Tim nazzjonali tal-futbol tad-Danimarka

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Danimarka
Assoċjazzjoni Federazzjoni tal-futbol tad-Danimarka
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Morten Olsen
Kaptan Daniel Agger
Stadju prinċipali Stadju Parken
Kodiċi tal-FIFA DEN
L-ewwel kulur
It-tieni kulur

It-tim tal-futbol Daniż mill-bidu nett tal-kariera tiegħu kienet ta' suċess, fil-fatt dan jidher mill-ewwel logħba fix-xena internazzjonali fejn fid-19 t'Ottubru 1908 kien skorja 9 gowls ma' tim Franċiż (Danimarka 9 - 0 Franza B) u tlett ijiem wara kiseb ukoll l-ikbar rebħa fl-istorja tiegħu meta fit-22 t'Ottubru 1908 rebaħ bi skor ta' 17-il gowl (Danimarka 17 - 1 Franza A). Ma nistgħux ngħidu li dan it-tim dejjem sab il-logħba faċli, għax fl-1937 kiseb l-agħar żewġ logħbiet li qatt lagħab. L-ewwel waħda hi kontra l-Ġermanja li saret fis-16 ta' Mejju 1937 (Ġermanja 8 - 0 Danimarka) u l-logħba l-oħra għalkemm ma tiġix ikkalkulata bħala logħba uffiċjali saret fid-29 t'Awissu kontra l-Pajjiż Bask fejn sofrew 11-il gowl (Danimarka 1 - 11 Pajjiż Bask).

Dan it-tim bil-laqam Danish Dynamite (Splussiv Qawwi Daniż) jew Olsen Banden (peress li jikkowċjah il-kowċ Morten Olsen) daħal għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja fl-1986 u wara fl-1998 u fl-2002. Wieħed mis-suċċessi li kiseb kien fl-1992 meta rebaħ l-European Championship, barra f'dik is-sena li rebaħ f'dan il-kampjonat ħa sehem ukoll fl-1964, 1984, 1988, 1996, 2000 u fl-2004.

Fil-Logħob Olimpiku wkoll ħareġ ta' nies, għax b'kollox rebaħ 4 midalji. Il-midalja tal-Bronż rebaħha darba fl-1948 ġewwa Londra (l-Ingliterra). Iżda l-midalja tal-Fidda raha tliet darbiet fl-1908 (Londra), fl-1912 (Stokkħolm) u fl-1960 (Ruma).

Assoċjazzjoni: Dansk Boldspil-Union (L-Assoċjazzjoni Daniża tal-Futbol)

Il-Kowċ: Morten Olsen (2000- )

It-Top Scorer: Paul "Tist" Nielsen (b' 52 gowl)

Il-Kodiċi tal-FIFA: DEN

Ir-Ranking tal-FIFA: 22 post

L-Aħjar Ranking: 3 post (Mejju ta' l-1997)

L-Agħar Ranking: 27 post (Mejju ta' l-1998)

Ir-Ranking tal-Elo: 8

L-Istadju li jużaw: Stadju Parken

Skwadra kurrenti[immodifika | immodifika s-sors]

Il-plejers li ġejjin kienu msemmija għall-logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja kontra Malta u l-Armenja fis-6 u fl-10 ta' Settembru 2013. Preżenzi u gowls huma korretti sal-11 ta' Ġunju 2013.

Nru. Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preżenzi Gowls Klabb
1 1G Stephan Andersen 26 ta' Novembru 1981 (1981-11-26) (42 sena) 24 0 Spanja Real Betis
16 1G Kasper Schmeichel 5 ta' Novembru 1986 (1986-11-05) (37 sena) 1 0 Ingilterra Leicester City
22 1G Jesper Hansen 31 ta' Marzu 1985 (1985-03-31) (38 sena) 0 0 Franza Évian

2 2D Lars Jacobsen 20 ta' Settembru 1979 (1979-09-20) (44 sena) 64 1 Danimarka Copenhagen
4 2D Daniel Agger 12 ta' Diċembru 1984 (1984-12-12) (39 sena) 57 7 Ingilterra Liverpool
3 2D Simon Kjær 26 ta' Marzu 1989 (1989-03-26) (34 sena) 37 1 Franza Lille
12 2D Andreas Bjelland 11 ta' Lulju 1988 (1988-07-11) (35 sena) 9 1 Netherlands Twente
13 2D Jores Okore 11 ta' Awwissu 1992 (1992-08-11) (31 sena) 7 0 Ingilterra Aston Villa
5 2D Nicolai Boilesen 16 ta' Frar 1992 (1992-02-16) (32 sena) 4 0 Netherlands Ajax
33 2D Peter Ankersen 22 ta' Settembru 1990 (1990-09-22) (33 sena) 1 0 Danimarka Esbjerg

7 3M William Kvist 24 ta' Frar 1985 (1985-02-24) (39 sena) 40 1 Ġermanja Stuttgart
8 3M Christian Eriksen 14 ta' Frar 1992 (1992-02-14) (32 sena) 38 4 Ingilterra Tottenham Hotspur
9 3M Michael Krohn-Dehli 6 ta' Ġunju 1983 (1983-06-06) (40 sena) 36 6 Spanja Celta Vigo
6 3M Niki Zimling 19 ta' April 1985 (1985-04-19) (38 sena) 20 1 Ġermanja Mainz 05
23 3M Leon Andreasen 23 ta' April 1983 (1983-04-23) (40 sena) 17 3 Ġermanja Hannover 96
38 3M Casper Sloth 26 ta' Marzu 1992 (1992-03-26) (31 sena) 4 0 Danimarka AGF
18 3M Thomas Delaney 3 ta' Settembru 1991 (1991-09-03) (32 sena) 0 0 Danimarka Copenhagen
27 3M Emil Larsen 22 ta' Ġunju 1991 (1991-06-22) (32 sena) 1 0 Danimarka OB

28 4A Nicklas Pedersen 10 ta' Ottubru 1987 (1987-10-10) (36 sena) 13 1 Belġju Gent
15 4A Nicolai Jørgensen 15 ta' Jannar 1991 (1991-01-15) (33 sena) 5 0 Danimarka Copenhagen
39 4A Viktor Fischer 9 ta' Ġunju 1994 (1994-06-09) (29 sena) 4 0 Netherlands Ajax
17 4A Martin Braithwaite 5 ta' Ġunju 1991 (1991-06-05) (32 sena) 3 1 Franza Toulouse
19 4A Rasmus Falk 15 ta' Jannar 1992 (1992-01-15) (32 sena) 1 0 Danimarka OB
11 4A Nicki Bille 7 ta' Frar 1988 (1988-02-07) (36 sena) 1 0 Norveġja Rosenborg
29 4A Simon Makienok 21 ta' Novembru 1990 (1990-11-21) (33 sena) 4 0 Danimarka Brøndby

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]