Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2022

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2022
2022 كأس العالم الفيفا
Kas alʿaalam alfifa 2022
Logo de la Copa Mundial de fútbol 2022.svg
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitanti Flag of Qatar.svg Qatar
Dati 20 ta' Novembru – 18 ta' Novembru
Parteċipanti 32 (minn 5 konfederazzjonijiet)
Grawnds (f'5 ibliet ospitanti)
2018
2026

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2022 hija t-22 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, kampjonat tal-futbol internazzjonali li jintlagħab bejn it-timijiet nazzjonali maskili tal-assoċjazzjonijiet membri tal-FIFA. Din se sseħħ fil-Qatar bejn l-20 ta' Novembru u t-18 ta' Diċembru 2022. Din se tkun l-ewwel Tazza tad-Dinja fid-dinja Għarbija u t-tieni waħda li saret fl-Asja wara l-edizzjoni tal-2002 li kienet fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun. Minħabba s-sħana qawwija u l-umdità fis-sajf fil-Qatar, din it-Tazza tad-Dinja se ssir fix-xitwa, l-ewwel kampjonat li ma sarx bejn ix-xhur ta' Mejju u Lulju.

L-għażla tal-Qatar bħala l-ospitu tat-Tazza tad-Dinja kienet mifnija minn kontroversji kbar. Dawn jinkludu t-trattament tal-ħaddiema migranti, in-nuqqas tar-rispett lejn id-drittijiet umani, il-persekuzzjoni ta' persuni LGBT, fost oħrajn.

L-għażla tal-ospitu[immodifika | immodifika s-sors]

Il-proċedura tal-għażla tal-ospitu tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 u l-2022 bdiet f'Jannar tal-2009, bl-assoċjazzjonijiet nazzjonali jingħataw xahar biex juru l-interess tagħhom. Għall-edizzjoni tal-2022 ħames pajjiżi wrew interess: l-Awstralja, il-Korea t'Isfel, il-Ġappun, il-Qatar u l-Istati Uniti.[1] Il-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA iltaqa' fi Zürich fit-2 ta' Diċembru tal-2010 biex jagħżel l-ospiti taż-żewġ edizzjonijiet.[2] L-għażla tal-Qatar kienet meqjusa bħala waħda "riskjuża" min-naħa tal-FIFA rigward l-operat[3] u ġabet kritika mill-istampa, speċjalment fl-ambitu tan-numru ta' skandli ta' korruzzjoni fil-FIFA.[4]

L-eżitu tal-votazzjoni kienet is-segwenti:[2]

Pajjiż Riżultati
L-1 Votazzjoni It-2 Votazzjoni It-3 Votazzjoni Ir-4 Votazzjoni
Flag of Qatar.svg Qatar 11 10 11 14
Flag of the United States.svg Stati Uniti 3 5 6 8
Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel 4 5 5
Flag of Japan.svg Ġappun 3 2
Flag of Australia.svg Awstralja 1

Timijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Kwalifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Il-lista segwenti telenka t-timijiet kwalifikati skont ir-reġjun, bin-numru fil-parentesi jindika l-pożizzjoni finali fil-klassifika dinjija tal-FIFA qabel il-bidu tal-kampjonat.[5]

AFC (6)

CAF (5)

CONCACAF (4)

CONMEBOL (4)

OFC (0)

  • Ħadd ma kkwalifika

UEFA (13)

     Tim ikkwalifikat      Tim li falla milli jikkwalifika      Tim li rtira jew li ġie sospiż      Tim li mhuwiex membru tal-FIFA

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "The race to host the World Cup in 2018 and 2022" (bl-Ingliż). BBC. 2010-11-30.
  2. ^ a b Doyle, Paul; Busfield, Steve (2010-12-01). "World Cup 2018 and 2022 decision day - live!" (bl-Ingliż). The Guardian.
  3. ^ "Blow to Qatar's 2022 bid as FIFA brands it "high risk"" (bl-Ingliż). Arabian Business. 2010-11-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-01.
  4. ^ Withnall, Adam (2015-06-07). "Fifa corruption whistleblower says Qatar will be stripped of 2022 World Cup" (bl-Ingliż). Independent.
  5. ^ "FIFA/Coca-Cola World Ranking". FIFA.com (bl-Ingliż). FIFA. 2022-10-06.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]