Aqbeż għall-kontentut

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006

Dan huwa artiklu fil-vetrina
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006
FIFA Fussball Weltmeisterschaft Deutschland 2006

Logo uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 2006
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitanti  Ġermanja
Dati 9 ta' Ġunju – 9 ta' Lulju
Parteċipanti 32 (minn 6 konfederazzjonijiet)
Grawnds 12 (f'6 ibliet ospitanti)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ  Italja
It-Tieni post  Franza
It-Tielet post  Ġermanja
Ir-Raba' post  Portugall
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 64
Gowls skorjati 147 (2.3 kull logħba)
Attendenza 3,353,655 (52,401 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Ġermanja Miroslav Klose (5 gowls)
L-aqwa plejer Franza Zinedine Zidane
L-aqwa gowler Italja Gianluigi Buffon
2002
2010

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 kienet it-tmintax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Dan sar bejn id-9 ta' Ġunju u d-9 ta' Lulju 2006 ġewwa l-Ġermanja, li kisbet id-dritt li tospita dan it-turnew f'Lulju tas-sena 2000. Kien hemm 198 tim nazzjonali li ħadu sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni mis-sitt konfederazzjonijiet, fażi li bdiet f'Settembru tal-2003. Wieħed u tletin tim ikkwalifikaw għall-fażi finali, flimkien mal-pajjiż ospitu tal-Ġermanja.

Dan it-turnew ġie mirbuħ mill-Italja wara li fil-finali għelbu lil Franza 5–3 wara l-għoti tal-penalties, wara li l-partita sal-ħin supplementari baqgħet fissa 1–1. B'hekk l-Italja kisbet ir-raba' titlu mondjali. Fil-partita ta' spareġġ għat-tielet u r-raba' post, il-Ġermanja rebħet lill-Portugall bl-iskor ta' 3–1 biex kisbet it-tielet post.

It-Tazza tad-Dinja 2006 tibqa' fost l-iktar avvenimenti qatt segwiti fuq it-televiżjoni hekk kif laħqet kwota ta' 26.29 biljun spettatur (mhux uniku), matul il-kampjonat kollu. Il-finali attirat udjenza rekord ta' 715.1 miljun persuna.[1] Bħala r-rebbieħ, l-Italja rrapreżentat lid-Dinja fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009.

L-għażla tal-ospitu

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Bieb ta' Brandeburg f'Berlin, kapitali tal-Ġermanja u sede tal-finali tat-turnew

L-idea tat-tieni Tazza tad-Dinja fil-Ġermanja ħarġet waqt il-kumitat ġenerali tad-Deutscher Fußball-Bund, f'Novembru tal-1992. Il-president ta' din l-assoċjazzjoni Egidius Braun, u d-direttur tal-istampa Wolfgang Niersbach kienu l-promoturi ewlenin ta' din l-idea, li attirat is-sosten kemm min-nazzjon sħiħ kif ukoll mill-assoċjazzjonijiet ġiriena. Lejn tmiem l-1996, wieħed mill-ikoni tal-isports fil-Ġermanja, Franz Beckenbauer, issieħeb mat-tim u mill-1998 mexxa l-kumitat għall-kandidatura.

Il-Ġermanja ppreżentat uffiċjalment l-offerta tagħha flimkien mal-Brażil, l-Ingilterra, il-Marokk u l-Afrika t'Isfel. L-approċċ ta' rotazzjoni kontinentali wassal biex l-Afrika t'Isfel tidher bħala l-favorita għat-Tazza tad-Dinja. Bl-istess approċċ, il-Ġappun u l-Korea t'Isfel ġew preċedentament eletti biex jorganizzaw l-edizzjoni tal-2002 għall-ewwel darba fuq art Ażjatika.

L-għażla tal-ospitu għall-edizzjoni tal-2006 saret fis-7 ta' Lulju 2000 ġewwa Żurigu, fl-Iżvizzera. Il-Brażil irtiraw mill-kandidatura tliet ijiem qabel u uffiċjalment taw is-sapport tagħhom lill-Afrika t'Isfel, fejn dan tal-aħħar irċieva wkoll is-sosten tal-president tal-FIFA Sepp Blatter.[2] Mumenti qabel it-tfigħ tal-vot, Blatter stqarr "Ejjew nagħmlu l-istorja! Inġibu id-Dinja Lejn l-Afrika". Fl-ewwel rawnd il-Marokk irċieva 3 voti, l-Ingilterra 5, l-Afrika t'Isfel 6 u l-Ġermanja 10, b'ta' l-ewwel jiġi eliminat. Fir-rawnd suċċessiv l-offerta tal-Ingilterra ġiet imwaqqa' wara li rċiviet 2 voti, waqt li ż-żewġ kontendenti l-oħra ppareġġaw bi 11-il vot.[3] Fl-aħħar sett ta' votazzjoni, ħafna pprevedew li kien se jkun hemm parità ta' 12-il vot, li kellha tħalli d-deċiżjoni f'idejn Blatter, li preżumibbilment kien jagħżel l-offerta Sud-Afrikana.[4][5] Madanakollu, il-votazzjoni ntemmet bi 12-il vot f'favur il-Ġermanja, 11 f'favur l-Afrika t'Isfel u astensjoni waħda li waslet mir-rappreżentat ta' New Zealand, Charles Dempsey.

Riżultati tal-votazzjoni[3]
Pajjiż L-1 Rawnd It-2 Rawnd It-3 Rawnd
Ġermanja Ġermanja 10 11 12
Afrika t'Isfel Afrika t'Isfel 6 11 10
Ingilterra Ingilterra 5 2
Marokk Marokk 3

L-għażla tal-Ġermanja bħala s-sede tal-kompetizzjoni, minflok l-Afrika t'Isfel (li eventwalment ingħatat l-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2010), kienet dipendenti fuq diversi fatturi. Waħda minnhom kienet, il-kunflitt fuq in-numru ta' postijiet għall-Asja fit-Tazza tad-Dinja 2002, bi Blatter ikompli jsaħħaħ l-idea li jinżammu l-erba' postijiet waqt li l-president tal-UEFA ippropona logħba eliminatorja bejn it-tim klassifikat fil-ħames post fiż-Żona Ażjatika u tim nazzjonali ieħor mill-UEFA, proposta li finalment ġiet aċċettata. Matul il-votazzjoni, l-erba' rappreżentati Ażjatiċi unanimament sostnew l-kandidatura Ewropea għad-detriment tal-pożizzjoni li ttieħdet minn Blatter. Aktar minn hekk, Dempsey, li kien ivvotta lill-Ingilterra, kien rappurtat li ġiet persważ mid-delegati Ażjatiċi biex jastjeni.[6]

Il-kontroversja fuq id-deċiżjoni li kien ħa Dempsey kibret aktar meta xi għajdut infiltra li hu kien irċieva rikatti mill-Ġermaniżi. Is-sitwazzjoni ġiet finalment kjarifikata: is-sors tal-għajdut milli jidher kienet ittra mingħand ir-rivista satirika Ġermaniża Titanic li ntbagħtet lil diversi delegati (fosthom 'l Dempsey) fejn offrewlhom arloġġ tal-kuku u perżut jekk jivvutaw lill-Ġermanja.[7]

Kwalifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Pajjiżi kwalifikati

198 tim daħlu fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006.[8] Il-Ġermanja ngħatat post garantit bħala l-ospitu tal-kompetizzjoni, filwaqt li l-31 post li kien għad baqa' kienu maqsuma bejn il-konfederazzjonijiet kontinentali. Din kienet l-ewwel darba li r-rebbieħ tal-edizzjoni preċedenti ma ngħatax id-dritt ta' kwalifikazzjoni awtomatika. Tlettax-il post kienu affiljati għat-timijiet tal-UEFA (Ewropa), ħamsa għat-timijiet tal-CAF (Afrika), erbgħa għat-timijiet tal-CONMEBOL (Amerika t'Isfel), erbgħa għat-timijiet tal-AFC (Asja), u tlieta għat-timijiet tal-CONCACAF (Amerika ta' Fuq, Ċentrali, u l-Karibew). Il-żewġ postijiet li kien għad baqa' kienu deċiżi minn partita ta' spareġġ bejn tim miż-Żona Ażjatika u dik tal-CONCACAF u oħra bejn il-Konfederazzjoni Sud-Amerikana u dik tal-OFC (Oċeanja).

Din l-edizzjoni rat tmien timijiet nazzjonali li rnexxielhom jikkwalifikaw għall-ewwel darba għall-fażi finali. Dawn kienu l-Angola, il-Gana, il-Kosta tal-Avorju, ir-Repubblika Ċeka, it-Togo, it-Trinidad u Tobago, l-Ukrajna u s-Serbja u Montenegro. Ir-Repubblika Ċeka u l-Ukrajna kienu qed jagħmlu l-ewwel preżenza tagħhom bħala pajjiżi indipendenti, imma qabel kienu ġew rappreżentati miċ-Ċekoslovakkja u l-Unjoni Sovjetika rispettivament; is-Serbja u Montenegro kkompetew bħala r-Repubblika Federali tal-Jugożlavja lura fl-1998, kif ukoll għamlu parti mit-tim Jugożlav tal-1930 u l-1990. Għall-ewwel darba mit-1982, is-sitt konfederazzjonijiet ġew rappreżentati fil-fażi finali.

Organizzazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-ballun uffiċjali tal-kompetizzjoni fuq skala kbira quddiem il-Palazz tar-Reichstag

L-organizzazzjoni tat-turnew kien f'idejn kumitat (Organisationskomitee, imqassar bħala OK) immexxi minn Franz Beckenbauer. Horst Schmidt, l-ewwel viċi-president, kellu f'idejh l-organizzazzjoni tal-impjanti u l-istadji, is-sigurta, il-finanzi, it-trasport u l-amministrazzjoni. Wolfgang Niersbach, it-tieni viċi-president, serva bħala l-kap tal-istampa u nkarigat għall-pubbliċità, l-informazzjoni u t-teknoloġija. Theo Zwanziger mexxa l-ħwejjeġ legali u r-riżorsi umani, waqt li l-affarijiet li kienu jikkonċertnaw l-arti u l-kultura, it-turiżmu u l-akkomodazzjoni kienu f'idejn Fedor Radmann.

Dan il-kumitat organizzattiv kien magħmul minn 14-il membru u kumitat ta' superviżjoni ta' 10 persuni. Mal-grupp ingħaqdu ambaxxaturi sportivi Ġermaniżi: Jürgen Klinsmann, Oliver Bierhoff, Karl-Heinz Rummenigge u Rudi Völler. Sussegwentament, 15-il ambaxxatur irrappreżentaw l-ibliet ospiti differenti.

Tnax-il belt minn 20 kandidat ġew magħżula bħala s-sede tal-partiti tat-Tazza tad-Dinja, fejn bliet bħal Bremen, Düsseldorf, Mönchengladbach, Bochum u Duisburg ma kienux fost il-lista finali. Fil-bliet magħżula, l-istadji bdew bil-preparamenti neċessarji. Waqt li uħud minnhom sarilhom manutenzjoni żgħira, oħrajn ġew kompletament restawrati u oħrajn speċifikament mibnija.

Kull fażi kellha bżonn ta' investiment li varja bejn it-48 u l-280 miljun ewro. Aktar minn hekk, intefqu 1,380 miljun ewro iktar fuq il-bini ta' stadji ġodda. Din l-ispiża qabżet dik li ntefqet matul it-turnew tal-1974, liema edizzjoni rat jintefqu 242 miljun Mark Ġermaniż (madwar 121 miljun ewro) għat-titjieb ta' kull faċilità sportiva.

Matul it-turnew, ħafna mill-grawnds ġew msemmijin b'ismijiet differenti, hekk kif il-FIFA tipprojbixxi l-isponsorizzazzjoni ta' stadji sakemm l-isponsors tal-istadju jkunu wkoll sponsors uffiċjali tal-FIFA.[9] Dawn l-ismijiet il-ġodda jidhru bejn il-parentesi fit-tabella segwenti.

Olympiastadion

(Olympiastadion)
Lokalità: Berlin
Kapaċità: 74,176
Klabb: Hertha BSC

Signal Iduna Park

(FIFA World Cup Stadium, Dortmund)
Lokalità: Dortmund
Kapaċità: 67,000
Klabb: Borussia Dortmund

Allianz Arena

(FIFA World Cup Stadium, Munich)
Lokalità: Munich
Kapaċità: 66,016
Klabbs: Bayern München, TSV 1860 München

Gottlieb-Daimler-Stadion

(FIFA World Cup Stadium, Stuttgart)
Lokalità: Stuttgart
Kapaċità: 54,267
Klabb: VfB Stuttgart

Veltins-Arena

(FIFA World Cup Stadium, Gelsenkirchen)
Lokalità: Gelsenkirchen
Kapaċità: 53,804
Klabb: FC Schalke 04

AOL Arena

(FIFA World Cup Stadium, Hamburg)
Lokalità: Amburgu
Kapaċità: 51,055
Klabb: Hamburger SV

Stampa:Awdarena.jpg
Commerzbank-Arena

(FIFA World Cup Stadium, Frankfurt)
Lokalità: Frankfurt
Kapaċità: 48,132
Klabb: Eintracht Frankfurt

RheinEnergieStadion

(FIFA World Cup Stadium, Cologne)
Lokalità: Kolonja
Kapaċità: 46,134
Klabb: 1. FC Köln

AWD-Arena

(FIFA World Cup Stadium, Hanover)
Lokalità: Hanover
Kapaċità: 44,652
Klabb: Hannover 96

Zentralstadion

(Zentralstadion)
Lokalità: Leipzig
Kapaċità: 44,199
Klabb: FC Sachsen Leipzig

Fritz-Walter-Stadion

(Fritz-Walter-Stadion)
Lokalità: Kaiserslautern
Kapaċità: 43,450
Klabb: 1. FC Kaiserslautern

EasyCredit-Stadion

(Frankenstadion)
Lokalità: Nuremberga
Kapaċità: 41,926
Klabb: 1. FC Nuremberg

Il-Bieb ta' Brandeburg ta' Berlin matul il-kors tat-turnew

Il-FIFA eleġġiet 23 referi professjonali minn total ta' 44. Minn dawn, il-Gwatemalan Carlos Batres, il-Grieg Kyros Vassaras u l-Ispanjol Manuel Mejuto Gonzalez irtiraw minħabba raġunijiet ta' saħħa, u posthom ħaduhom it-Taljan Roberto Rosetti, l-Ispanjol Luis Medina Cantalejo u l-Messikan Marco Antonio Rodriguez. Min-naħa l-oħra, ir-referi Taljan Massimo de Santis ġie sospiż mill-FIFA wara irregolaritajiet li ġraw fl-istaġun 2005–06 tal-kampjonat Taljan, fl-iskandlu famuż tal-Calciopoli. Ir-referi Ġamajkan Peter Prendergast ġie mweġġa' ftit jiem qabel il-bidu tal-kompetizzjoni. L-ebda minn dawn ir-referis ma ġew sostitwiti, biex b'hekk il-lista baqgħet ta' 21 uffiċjal.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Timijiet parteċipanti fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.

Tlugħ tal-poloz

[immodifika | immodifika s-sors]

L-aqwa tmien timijiet nazzjonali tat-Tazza tad-Dinja 2006 ġew magħżula mill-FIFA fuq diversi kriterji, fosthom skont il-pożizzjoni fil-klassifika mondjali tal-FIFA, u ġew imħabbra fis-6 ta' Diċembru 2005. Dawn it-timijiet kienu jifformaw Urna A. Urna B kellha timijiet li ma kinux ikkwalifikaw f'ras is-serje tal-Amerika t'Isfel, l-Afrika u l-Oċeanja, waqt li Urna Ċ kellha tmienja mid-disa' skwadri Ewropej li kien għad baqa', barra s-Serbja u Montenegro. Urna D kellha timijiet tal-CONCACAF u dawk Ażjatiċi. L-Urna Speċjali kellha lis-Serbja u Montenegro. Dan sar biex b'hekk ikun evitat li grupp ikollu tliet timijiet Ewropej.[10] F'din l-urna, is-Serbja u Montenegro kienet ittellgħet l-ewwel, u wara kien imiss it-timijiet tal-grupp tagħha (l-Arġentina, l-Olanda u l-Kosta tal-Avorju). It-tmien timijiet f'ras is-serje ttellgħu bħala l-ewwel timijiet għall-gruppi rispettivi.

Urna A Urna B Urna Ċ Urna D Urna Speċjali

Fid-9 ta' Diċembru 2005, sar it-tlugħ tal-poloz. Wara l-poloz, diversi esperti tal-futbol stqarrew li Grupp Ċ kien jidher li kien se jkun il-grupp tal-mewt.[11][12] Minkejja din l-idea qabel il-bidu tat-turnew, dan il-grupp ma laħaqx l-aspettattiva li nħolqot fuqu, hekk kif l-Arġentina u l-Olanda kkwalifikaw b'logħba waħda x'tintlagħab, wara li t-tnejn li huma rebħu lill-Kosta tal-Avorju u s-Serbja u Montenegro.

Sistema tal-gruppi

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel rawnd, jew il-fażi tal-gruppi, rat lit-tnejn u tletin tim diviż fi tmien gruppi ta' erba' timijiet kull wieħed. Kull grupp kien ibbażat fuq sistema ta' kollha kontra kulħadd a basi ta' sitt partiti, fejn kull tim jilgħab partita waħda kontra kull tim li jinsab miegħu fil-grupp. Is-sistema ta' punti wżata hi dik tradizzjonali: tliet punti għal rebħa, punt għal pari u xejn għal telfa. L-ewwel żewġ timijiet fil-grupp iggwadanjaw post fil-fażi ta' L-Aħħar Sittax.

Kriterji ta' klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Jekk it-timijiet kienu l-istess fil-punti, dawn kienu jiġu kklasifikati skont il-kriterji segwenti kif inhuma:

  1. L-aqwa differenza tal-gowls fit-tliet partiti tal-grupp
  2. L-aktar numru ta' gowls skurjati fit-tliet partiti tal-grupp
  3. Jekk it-timijiet jibqgħu livell fil-punti wara li jkunu ġew segwiti dawn il-kriterji, grupp subordinarju jiġi ffurmat fejn it-timijiet jiġu klassifikati skont:
    1. L-aktar punti miksuba fil-partiti kontra timijiet oħra li jinsabu fil-kwistjoni
    2. L-aqwa differenza tal-gowls fil-partiti kontra timijiet oħra li jinsabu fil-kwistjoni
    3. L-aktar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kontra timijiet oħra li jinsabu fil-kwistjoni
  4. Jekk it-timijiet jibqgħu l-istess wara dawn il-kriterji, il-FIFA ittella' x-xorti


Fil-verżjoni oriġinali tar-regoli għat-turnew finali, il-kriterji ta' spareġġ kienu f'ordni differenti, fejn ir-riżultati kontra t-timijiet fil-kwistjoni kienu jippreċedu fuq id-differenza totali tal-gowls. Ir-regoli ġew mibdula għal verżjoni t'hawn fuq, imma verżjonijiet aktar antiki kienu għadhom disponibbli fuq is-siti tal-FIFA u l-UEFA, fejn ħolqu xi ftit tal-konfużjoni fost dawk li kienu qed jippruvaw jidentifikaw il-kriterji t-tajba.

Il-fażi finali tal-kompetizzjoni rat biss żewġ pari ta' timijiet li spiċċaw livell fil-punti: l-Arġentina u l-Olanda b'7 punti fi Grupp Ċ; u t-Tuneżija u l-Għarabja Sawdita b'punt fi Grupp H. Iż-żewġ każijiet ġew solvuti bid-differenza totali tal-gowls. Fiż-żewġ każi wkoll, it-timijiet ippareġġaw fil-partita kontra xulxin, u b'hekk l-ordni tal-kriterji ta' klassifikazzjoni m'għamlet l-ebda differenza.

Il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2006 bdiet fid-9 ta' Ġunju. It-32 tim ġew maqsuma fi tmien gruppi ta' erba' timijiet 'il wieħed, fejn kull tim lagħab kontra t-tliet timijiet l-oħra tal-grupp, biex jiġu determinati ż-żewġ timijiet li kienu se jikkwalifikaw għall-fażi ta' L-Aħħar Sittax, li bdiet fl-24 ta' Ġunju. Il-kampjonat kellu total ta' 64 logħba.

Minkejja li l-Ġermanja naqset li tirbaħ dan it-titlu mondjali, dan it-turnew kien ikkunsidrat bħala suċċess kbir għall-Ġermanja. L-istadji u s-sistema ta' trasport kienu ta' kwalità, u l-poplu Ġermaniż kien imfaħħar minħabba l-ospitalità u l-entużjażmu li wera. Il-Ġermanja esperjenzat żieda ta' spirtu patrijottiku hekk kif kien hemm numru kbir ta' bnadar Ġermaniżi mxejra, fejn tradizzjonalment, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, it-tixjir ta' bnadar Ġermaniżi ma tantx kien jintgħoġob mis-soċjetà Ġermaniża, anke meta t-tim Ġermaniż kien jilgħab.[13]

Dominju tat-timijiet tradizzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Minkejja s-suċċess bikri min-naħa tal-Awstralja, l-Ekwador u l-Gana, il-kampjonat immarka r-ritorn tad-dominju tal-qawwiet tradizzjonali tal-futbol. Erba' snin wara l-kampjonat tal-2002, fejn timijiet mill-Amerika ta' Fuq (l-Istati Uniti), l-Afrika (is-Senegal), u l-Asja (il-Korea t'Isfel) kienu waslu sal-fażijiet eliminatorji, u t-Turkija spiċċat fit-tielet post, din id-darba t-tmien l-aqwa timijiet klassifikati għamlu progress għall-fażi eliminatorja, u l-ebda tim mill-kwarti tal-finali ma kien barra mill-Ewropa jew l-Amerika t'Isfel. Sitta mit-tmien timijiet kwalifikati rebħu xi darba dan it-titlu mondjali, bl-Ukranja u l-finalista tellief tal-Kampjonati Ewropej 2004, il-Portugall, ikunu biss l-uniċi timijiet nazzjonali li mhumiex parti minn dan il-"grupp".[14] L-Arġentina u l-Brażil kienu eliminati fil-kwarti tal-finali, fejn ħallew finali kollha Ewropea għar-raba' darba fl-istorja wara dik tal-1934, l-1966 u l-1982.

Minkejja l-ħafna gowls li ġew skurjati fil-fażi tal-gruppi, fil-fażi eliminatorja n-numru ta' gowls naqsu. Eżempju prinċipali tan-nixfa tal-gowls huwa l-Portugall, li skorja fit-23 minuta tal-fażi ta' L-Aħħar Sittax, u ma reġax sab ix-xibka sat-88 minuta tal-partita kontra l-Ġermanja għat-tielet u r-raba' post. L-Italja, il-Ġermanja, l-Arġentina, il-Brażil u Franza kienu l-uniċi timijiet li skurjaw iktar minn gowl wieħed fil-fażi eliminatorja. Il-Ġermanja kienet l-unika eċċezzjoni hekk kif irnexxielha tispiċċa l-iktar tim li skorja gowls fil-kampjonat b'total ta' 14-il gowl.

Il-plejer Ġermaniż Miroslav Klose skorja 5 gowls biex b'hekk spiċċa rebbieħ taż-Żarbuna tad-Deheb, fejn dan in-numru ta' gowls hu l-inqas numru ta' gowls li qatt ġew skurjati minn rebbieħ ta' dan l-unur mill-edizzjoni tal-1962. L-ebda plejer skorja aktar minn tliet gowls. Mit-tim rebbieħ tal-Italja ħadd ma skorja aktar minn żewġ gowls, minkejja li għaxar plejers differenti skurjaw gaħt-tim, biex wettqu rekord għall-aktar plejers li skurjaw minn tim partikulari.

Għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja, l-ewwel u l-aħħar gowls tal-kampjonat ġew skurjati minn difensuri. Philipp Lahm tal-Ġermanja skorja l-ewwel gowl fil-kampjonat u anki fil-logħba li t-tim Ġermaniż lagħab kontra l-Kosta Rika wara 5 minuti. Fil-finali, Marco Materazzi, skorja l-aħħar gowl tal-kampjonat; fl-20 minuta kontra Franza.

Numru kbir ta' ammonizzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Ikkomparat mal-edizzjonijiet preċedenti tat-Tazza tad-Dinja, dan il-kampjonat jibqa' mfakkar għan-numru kbir ta' karti sofor u ħomor li ġew murija, fejn għeleb ir-rekord li sar fit-Tazza tad-Dinja 1998. Il-plejers irċevew total ta' 345 karta safra u 28 karta ħamra, b'Valentin Ivanov juri 16-il karta safra u 4 karti ħomor fil-partita tal-aħħar sittax bejn il-Portugall u l-Olanda. Il-Portugall kellhom żewġ plejers sospiżi għall-partiti tal-kwarti tal-finali u tas-semifinali, rispettivament. Il-President tal-FIFA Sepp Blatter stqarr li għal kampjonati futuri jista' jsir xi tibdil ta' regoli biex b'hekk xi karti sofor akkumulati ma jħallux plejer jitlef il-finali, jekk it-tim ikompli fil-kompetizzjoni. Din l-edizzjoni rat ukoll avveniment kurjuż, fejn l-Ingliż Graham Poll bi żball ta tliet karti sofor lill-plejer Kroat Josip Šimunić fil-partita kontra l-Awstralja, qabel ma' dan tal-aħħar ġie suċċessivament imkeċċi.

In-numru kbir ta' karti sofor u ħomor qajmu diskussjoni fuq ir-referis. L-uffiċjali tal-FIFA u l-President Sepp Blatter irċevew kritika li allegatament għamlu regoli li huma wisq riġidi.[15]

Il-lejl ta' Nurimberga illuminat minn ballun kbir

Fażi tal-gruppi

[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-tabelli li jsegwu:

  • L = total ta' logħob
  • R = total ta' rebħiet
  • P = total ta' pari
  • T = total ta' telfiet
  • GF = total ta' gowls favur
  • GK = total ta' gowls kontra
  • DG = differenza tal-gowls (GF−GK)
  • Pti = total ta' punti

It-timijiet li spiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet, ikkwalifikaw għar-rawnd ta' L-Aħħar Sittax.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp A tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim L R P T GF GK DG Pti
 Ġermanja 3 3 0 2 8 2 +6 9
 Ekwador 3 2 0 1 5 3 +2 6
 Polonja 3 1 0 2 2 4 −2 3
 Kosta Rika 3 0 0 3 3 9 −6 0
9 ta' Ġunju 2006
Ġermanja  4 – 2  Kosta Rika
Polonja  0 – 2  Ekwador
14 ta' Ġunju 2006
Ġermanja  1 – 0  Polonja
15 ta' Ġunju 2006
Ekwador  3 – 0  Kosta Rika
20 ta' Ġunju 2006
Ekwador  0 – 3  Ġermanja
Kosta Rika  1 – 2  Polonja
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp B tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim L R P T GF GK DG Pti
 Ingilterra 3 2 1 0 5 2 +3 7
 Żvezja 3 1 2 0 3 2 +1 5
 Paragwaj 3 1 0 2 2 2 0 3
 Trinidad u Tobago 3 0 1 2 0 4 −4 1
10 ta' Ġunju 2006
Ingilterra  1 – 0  Paragwaj
Trinidad u Tobago  0 – 0  Żvezja
15 ta' Ġunju 2006
Ingilterra  2 – 0  Trinidad u Tobago
Żvezja  1 – 0  Paragwaj
20 ta' Ġunju 2006
Żvezja  2 – 2  Ingilterra
Paragwaj  2 – 0  Trinidad u Tobago
Il-penalty ta' Bonaventure Kalou fil-partita bejn il-Kosta tal-Avorju u s-Serbja u Montenegro
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp Ċ tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim L R P T GF GK DG Pti
 Arġentina 3 2 1 0 8 1 +7 7
 Netherlands 3 2 1 0 3 1 +2 7
 Kosta tal-Avorju 3 1 0 2 5 6 −1 3
 Serbja u Montenegro 3 0 0 3 2 10 −8 0
10 ta' Ġunju 2006
Arġentina  2 – 1  Kosta tal-Avorju
11 ta' Ġunju 2006
Serbja u Montenegro  0 – 1  Netherlands
16 ta' Ġunju 2006
Arġentina  6 – 0  Serbja u Montenegro
Netherlands  2 – 1  Kosta tal-Avorju
21 ta' Ġunju 2006
Netherlands  0 – 0  Arġentina
Kosta tal-Avorju  3 – 2  Serbja u Montenegro
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp D tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim L R P T GF GK DG Pti
 Portugall 3 3 0 0 5 1 +4 9
 Messiku 3 1 1 1 4 3 +1 4
 Angola 3 0 2 1 1 2 −1 2
 Iran 3 0 1 2 2 6 −4 1
11 ta' Ġunju 2006
Messiku  3 – 1  Iran
Angola  0 – 1  Portugall
16 ta' Ġunju 2006
Messiku  0 – 0  Angola
17 ta' Ġunju 2006
Portugall  2 – 0  Iran
21 ta' Ġunju 2006
Portugall  2 – 1  Messiku
Iran  1 – 1  Angola
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp E tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim L R P T GF GK DG Pti
 Italja 3 2 1 0 5 1 +4 7
 Gana 3 2 0 1 4 3 +1 6
 Repubblika Ċeka 3 1 0 2 3 4 −1 3
 Stati Uniti 3 0 1 2 2 6 −4 1
12 ta' Ġunju 2006
Stati Uniti  0 – 3  Repubblika Ċeka
Italja  2 – 0  Gana
17 ta' Ġunju 2006
Repubblika Ċeka  0 – 2  Gana
Italja  1 – 1  Stati Uniti
22 ta' Ġunju 2006
Repubblika Ċeka  0 – 2  Italja
Gana  2 – 1  Stati Uniti
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp F tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim L R P T GF GK DG Pti
 Brażil 3 3 0 0 7 1 +6 9
 Awstralja 3 1 1 1 5 5 0 4
 Kroazja 3 0 2 1 2 3 −1 2
 Ġappun 3 0 1 2 2 7 −5 1
12 ta' Ġunju 2006
Awstralja  3 – 1  Ġappun
13 ta' Ġunju 2006
Brażil  1 – 0  Kroazja
18 ta' Ġunju 2006
Kroazja  0 – 0  Ġappun
Brażil  2 – 0  Awstralja
22 ta' Ġunju 2006
Ġappun  1 – 4  Brażil
Kroazja  2 – 2  Awstralja
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp Ġ tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim L R P T GF GK DG Pti
 Żvizzera 3 2 1 0 4 0 +4 7
 Franza 3 1 2 0 3 1 +2 5
 Korea t'Isfel 3 1 1 1 3 4 −1 4
 Togo 3 0 0 3 1 6 −5 0
13 ta' Ġunju 2006
Korea t'Isfel  2 – 1  Togo
Franza  0 – 0  Żvizzera
18 ta' Ġunju 2006
Franza  1 – 1  Korea t'Isfel
19 ta' Ġunju 2006
Togo  0 – 2  Żvizzera
23 ta' Ġunju 2006
Togo  0 – 2  Franza
Żvizzera  2 – 0  Korea t'Isfel
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp H tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim L R P T GF GK DG Pti
 Spanja 3 3 0 0 8 1 +7 9
 Ukrajna 3 2 0 1 5 4 +1 6
 Tuneżija 3 0 1 2 3 6 −3 1
 Arabja Sawdija 3 0 1 2 2 7 −5 1
14 ta' Ġunju 2006
Spanja  4 – 0  Ukrajna
Tuneżija  2 – 2  Arabja Sawdija
19 ta' Ġunju 2006
Arabja Sawdija  0 – 4  Ukrajna
Spanja  3 – 1  Tuneżija
23 ta' Ġunju 2006
Arabja Sawdija  0 – 1  Spanja
Ukrajna  1 – 0  Tuneżija

Fażi eliminatorja

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Fażi eliminatorja tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.

Il-fażi eliminatorja kienet rawnd ta' eliminazzjoni diretta, fejn it-tellief kien jiġi eliminat awtomatikament. Din involviet is-sittax-il tim li kkwalfika mill-fażi tal-gruppi. Kien hemm erba' rawnds, fejn f'kull waħda kienu jiġu eliminati nofs it-timijiet li kkompetew f'dik il-fażi. Ir-rawnds suċċessivi kienu: L-Aħħar sittax, il-Kwarti tal-finali, is-Semifinali u l-Finali. Kien hemm ukoll il-logħba għat-tielet u r-raba' post. Għal kull logħba f'din il-fażi, jekk il-logħba tispiċċa pari wara l-ħin normali, tletin minuta kienu jintlagħbu (maqsuma f'żewġ taqsimiet ta' ħmistax-il minuta 'l waħda); jekk il-partita tibqa' pari, ikun imiss l-għoti tal-penalties biex jiġi ddeterminat ir-rebbieħ tal-konfront. Riżultati wara l-ħin supplementari huma mmarkati bħala (ħs), u riżultati wara l-għoti tal-penalties huma mmarkati bħala (pen).

L-aħħar sittax Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                           
24 ta' Ġunju - Munich            
   Ġermanja  2
30 ta' Ġunju - Berlin
   Żvezja  0  
   Ġermanja (pen)  1 (4)
24 ta' Ġunju - Leipzig
    Arġentina  1 (2)  
   Arġentina (ħs)  2
4 ta' Lulju - Dortmund
   Messiku  1  
   Ġermanja  0
26 ta' Ġunju - Kaiserslautern
     Italja (ħs)  2  
   Italja  1
30 ta' Ġunju - Amburgu
   Awstralja  0  
   Italja  3
26 ta' Ġunju - Kolonja
     Ukrajna  0  
   Żvizzera  0 (0)
9 ta' Lulju - Berlin
   Ukrajna (pen)  0 (3)  
   Italja (pen)  1 (5)
25 ta' Ġunju - Stokkarda
     Franza  1 (3)
   Ingilterra  1
1 ta' Lulju - Gelsenkirchen
   Ekwador  0  
   Ingilterra  0 (1)
25 ta' Ġunju - Nuremberga
     Portugall (pen)  0 (3)  
   Portugall  1
5 ta' Lulju - Munich
   Netherlands  0  
   Portugall  0
27 ta' Ġunju - Dortmund
     Franza  1   Logħba għat-tielet post
   Brażil  3
1 ta' Lulju - Frankfurt 8 ta' Lulju - Stokkarda
   Gana  0  
   Brażil  0    Ġermanja  3
27 ta' Ġunju - Hanover
     Franza  1      Portugall  1
   Spanja  1
   Franza  3  

L-Aħħar Sittax

[immodifika | immodifika s-sors]
24 ta' Ġunju 2006
17:00
Ġermanja  2 – 0  Żvezja FIFA WM Stadion München, Munich
Attendenza: 66,000
Referi: Carlos Eugênio Simon (Brażil)
Podolski Gowl 4' Gowl 12' Rapport

24 ta' Ġunju 2006
21:00
Arġentina  2 – 1 (ħs)  Messiku Zentralstadion, Leipzig
Attendenza: 43,000
Referi: Massimo Busacca (Żvizzera)
Crespo Gowl 10'
Rodríguez Gowl 98'
Rapport Márquez Gowl 6'

25 ta' Ġunju 2006
17:00
Ingilterra  1 – 0  Ekwador Gottlieb-Daimler-Stadion, Stuttgart
Attendenza: 52,000
Referi: Frank de Bleeckere (Belġju)
Beckham Gowl 60' Rapport

25 ta' Ġunju 2006
21:00
Portugall  1 – 0  Netherlands Frankenstadion, Nuremberga
Attendenza: 41,000
Referi: Valentin Ivanov (Russja)
Maniche Gowl 23' Rapport

26 ta' Ġunju 2006
17:00
Italja  1 – 0  Awstralja Fritz Walter Stadion, Kaiserslautern
Attendenza: 46,000
Referi: Luis Medina Cantalejo (Spanja)
Totti Gowl 90+5' (pen) Rapport

26 ta' Ġunju 2006
21:00
Żvizzera  0 – 0 (ħs)  Ukrajna FIFA WM Stadion Köln, Kolonja
Attendenza: 45,000
Referi: Benito Archundia (Messiku)
Rapport
  Penalties  
  Streller Żbaljat
Barnetta Żbaljat
Cabanas Żbaljat
0 – 3 Żbaljat Shevchenko
Skurjat Milevskiy
Skurjat Rebrov
Skurjat Gusev
 

27 ta' Ġunju 2006
17:00
Brażil  3 – 0  Gana FIFA WM Stadion Dortmund, Dortmund
Attendenza: 65,000
Referi: Ľuboš Micheľ (Slovakkja)
Ronaldo Gowl 5'
Adriano Gowl 45+1'
Zé Roberto Gowl 84'
Rapport

27 ta' Ġunju 2006
21:00
Spanja  1 – 3  Franza FIFA WM Stadion Hannover, Hanover
Attendenza: 43,000
Referi: Roberto Rosetti (Italja)
David Villa Gowl 28' (pen) Rapport Ribéry Gowl 41'
Vieira Gowl 83'
Zidane Gowl 90+2'

Kwarti tal-finali

[immodifika | immodifika s-sors]
30 ta' Ġunju 2006
17:00
Ġermanja  1 – 1 (ħs)  Arġentina Olympiastadion, Berlin
Attendenza: 72,000
Referi: Ľuboš Micheľ (Slovakkja)
Klose Gowl 80' Rapport Ayala Gowl 49'
  Penalties  
  Neuville Skurjat
Ballack Skurjat
Podolski Skurjat
Borowski Skurjat
4 – 2 Skurjat Cruz
Żbaljat Ayala
Skurjat Rodríguez
Żbaljat Cambiasso
 

30 ta' Ġunju 2006
21:00
Italja  3 – 0  Ukrajna FIFA WM Stadion Hamburg, Amburgu
Attendenza: 50,000
Referi: Frank de Bleeckere (Belġju)
Zambrotta Gowl 6'
Toni Gowl 59'69'
Rapport

1 ta' Lulju 2006
17:00
Ingilterra  0 – 0 (ħs)  Portugall FIFA WM Stadion Gelsenkirchen, Gelsenkirchen
Attendenza: 52,000
Referi: Horacio Elizondo (Arġentina)
Rapport
  Penalties  
  Lampard Żbaljat
Hargreaves Skurjat
Gerrard Żbaljat
Carragher Żbaljat
1 – 3 Skurjat Simão
Żbaljat Viana
Żbaljat Petit
Skurjat Postiga
Skurjat Ronaldo
 

1 ta' Lulju 2006
21:00
Brażil  0 – 1  Franza FIFA WM Stadion Frankfurt, Frankfurt
Attendenza: 48,000
Referi: Luis Medina Cantalejo (Spanja)
Rapport Henry Gowl 57'
4 ta' Lulju 2006
21:00
Ġermanja  0 – 2 (ħs)  Italja FIFA WM Stadion Dortmund, Dortmund
Attendenza: 65,000
Referi: Benito Archundia (Messiku)
Rapport Grosso Gowl 119'
Del Piero Gowl 120+1'

5 ta' Lulju 2006
21:00
Portugall  0 – 1  Franza FIFA WM Stadion München, Munich
Attendenza: 66,000
Referi: Jorge Larrionda (Urugwaj)
Rapport Zidane Gowl 33' (pen)

Finali għat-tielet post

[immodifika | immodifika s-sors]
8 ta' Lulju 2006
21:00
Ġermanja  3 – 1  Portugall Gottlieb-Daimler-Stadion, Stuttgart
Attendenza: 52,000
Referi: Toru Kamikawa (Ġappun)
Schweinsteiger Gowl 56' Gowl 78'
Petit Gowl 60' (awt)
Rapport Nuno Gomes Gowl 88'
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
9 ta' Lulju 2006
20:00
Italja  1 – 1 (ħs)  Franza Olympiastadion, Berlin
Attendenza: 69,000
Referi: Horacio Elizondo (Arġentina)
Materazzi Gowl 19' Rapport Zidane Gowl 7' (pen)
  Penalties  
  Pirlo Skurjat
Materazzi Skurjat
De Rossi Skurjat
Del Piero Skurjat
Grosso Skurjat
5 – 3 Skurjat Wiltord
Żbaljat Trezeguet
Skurjat Abidal
Skurjat Sagnol
 
Rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2006
Italja
Italja
Ir-raba' titlu
Rebbieħ taż-Żarbuna tad-Deheb Rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb Premju Yashin L-Aqwa Plejer Żagħżugħ Trofew tal-Fair Play tal-FIFA L-Aktar Tim Divertenti
Ġermanja Miroslav Klose Franza Zinedine Zidane Italja Gianluigi Buffon Ġermanja Lukas Podolski  Brażil
 Spanja
 Portugall

Il-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA għal kull partita ta l-unur tal-Plejer tal-Partita għal plejer partikulari. Andrea Pirlo tal-Italja rebaħ l-iktar numru ta' unuri tal-Plejer tal-Partita; total ta' tlieta. Miroslav Klose, Agustin Delgado, Arjen Robben, Zé Roberto, Alexander Frei, Michael Ballack, u Patrick Vieira kolla rċevew żewġ unuri.

Fl-10 ta 'Lulju 2006, minkejja il-ġest vjolenti kontra Materazzi u l-insult lejn ir-referee Jorge Larrionda matul is-semi-finali mal-Portugall,[16] Zidane kien elett "l-aħjar plejer tad-Dinja".


It-Tim All Star hi skwadra tat-23 plejer li l-aktar impressjonaw matul it-Tazza tad-Dinja 2006, kif ġew magħżula mill-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA. It-tim finali ġie magħżul minn aktar minn 50 plejer nominat, u ġie magħżul skont il-prestazzjonijiet individwali mit-tieni rawnd 'il quddiem.[17]

Gowlkipers Difensuri Midfilders Attakkanti

Italja Gianluigi Buffon
Ġermanja Jens Lehmann
Portugall Ricardo

Arġentina Roberto Ayala
Ingilterra John Terry
Franza Lilian Thuram
Ġermanja Philipp Lahm
Italja Fabio Cannavaro
Italja Gianluca Zambrotta
Portugall Ricardo Carvalho

Brażil Zé Roberto
Franza Patrick Vieira
Franza Zinedine Zidane
Ġermanja Michael Ballack
Italja Andrea Pirlo
Italja Gennaro Gattuso
Italja Francesco Totti
Portugall Luís Figo
Portugall Maniche

Arġentina Hernán Crespo
Franza Thierry Henry
Ġermanja Miroslav Klose
Italja Luca Toni

L-aqwa skorers

[immodifika | immodifika s-sors]

Miroslav Klose kien l-aqwa skorer tal-kampjonat u rċieva ż-Żarbuna tad-Deheb wara li skorja 5 gowls fit-Tazza tad-Dinja. Dan kien l-iżgħar numru ta' gowls skurjati mill-aqwa skorer tal-kampjonat tat-Tazza tad-Dinja minn meta sitt plejers spiċċaw b'total ta' erba' gowls fit-Tazza tad-Dinja 1962. Matul din l-edizzjoni 149 gowl ġew skurjati (erba' minnhom kien awtogowls).

5 gowls
3 gowls
2 gowls
gowl
Awtogowls

  1. ^ "The FIFA World Cup TV viewing figures" (PDF) (bl-Ingliż). FIFA. Miġbur 2007-10-31.
  2. ^ "FIFA acknowledges Brazil's withdrawal from 2006 World Cup race" (bl-Ingliż). FIFA. 2000-07-04. Miġbur 2008-03-29.
  3. ^ a b "FIFA World Cup 2006 : Results of First Two Rounds of Voting" (bl-Ingliż). FIFA. 2000-07-06. Miġbur 2008-03-29.
  4. ^ "Call for World Cup re-vote" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2000-07-07. Miġbur 2007-06-25.
  5. ^ "S. Africa Confident of Blatter's Support to Host 2006 World Cup" (bl-Ingliż). People's Daily Online. 2000-01-19. Miġbur 2007-06-25.
  6. ^ "FIFA president Blatter a big loser with Germany getting 2006 World Cup" (bl-Ingliż). Soccertimes.com. 2000. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-08. Miġbur 2008-08-07.
  7. ^ "The Hoax That Brought the World Cup to Germany" (bl-Ingliż). Spiegel Online. 2006-01-17. Miġbur 2008-09-11.
  8. ^ "Record number of 204 teams enter preliminary competition" (bl-Ingliż). FIFA. 2007-03-03. Miġbur 2008-03-29.
  9. ^ "Stadiums renamed for Fifa sponsors" (bl-Ingliż). BBC. 2006-06-06. Miġbur 2008-03-29.
  10. ^ "FIFA Organising Committee approves team classifications and final draw procedure" (bl-Ingliż). FIFA. 2005-12-06. Miġbur 2008-03-29.
  11. ^ Wilson, Paul (2005-12-11). "An easy group? Draw your own conclusions" (bl-Ingliż). The Observer. Miġbur 2006-06-26.
  12. ^ Palmer, Kevin (2006-05-24). "Group C Tactics Board" (bl-Ingliż). ESPN. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-06-20. Miġbur 2006-06-26.
  13. ^ "South African to learn lessons from Germany" (bl-Ingliż). The 2006 FIFA World Cup Germany. 2006-07-09. Miġbur 2006-07-27.
  14. ^ Zeigler, Mark (2006-06-30). "World Cup quarterfinals" (bl-Ingliż). Union Tribune. Miġbur 2008-03-31.
  15. ^ "Who's to blame for Cup card frenzy?" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-06-26. Miġbur 2006-07-23.
  16. ^ Doyle, Paul (2006-07-20). "Selfish Zidane has fooled Fifa" (bl-Ingliż). The Guardian.
  17. ^ Associated Press (2006-07-07). "France, Italy dominate World Cup all-star squad" (bl-Ingliż). CBC. Miġbur 2006-08-11.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]