Tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Albanija
Albanija
Psewdonimu Kuq e Zinjtë (Ħomor u Suwed)
Assoċjazzjoni Federata Shqiptare e Futbollit
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Edoardo Reja
Kaptan Etrit Berisha
Rekord ta' preżenzi Lorik Cana (93)
Rekord ta' gowls Erjon Bogdani (18)
Stadju prinċipali Qemal Stafa
Kodiċi tal-FIFA ALB
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
It-tielet kulur
Klassifika tal-FIFA
Pożizzjoni attwali 66
L-ogħla 22 (Awwissu 2015)
L-inqas 124 (Awwissu 1997)
L-ewwel logħba
Albanija Albanija 2–3 Jugożlavja 
(Tirana, Albanija; 7 ta' Ottubru, 1946)
L-ikbar rebħa

Albanija Albanija 5–0 Vjetnam 
(Bastia Umbra, Italja; 12 ta' Frar, 2003)

Albanija Albanija 6–1 Ċipru 
(Tirana, Albanija; 12 ta' Awwissu, 2009)
L-ikbar telfa
 Ungerija 12–0 Albanija Albanija
(Budapest, Ungerija; 24 ta' Settembru, 1950)
Kampjonati Ewropej
Preżenzi 1 (l-ewwel fl-2016)
L-aqwa riżultat Fażi tal-gruppi (2016)

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija jirrappreżenta lill-Albanija fid-dixxiplina sportiva tal-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Albanija.

L-assoċjazzjoni nazzjonali ġiet fundata fis-6 ta' Ġunju 1930, però kellha tistenna sittax-il sena sakemm tiġi milgħuba l-ewwel logħba internazzjonali, fejn iddebuttaw kontra l-Jugożlavja fl-1946. Matul il-kungress tal-FIFA li sar bejn it-12 u s-16 ta' Ġunju tal-1932, l-Albanija ssieħbet mal-federazzjoni internazzjonali u fl-1954 hi kienet fost il-fundaturi tal-UEFA. L-Albanija kienet ġiet mistiedna sabiex tipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja 1934, imma minħabba problemi organizzattivi kellhom jirtiraw il-parteċipazzjoni tagħhom.

Ħafna mill-partiti tat-tim nazzjonali tal-Albanija jintlagħbu ġewwa l-Qemal Stafa.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija (2016)

Is-snin tal-bidu raw kampanja b'suċċess tat-Tazza tal-Balkani tal-1946. L-Albanija rebħu t-Tazza wara li għelbu lill-Jugożlavja bl-istess punti imma b'differenza ta' gowls aħjar. Il-partita finali kienet kontra r-Rumanija u ntrebħet 1–0. Erbat ijiem qabel, l-Albanija kienet diġà rebħet lill-Bulgarija 3–1. Hu interessanti l-fatt li l-Albanija ma kinitx mistenniha li tipparteċipa, imma l-irtirar tal-Greċja mit-turnew offra lill-Albanija ċ-ċans li tingħaqad fit-Tazza li ġiet ristabbilita wara l-gwerra.

Wara li ħadet sehem għall-ewwel darba fil-Kampjonati Ewropej tal-UEFA fl-1963, għall-edizzjoni tal-1964, fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1968, huma rnexxielhom jiksbu pari ta' mingħajr gowls kontra l-Ġermanja tal-Punent, li eventwalment wassal għall-eliminazzjoni ta' dan tal-aħħar. Matul dik l-era, l-Albanija kellha preżenti lil Panajot Pano, ikkunsidrat bħala l-aqwa plejer minn dan il-pajjiż.

Il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1986 waslet aktar riżultati pożittivi bħall-pari ta' 2–2 barra minn darha kontra l-Polonja u rebħa ta' 2–0 kontra l-Belġu, li kienu spiċċaw semifinalisti tal-kompetizzjoni.

Il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1994 rat lill-Albanija jilgħabu l-logħob ġewwa darhom fi stadji newtrali minħabba problemi politiċi ġewwa l-istess pajjiż. Madankollu, huma kisbu rebħa ta' 4–1 fuq it-Turkija f'logħba ta' ħbiberija fl-1998; l-unika darba li l-Albanija skurjaw aktar minn 3 gowls f'logħba internazzjonali sħiħa (minkejja li lura fl-1946 kienu rebħu 5–0 lill-Montenegro, fejn dakinhar dan tal-aħħar kien parti mill-Jugożlavja).

Matul il-fażi ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 2004, ra lill-Albanija jagħmlu rebħa storika ta' 3–1 fuq ir-Russja fi Shkodër. Fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006, ra progress fir-riżultati, fejn l-aktar riżultat sodisfaċenti kien dak ta' rebħa ta' 2–1 kontra l-Greċja, fejn dawn tal-aħħar kienu għadhom kemm ġew inkurunati ċampjins tal-Ewropa.

Fl-14 ta' Marzu 2008, il-FIFA ħabbret li ssospendiet lill-Albanija minn kwalunkwe attività tal-futbol internazjonali, kemm fuq livell ta' klabb u anki dak nazzjonali. Ir-raġuni wara din ir-raġuni kienet minħabba n-nuqqas ta' qbil li kien hemm bejn il-Ministeru tal-Isport u l-federazzjoni Albaniża, li għadha attwalment miftuħa, fuq il-kontrolli finanzjarji li l-awtoritajiet tal-gvern riedu jagħmlu fuq il-kontijiet tal-federazzjoni. L-irifjutar min-naħa tal-federazzjoni wassal għall-ksur tar-rapporti, u b'konsegwenza t'hekk waslet l-esklużjoni mill-kompetizzjonijiet.

Id-29 ta' April tal-istess sena, il-kumitat tal-emerġenza tal-istess FIFA, wara taħdidiet li kellha ma' xi diriġenti tal-UEFA, tal-Federazzjoni tal-futbol Albaniża u tal-gvern ta' Tirana, irrevokat lura l-esklużjoni.

Kuluri u simboli[immodifika | immodifika s-sors]

L-Albanija tilgħab b'uniformi ħamra b'xorts u kalzetti suwed, xi drabi b'dekorazzjonijiet bojod jew suwed. Barra minn darhom, l-uniformi tkun ħafna drabi bajda b'dekorazzjonijiet suwed jew ħomor. L-ewwel uniformi hi sempliċiment rappreżentazzjoni tal-bandiera Albaniża, li hi fil-fatt ħamra b'ajkla sewda fin-nofs.

L-istemma li tuża' l-iskwadra mhix l-istess bħal dik tal-Federazzjoni, li turi disinn tond bl-ajkla fiċ-ċentru, li tissimbolizza l-bandiera Albaniża, fejn madwarha hemm ċirku abjad bl-isem bil-lingwa oriġinali tal-federazzjoni miktub b'karattri tad-deheb.

Staff tekniku[immodifika | immodifika s-sors]

Edoardo Reja inħatar fil-kariga bħala kowċ nazzjonali fl-2019
Rwol Isem
Kowċ Italja Edoardo Reja
Assistenti Italja Sergio Porrini
Albanija Ervin Bulku
Albanija Hamdi Salihi
Kowċis atletiċi Italja Luca Laurenti
Italja Luigi Febbrari
Kowċ tal-gowlkipers Albanija Ilir Bozhiqi
Fiżjoterapista Albanija Altin Haxhia
Tabib Albanija Gianluca Stesina

Plejers[immodifika | immodifika s-sors]

  • Il-plejers segwenti ġew magħżula għal-logħbiet tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 kontra l-Polonja, l-Ungerija u San Marino.
  • In-numru ta' logħbiet u gowls huma validi sat-8 ta' Settembru 2021 wara l-logħba kontra San Marino.[1]
Nru. Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preżenzi Gowls Klabb
1 1G Etrit Berisha (Kaptan) 10 ta' Marzu 1989 (1989-03-10) (35 sena) 68 0 Italja Torino
23 1G Thomas Strakosha 19 ta' Marzu 1995 (1995-03-19) (29 sena) 16 0 Italja Lazio
12 1G Gentian Selmani 9 ta' Marzu 1998 (1998-03-09) (26 sena) 2 0 Turkija Boluspor

4 2D Elseid Hysaj (Viċi-kaptan) 20 ta' Frar 1994 (1994-02-20) (30 sena) 61 2 Italja Lazio
6 2D Berat Djimsiti 19 ta' Frar 1993 (1993-02-19) (31 sena) 43 1 Italja Atalanta
18 2D Ardian Ismajli 30 ta' Settembru 1996 (1996-09-30) (27 sena) 20 1 Italja Empoli
20 2D Lorenc Trashi 19 ta' Mejju 1992 (1992-05-19) (31 sena) 12 1 Kuwajt Qadsia
15 2D Marash Kumbulla 8 ta' Frar 2000 (2000-02-08) (24 sena) 9 0 Italja Roma
22 2D Albi Doka 26 ta' Ġunju 1997 (1997-06-26) (26 sena) 7 0 Kroazja Gorica
13 2D Enea Mihaj 5 ta' Lulju 1998 (1998-07-05) (25 sena) 6 0 Greċja PAOK
2 2D Erion Hoxhallari 15 ta' Ottubru 1995 (1995-10-15) (28 sena) 2 0 Albanija Tirana
3 2D Ramën Çepele 21 ta' Marzu 2003 (2003-03-21) (20 sena) 1 0 Ġermanja Hannover 96

21 3M Odise Roshi 21 ta' Mejju 1991 (1991-05-21) (32 sena) 64 5 Turkija Boluspor
7 3M Keidi Bare 28 ta' Awwissu 1997 (1997-08-28) (26 sena) 17 2 Spanja Espanyol
14 3M Qazim Laçi 19 ta' Jannar 1996 (1996-01-19) (28 sena) 12 1 Franza Ajaccio
5 3M Ylber Ramadani 12 ta' April 1996 (1996-04-12) (27 sena) 12 1 Ungerija MTK Budapest
9 3M Endri Çekiçi 23 ta' Novembru 1996 (1996-11-23) (27 sena) 5 0 Turkija Konyaspor
8 3M Nedim Bajrami 28 ta' Frar 1999 (1999-02-28) (25 sena) 2 0 Italja Empoli
16 3M Enis Çokaj 23 ta' Frar 1999 (1999-02-23) (25 sena) 1 0 Kroazja Lokomotiva

19 4A Bekim Balaj 11 ta' Jannar 1991 (1991-01-11) (33 sena) 45 8 Russja Nizhny Novgorod
10 4A Rey Manaj 24 ta' Frar 1997 (1997-02-24) (27 sena) 27 7 Italja Spezia
11 4A Myrto Uzuni 31 ta' Mejju 1995 (1995-05-31) (28 sena) 18 3 Ungerija Ferencváros
17 4A Armando Broja 10 ta' Settembru 2001 (2001-09-10) (22 sena) 8 2 Ingilterra Southampton

Storja tal-kompetizzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tad-Dinja[immodifika | immodifika s-sors]

  • mill-1930 għall-1962 –'Ma ħaditx sehem
  • 1966 – Ma kkwalifikatx
  • 1970 – Daħla mhux aċċettata mill-FIFA
  • 1974 – Ma kkwalifikatx
  • 1978 – Ma ħaditx sehem
  • mill-1982 għall-2006 – Ma kkwalifikatx

Kampjonati Ewropej[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1960 – Ma ħaditx sehem
  • mill-1964 għall-1972 – Ma kkwalifikatx
  • 1976 – Ma ħaditx sehem
  • mill-1980 għall-2008 – Ma kkwalifikatx

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Albania vs San Marino, 5 September 2021". eu-football.info (bl-Ingliż). 2021-09-08.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]