||||
| Greċja |
2 – 0 | Stadio Karaiskaki, Piraeus | 28-06-1971 | |||||
| Davourlis Aidiniou |
Referi: Zsolt (Ungerija) | |||||||
Tazza tad-Dinja 1974
[immodifika | immodifika s-sors]Din kienet l-ewwel parteċipazzjoni ta' Malta f'fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, bil-fażi finali kienet se tiġi ospitata fil-Ġermanja. Malta ittellgħet fi Grupp A flimkien mal-Awstrija, l-Iżvezja u l-Ungerija. Din il-kampanja ma tantx kienet ta' suċċess hekk kif Malta ma ġabet ebda punt u skurjat gowl wieħed fl-aħħar logħba.
| Poż. | Tim | Pti | L | R | P | T | GF | GK | DG |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1= | 8 | 6 | 3 | 2 | 1 | 14 | 7 | 7 | |
| 1= | 8 | 6 | 3 | 2 | 1 | 15 | 8 | 7 | |
| 3 | 8 | 6 | 2 | 4 | 0 | 12 | 7 | 5 | |
| 4 | 0 | 6 | 0 | 0 | 6 | 1 | 20 | −19 |
| Malta |
0 – 2 | Valletta | 14-11-1971 |
| Awstrija |
4 – 0 | Vjenna | 30-04-1972 |
| Ungerija |
3 – 0 | Budapest | 06-05-1972 |
| Żvezja |
7 – 0 | Gotenburg | 15-10-1972 |
| Malta |
0 – 2 | Valletta | 25-11-1972 |
| Malta |
1 – 2 | Valletta | 11-11-1973 |
Kampjonati Ewropej 1976
[immodifika | immodifika s-sors]It-tielet parteċipazzjoni ta' Malta fil-fażi preliminarja tal-Kampjonati Ewropej waslet għall-edizzjoni tal-1976. Il-Grupp 8 ta' Malta kien jinvolvi lill-Ġermanja tal-Punent, li kienet għadha kemm ġejja mit-trijonf fit-Tazza tad-Dinja tal-1974 u aktar qabel ir-rebħ tal-Kampjonati Ewropej tal-1972, u kif ukoll għat-tieni darba konsekuttiva f'din il-kompetizzjoni mal-Greċja u l-Bulgarija. Din il-fażi tibqa' memorabbli għal Malta fejn minbarra prestazzjonijiet tajbin ġewwa darhom, huma rnexxielhom jiksbu l-ewwel rebħa kompettiva fl-istorja, u din waslet nhar it-23 ta' Frar 1975 kontra l-Griegi. Kienet f'din il-fażi wkoll li Malta sofriet telfa umiljanti kontra l-Ġermanja tal-Punent, li sa dakinhar kienet l-ikbar telfa sofferta.
| Poż. | Tim | Pti | L | R | P | T | GF | GK |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 | 9 | 6 | 3 | 3 | 0 | 14 | 4 | |
| 2 | 7 | 6 | 2 | 3 | 1 | 12 | 9 | |
| 3 | 6 | 6 | 2 | 2 | 2 | 12 | 7 | |
| 4 | 2 | 6 | 1 | 0 | 5 | 2 | 20 |
| Malta |
0 – 1 | Empire Stadium, Gżira | 22-12-1974 | |||||
| Cullmann |
Referi: Emsberger (Ungerija) | |||||||
| Malta |
2 – 0 | Empire Stadium, Gżira | 23-02-1975 | |||||
| Aquilina Magro |
Referi: Matthewson (Ingilterra) | |||||||
| Greċja |
4 – 0 | Stadio Toumbas, Salonika | 04-06-1975 | |||||
| Mavros Antoniadis Iosifidis Papaioannou |
Referi: Rauš (Jugożlavja) | |||||||
| Bulgarija |
5 – 0 | Stadju Vasil Levski, Sofija | 11-06-1975 | |||||
| Dimitrov Denev Panov Bonev Milanov |
Referi: Jursa (Ċekoslovakkja) | |||||||
| Malta |
0 – 2 | Empire Stadium, Gżira | 21-12-1975 | |||||
| Panov Iordanov |
Referi: Rolles (Lussemburgu) | |||||||
| Ġermanja tal-Punent |
8 – 0 | Westfalenstadion, Dortmund | 28-02-1976 | |||||
| Worm Heynckes Beer Vogts Hölzenbein |
Referi: Kustoń (Polonja) | |||||||
Tazza tad-Dinja 1978
[immodifika | immodifika s-sors]Minkejja serje ta' telfiet f'dawn il-fażijiet preliminarji, Malta ġewwa darha wriet li kienet taf iżżomm l-avversarju tagħha. Għal darb'oħra fil-grupp ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja 1978 Malta spiċċat fil-grupp flimkien mal-Awstrija, u anki mal-Ġermanja tal-Lvant u t-Turkija. It-tim nazzjonali Malti ma rnexxielux itejjeb ir-rekord deludenti li kellu f'din il-kompetizzjoni, fejn baqa' jsofri u ma jirrispondix lura – jispikkaw l-iktar iż-żewġ telfiet indentiċi ta' 9–0 sofferti kontra l-Ġermanja tal-Lvant u l-Awstrija.
| Poż. | Tim | Pti | L | R | P | T | GF | GK | DG |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 | 10 | 6 | 4 | 2 | 0 | 14 | 2 | 12 | |
| 2 | 9 | 6 | 3 | 3 | 0 | 15 | 4 | 11 | |
| 3 | 5 | 6 | 2 | 1 | 3 | 9 | 5 | 4 | |
| 4 | 0 | 6 | 0 | 0 | 6 | 0 | 27 | −27 |
| Turkija |
4 – 0 | İzmir | 31-10-1976 |
| Malta |
0 – 1 | Valletta | 05-12-1976 |
| Malta |
0 – 1 | Valletta | 02-04-1977 |
| Awstrija |
9 – 0 | Saliżburgu | 30-04-1977 |
| Ġermanja tal-Lvant |
9 – 0 | Potsdam | 29-10-1977 |
| Malta |
0 – 3 | Valletta | 27-11-1977 |
Kampjonati Ewropej 1980
[immodifika | immodifika s-sors]Malta spiċċat fi Grupp 7 tal-fażi ta' kwalifika fejn għat-tieni darba konsekuttiva kellhom jaffaċċjaw lill-Ġermanja tal-Punent u lit-Turkija, u għall-ewwel darba ma' Wales. Ġewwa darhom, il-Maltin irnexxielhom iżommu riżultati rispettabbli però sofrew bil-kbir barra minn darhom. Fost dawn kien hemm it-telfiet deludenti ta' 7–0 fl-ewwel partita kontra Wales, u telfa oħra kbira kontra l-Ġermanja tal-Punent din id-darba 8–0, wara li fil-Gżira, Malta kienet irnexxielha tikseb pari prestiġjuż kontra dan tal-aħħar.
| Poż. | Tim | Pti | L | R | P | T | GF | GK |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 | 10 | 6 | 4 | 2 | 0 | 17 | 1 | |
| 2 | 7 | 6 | 3 | 1 | 2 | 5 | 5 | |
| 3 | 6 | 6 | 3 | 0 | 3 | 11 | 8 | |
| 4 | 2 | 6 | 0 | 1 | 5 | 2 | 21 |
| Galles |
7 – 0 | Wrexham | 25-10-1978 |
| Malta |
0 – 0 | Gżira | 25-02-1979 |
| Turkija |
2 – 1 | İzmir | 01-04-1979 |
| Malta |
0 – 2 | Gżira | 02-06-1979 |
| Malta |
0 – 2 | Gżira | 28-10-1979 |
| Ġermanja tal-Punent |
8 – 0 | Bremen | 27-02-1980 |
Tazza tad-Dinja 1982
[immodifika | immodifika s-sors]Fi grupp magħmul minn tliet timijiet, Malta reġgħet impressjonat ġewwa darha, imma sofriet barra minn darha. Fl-ewwel partita li ntlagħbet fil-Belt Valletta kontra l-Polonja, din kellha tiġi abbandunata wara problemi ta' ġlied fil-grawnd, u dan il-konfront ġie abbandunat bil-Polonja 2−0 fil-vantaġġ. Il-forma barra minn darhom dehret fiż-żewġ konfronti li kellha kontra l-Ġermanja tal-Lvant u l-Polonja, Malta sofriet ħdax-il gowl u skurjat biss gowl wieħed.
| Poż. | Tim | Pti | L | R | P | T | GF | GK | DG |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 | 8 | 4 | 4 | 0 | 0 | 12 | 2 | 10 | |
| 2 | 4 | 4 | 2 | 0 | 2 | 9 | 6 | 3 | |
| 3 | 0 | 4 | 0 | 0 | 4 | 2 | 15 | −13 |
| Malta |
0 – 2[ċ] | Valletta | 07-12-1980 |
| Malta |
1 – 2 | Valletta | 04-04-1981 |
| Ġermanja tal-Lvant |
5 – 1 | Jena | 11-11-1981 |
| Polonja |
6 – 0 | Wrocław | 15-11-1981 |
Kampjonati Ewropej 1984
[immodifika | immodifika s-sors]Għat-tieni darba infila Malta spiċċat fi Grupp 7 tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-1984 li kienu se jsiru fi Franza. Barra Malta, kien hemm Spanja, friska mill-ospitazzjoni tal-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 1982, l-Olanda, li minkejja li kienet naqset li tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja li saret fi Spanja, kienet għadha bit-togħma tal-finali mitlufa tat-Tazza tad-Dinja 1978 u tat-tielet post fil-Kampjonati Ewropej 1976. L-Irlanda u l-Iżlanda, iż-żewġ timijiet l-oħra li kienu jkomplu l-grupp, kienu għadhom ma waslux sal-fażi finali ta' ebda kompetizzjoni internazzjonali.
Malta bdiet din il-kampanja bl-aqwa tal-modi, b'rebħa ta' 2–1 fuq l-Iżlanda, partita li ntlagħbet ġewwa Messina, b'din ir-rebħa tkun it-tieni waħda kompetittiva fl-istorja. Fil-partita ta' wara, sitt xhur wara din ir-rebħa storika, Malta ngħatat lezzjoni mit-tim Olandiż li ġewwa Aachen (fil-Ġermanja), ħareġ rebbieħ 6–0. Il-prestazzjonijiet tat-tim nazzjonali Malti ġewwa daru bdew kull ma jmorru jitjiebu, u kellu jkun gowl fid-89 minuta ta' Francis Stapleton li xellef il-konfront f'favur l-Irlandiżi, ġewwa Ta' Qali. Wirja oħra ta' kuraġġ intweriet ġewwa Ta' Qali, fejn il-viżitaturi Spanja ħarġu trijunfanti b'rebħa ta' 3–2, fejn sas-60 minuta Malta kienet qed tiggwida l-partita 2–1 b'doppjetta tal-leġġendarju Carmel Busuttil. Però, wara l-pari, gowl fl-84 minuta ta' Rafael Gordillo ta t-tliet punti u r-raba' rebħa minn erba' partiti lit-tim Spanjol. Il-partita ta' ritorn kontra l-Iżlanda, rat lill-Iżlandiżi jieħdu t-tielet punt[d] f'din il-fażi b'rebħa ta' 1–0. L-aħħar tliet partiti raw waqgħa fil-forma tat-tim Malti, fejn barra minn daru safa' ddominat u umiljat. Wara t-telfa ta' 8–0 kontra l-Irlandiżi ġewwa Dublin, ġewwa Rotterdam Malta sofriet telfa oħra ta' 5–0 kontra l-Olanda. Però, nhar il-21 ta' Diċembru 1983, it-tim nazzjonali Malti kellu jsofri l-ikbar telfa ta' kull żmien. Spanja kellha bżonn li tirbaħ bi ħdax-il gowl biex jegħlbu d-differenza tal-gowls u l-medja tal-gowls tal-Olanda biex jassiguraw kwalifikazzjoni. Ġewwa Sivilja, wara l-ftuħ tal-iskor minn Santillana u l-gowl tal-pari tal-Maltin minn Michael Degiorgio, Spanja rat il-ħolma li jilħqu t-Tazza tad-Dinja issir aktar reali, b'Santillana u Hipólito Rincón jiskorjaw erba' gowls kull wieħed, bil-partita tintemm f'telfa ta' 12–1.
| Poż. | Tim | Pti | L | R | P | T | GF | GK |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 | 13 | 8 | 6 | 1 | 1 | 24 | 8 | |
| 2 | 13 | 8 | 6 | 1 | 1 | 22 | 6 | |
| 3 | 9 | 8 | 4 | 1 | 3 | 20 | 10 | |
| 4 | 3 | 8 | 1 | 1 | 6 | 3 | 13 | |
| 5 | 2 | 8 | 1 | 0 | 7 | 5 | 37 |
| Malta |
2 – 1 | Giovanni Celeste, Messina | 05-06-1982 | |||||
| Spiteri Gonzi Fabri |
Marteinn Geirsson |
Attendenza: 1,271 Referi: D'elia (Italja) | ||||||
| Malta |
0 – 6 | Sportpark Tivoli, Aachen | 19-12-1982 | |||||
| Ophof Van Kooten Hovenkamp Schoenaker |
Attendenza: 18,000 Referi: Pauly (Ġermanja) | |||||||
| Malta |
0 – 1 | Ta' Qali, Ta' Qali | 30-03-1983 | |||||
| Stapleton |
Attendenza: 6,487 Referi: Mathias (Awstrija) | |||||||
| Malta |
2 – 3 | Ta' Qali, Ta' Qali | 15-05-1983 | |||||
| Carmel Busuttil |
Señor Gomez Francisco Carrasco Gordillo Vazquez |
Attendenza: 7,732 Referi: Giannacoudakis (Greċja) | ||||||
| Iżlanda |
1 – 0 | Laugardalsvöllur, Rejkjavik | 05-06-1983 | |||||
| Edvaldsson |
Attendenza: 5,718 Referi: Jacobsen (Danimarka) | |||||||
| Irlanda |
8 – 0 | Dalymount Park, Dublin | 16-11-1983 | |||||
| Lawrenson Stapleton O'Callaghan Sheedy Brady Daly |
Attendenza: 8,500 Referi: Amundsen (Danimarka) | |||||||
| Olanda |
5 – 0 | De Kuip, Rotterdam | 17-12-1983 | |||||
| Peter Brocken Wijnstekers Rijkaard Houtman |
Attendenza: 58,000 Referi: Peschel (Ġermanja) | |||||||
| Spanja |
12 – 1 | Ramón Sánchez Pizjuán, Sivilja | 21-12-1983 | |||||
| Santillana Rincón Maceda Gordillo Sarabia Señor |
Michael Degiorgio |
Attendenza: 25,000 Referi: Göksel (Turkija) | ||||||
Impjanti
[immodifika | immodifika s-sors]Il-logħob interni tat-tim nazzjonali Malti jintlagħbu ġewwa l-Grawnd Nazzjonali ta' Ta' Qali. Preċedentament kien jiġi wżat l-Empire Stadium, impjant ġewwa l-Gżira li kien jesa' madwar 30,000 spettatur. Fih ospita numru ta' logħbiet importanti fosthom l-ewwel logħba uffiċjali tan-nazzjonal kontra l-Awstrija tal-24 ta' Frar 1957. L-art ramlija ta' dan il-grawnd hija sinonimu mal-era inizzjali tat-tim nazzjonali. Aktar tard, bil-bini tal-Grawnd Nazzjonali, l-Empire Stadium ospita l-aħħar logħba fih fl-1981.
Skwadra attwali
[immodifika | immodifika s-sors]It-22 plejers li ġejjin kienu msemmija għall-logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja kontra d-Danimarka fis-6 ta' Settembru 2013.[6] Preżenzi u gowls huma korretti sal-14 ta' Awwissu 2013.
| Nru. | Poż. | Plejer | Data tat-twelid (età) | Preżenzi | Gowls | Klabb |
|---|---|---|---|---|---|---|
| G | Henry Bonello | 13 ta' Ottubru 1988 | 1 | 0 | ||
| G | Justin Haber | 9 ta' Ġunju 1981 | 47 | 0 | ||
| G | Andrew Hogg | 2 ta' Marzu 1988 | 31 | 0 | ||
| D | Andrei Agius | 12 ta' Awwissu 1986 | 35 | 1 | ||
| D | Jacob Borg | 2 ta' Mejju 1991 | 1 | 0 | ||
| D | Ryan Camilleri | 22 ta' Mejju 1988 | 7 | 0 | ||
| D | Jonathan Caruana | 24 ta' Lulju 1986 | 27 | 1 | ||
| D | Clayton Failla | 8 ta' Jannar 1986 | 27 | 0 | ||
| D | Clifford Gatt Baldacchino | 9 ta' Frar 1988 | 1 | 0 | ||
| D | Justin Grioli | 20 ta' Settembru 1987 | 0 | 0 | ||
| M | Roderick Briffa | 24 ta' Awwissu 1981 | 72 | 1 | ||
| M | Paul Fenech | 20 ta' Diċembru 1986 | 17 | 0 | ||
| M | Ryan Fenech | 20 ta' April 1986 | 31 | 0 | ||
| M | Edward Herrera | 14 ta' Novembru 1986 | 12 | 0 | ||
| M | John Mintoff | 23 ta' Awwissu 1988 | 2 | 0 | ||
| M | Rowen Muscat | 15 ta' Ġunju 1991 | 4 | 0 | ||
| M | Gareth Sciberras | 29 ta' Marzu 1983 | 37 | 0 | ||
| A | Andrew Cohen | 13 ta' Mejju 1981 | 54 | 1 | ||
| A | André Schembri | 27 ta' Mejju 1986 | 51 | 3 | ||
| A | Michael Mifsud | 17 ta' April 1981 | 97 | 37 | mingħajr klabb | |
| A | Terence Vella | 20 ta' April 1990 | 4 | 0 | ||
Sejħiet riċenti
[immodifika | immodifika s-sors]Dawn il-plejers ġew imsejħa fl-iskwadra Maltija fl-aħħar 12-il xahar.
Plejers[immodifika | immodifika s-sors]Plejers miktubin b'tipa ħoxna juri li għandhom attivi. L-aktar preżenzi[immodifika | immodifika s-sors]Plejers bl-istess numru ta' preżenzi huma klassifikati skont min għamel l-ewwel dehra.
L-aqwa skorers[immodifika | immodifika s-sors]
Kowċis[immodifika | immodifika s-sors]
Noti[immodifika | immodifika s-sors]
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||