Aqbeż għall-kontentut

Grupp F tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Artiklu prinċipali: Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.

Grupp F tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 li saret fil-Ġermanja, kien jikkonsisti minn erba' timijiet. Il-logħob minn dan il-grupp sar bejn it-12 ta' Ġunju u t-22 ta' Ġunju 2006. Il-Brażil rebħu l-grupp, u avvanzaw għat-tieni taqsima tal-logħba, flimkien li magħhom ingħaqdu l-Awstralja. Il-Kroazja u l-Ġappun kellhom ibaxxu rashom hekk kif sfaw eliminati.


Awstralja

Brażil

Ġappun

Kroazja
Kwalifikat Kwalifikat


Dehra tal-Olympiastadion ta' Berlin matul il-konfront bejn il-Brażil u l-Kroazja

Il-Brażil laħqu l-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja konxji li kienu fost il-favoriti netti li jerġgħu jakkwistaw t-Tazza tad-Dinja għat-tieni darba konsekuttiva, wara kampanja ta' kwalifikazzjoni mill-aqwa akkumpanjata minn staġun mill-aqwa għal Ronaldinho. Il-Kroazja, għas-suċċess li kellha fil-kompetizzjonijiet preċedenti u l-pożizzjoni tagħha fil-quċċata tal-klassifika tal-grupp ta' kwalifikazzjoni quddiem l-Iżvezja, kienet il-favorita li ssib post fit-tieni taqsima permezz tat-tieni post fil-grupp. Il-Ġappun kienu dawk li kellhom ix-xewqa li jerġgħu jirrepetu l-istess passi li għamlu fl-edizzjoni preċedenti fejn f'dik is-sena kienu waslu sal-aħħar taqsima, waqt li l-Awstralja kienet qed tagħmel l-istorja meta reġgħet dehret f'din il-kompetizzjoni wara assenza ta' 32 sena.

Fl-ewwel partita tal-Brażil, it-tim wera livell ta' prestazzjoni baxxa, bid-detenturi ta' dan it-titlu juru nuqqas ta' sforz bid-difiża Kroata jirnexxielha tannulla kwalunkwe avvanz magħmul minn Ronaldinho u Ronaldo. Minkejja li Kaká ħareġ bil-gowl rebbieħ fl-44 minuta, ħafna kienu li ddubbitaw fuq il-prestazzjoni Brażiljana speċjalment fuq Ronaldo u l-prestazzjoni tiegħu, b'ħafna jikkritaw bil-qawwi lill-plejer għan-nuqqas ta' impenn li wera. Il-partita bejn l-Awstralja u l-Ġappun, rat lit-tim Ġappuniż jieħu l-vantaġġ b'gowl kontroversjali ta' Shunsuke Nakamura fis-26 minuta, meta l-plejers Awstraljani pprotestaw li Naohiro Takahara tellef lill-gowler Mark Schwarzer milli jilqa' l-ballun. Madanakollu, doppjetta tas-soltu Tim Cahill u John Aloisi fit-tieni taqsima kienu biżżejjed biex taw rebħa lill-Awstraljani bl-iskor ta' 3–1. Dawn il-gowls kienu l-ewwel gowls tal-Awstralja fl-istorja tagħhom fit-Tazza tad-Dinja. B'hekk is-Socceroos kisbu l-ewwel rebħa fit-Tazza tad-Dinja.

Konxji mill-bżonn li kellhom jiksbu xi punti kontra l-hekk mistħoqq l-aqwa tim tal-grupp, l-Awstralja ħarġet b'saħħitha kontra l-Brażil. Minkejja li l-Brażil kienu ta' aktar kwalità mit-tim Oċean, dan ma kienx rifless fuq il-grawnd. Madanakollu, in-nuqqas ta' esperjenza li l-Awstraljani kienu jħaddnu għal manifestazzjoni bħal din swiethom qares f'dan il-konfront. Il-Brażil marru minn fuq grazzi għal doppjetta ta' Adriano u tas-sostitut Fred, biex ħarġu rebbieħa 3–0 u assiguraw il-passaġġ għat-tieni taqsima. Il-Kroazja u l-Ġappun, min-naħa l-oħra, kellhom bżonn rebħa biex iżommu l-aspirazzjonijiet tagħhom għolja biex jilħqu 'l-Awstralja. Madanakollu, din il-partita spiċċat f'pari deludenti ta' mingħajr gowls.

Fl-aħħar partita tal-grupp, il-Ġappun lagħbu kontra l-Brażil. Minkejja li fit-teorija l-Ġappuniżi xorta kienu għadhom fiċ-ċans li jikkwalifikaw, fil-verità kellha tkun wirja impekabbli biex jinnulifikaw l-isfida tal-Brażil. B'sorpriża, Keiji Tamada fetaħ l-iskor għall-Ġappuniżi fl-34 minuta. Il-Brażil, li kienu għadhom iżommu r-rekord ta' disa' partiti mingħajr telfa fil-fażi finali tal-kompetizzjoni (bl-aħħar telfa tmur lura fil-finali tat-Tazza tad-Dinja 1998 kontra Franza), irrispondu għal dan il-gowl bla mistenni, meta l-ħafna kritikat Ronaldo sikket 'il kritiċi tiegħu billi skorja l-gowl tal-pari. Dan il-gowl fisser ukoll li Ronaldo ħa post 'il leġġendarju Pelé fil-klassifika tal-aqwa skorers mat-tim nazzjonali Brażiljan f'dan it-turnew. Juninho Pernambucano u Gilberto tefgħu lill-Brażil fil-vantaġġ, u Ronaldo żied ir-raba' u l-aħħar gowl tal-konfront, b'dan il-gowl skorjat fil-81 minuta, jagħmlu l-iktar skorer prolifiku fl-istorja ta' dan it-turnew fejn ugwalja r-rekord tal-Ġermaniż Gerd Müller.

Il-partita l-oħra offriet aktar emozzjonijiet, bl-Awstralja u l-Kroazja jiġġieldu għall-aħħar post disponibbli għat-tieni taqsima. Bl-aqwa logħob ikun provdut mill-Balkaniċi, ma kinitx sorpriża li wara żewġ minuti Darijo Srna fetaħ l-iskor għall-Kroati. Craig Moore irnexxielu jġib parità fl-iskor wara 38 minuta. Fit-tieni taqsima, il-kaptan tal-Kroazja Niko Kovač reġa' poġġa fil-vantaġġ lit-tim tiegħu, b'gowl li wasal fis-57 minuta. Hekk kif bdew jgħaddu l-minuti, il-partita bdiet issir aktar vjolenti bir-referi Ingliż Graham Poll juri t-tieni karta safra (u b'hekk karta ħamra finali) lill-Kroat Dario Šimić u lill-Awstraljan Brett Emerton fil-85 u fis-87 minuta, rispettivament. Hekk kif deher li kienu se tkun il-Kroazja li tkompli l-avventura f'din il-kompetizzjoni, Harry Kewell skorja għall-Awstralja u kiseb il-pari ta' 2–2. Fl-aħħar istanti tal-partita, seħħ fatt stramb fejn fid-90 minuta Graham Poll wera t-tieni karta safra lil Josip Šimunić. Hekk kif kellu diġà karta safra li ngħatatlu fil-61 minuta, skont ir-regoli tal-FIFA dan kellu jħalli l-grawnd, imma r-referi ma weriex il-karta l-ħamra, u Šimunić kompla jilgħab sa tliet minuti wara meta fl-aħħar Poll wrielu t-tielet karta safra u finalment ingħata l-karta l-ħamra. B'riżultat ta' dan, il-FIFA issospendiet lil Graham Poll għall-kumplament tat-turnew. Finalment, il-partiti ntemmet bl-Awstraljani jilħqu għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom il-fażi tal-aħħar sittax.

Tim L R P T GF GK DG Pti
 Brażil 330071+69
 Awstralja 31115504
 Kroazja 302123−12
 Ġappun 301227−51

Awstralja vs Ġappun

[immodifika | immodifika s-sors]
12 ta' Ġunju 2006
15:00
Awstralja  3 – 1  Ġappun Fritz Walter Stadion, Kaiserslautern
Attendenza: 46,000
Referi: Essam Abd El Fatah (Eġittu)
Cahill Gowl 84', 89'
Aloisi Gowl 90+2'
Rapport Nakamura Gowl 26'
Awstralja
AWSTRALJA:
G1Mark Schwarzer
D3Craig MooreAmmonizzjoni 58'Sostituzzjoni (barra) 61'
D2Lucas Neill
D14Scott Chipperfield
M20Luke WilkshireSostituzzjoni (barra) 75'
M7Brett Emerton
M23Mark BrescianoSostituzzjoni (barra) 53'
M13Vince GrellaAmmonizzjoni 33'
M5Jason Čulina
A10Harry Kewell
A9Mark Viduka (k)
Sostituzzjonijiet:
M4Tim CahillAmmonizzjoni 69'Sostituzzjoni (ġewwa) 53'
A19Joshua KennedySostituzzjoni (ġewwa) 61'
A15John AloisiAmmonizzjoni 78'Sostituzzjoni (ġewwa) 75'
Kowċ:
Netherlands Guus Hiddink
Ġappun
ĠAPPUN:
G23Yoshikatsu Kawaguchi
D19Keisuke TsuboiSostituzzjoni (barra) 56'
D5Tsuneyasu Miyamoto (k)Ammonizzjoni 31'
D22Yuji Nakazawa
M3Yūichi Komano
M7Hidetoshi Nakata
M10Shunsuke Nakamura
M15Takashi Fukunishi
M14Alex
A13Atsushi YanagisawaSostituzzjoni (barra) 79'
A9Naohiro TakaharaAmmonizzjoni 40'
Sostituzzjonijiet:
D2Teruyuki MoniwaAmmonizzjoni 68'Sostituzzjoni (ġewwa) 56'Sostituzzjoni (barra) 90+1'
M18Shinji OnoSostituzzjoni (ġewwa) 79'
A16Masashi OguroSostituzzjoni (ġewwa) 90+1'
Kowċ:
Brażil Zico

Plejer tal-Partita:
Awstralja Tim Cahill

Assistenti:
Mali Dramane Dante
Senegal Mamadou Ndoye
Ir-Raba' uffiċċjal:
Franza Éric Poulat
Il-Ħames uffiċċjal:
Franza Vincent Texier

Brażil vs Kroazja

[immodifika | immodifika s-sors]
13 ta' Ġunju 2006
21:00
Brażil  1 – 0  Kroazja Olympiastadion, Berlin
Attendenza: 72,000
Referi: Benito Archundia (Messiku)
Kaká Gowl 44' Rapport
Brażil
BRAŻIL:
G1Dida
D2Cafu (k)
D3Lúcio
D4Juan
D6Roberto Carlos
M5EmersonAmmonizzjoni 42'
M11Zé Roberto
M8Kaká
M10Ronaldinho
A7Adriano
A9RonaldoSostituzzjoni (barra) 70'
Sostituzzjonijiet:
A23RobinhoSostituzzjoni (ġewwa) 70'
Kowċ:
Brażil Carlos Alberto Parreira
Kroazja
KROAZJA:
G1Stipe Pletikosa
D7Dario Šimić
D4Robert KovačAmmonizzjoni 67'
D3Josip Šimunić
M2Darijo Srna
M10Niko Kovač (k)Ammonizzjoni 32'Sostituzzjoni (barra) 41'
M5Igor TudorAmmonizzjoni 90'
M8Marko Babić
M19Niko Kranjčar
A9Dado Pršo
A17Ivan KlasnićSostituzzjoni (barra) 56'
Sostituzzjonijiet:
M16Jerko LekoSostituzzjoni (ġewwa) 41'
A18Ivica OlićSostituzzjoni (ġewwa) 56'
Kowċ:
Kroazja Zlatko Kranjčar

Plejer tal-Partita:
Brażil Kaká

Assistenti:
Messiku José Ramírez
Kanada Héctor Vergara
Ir-Raba' uffiċċjal:
Marokk Mohamed Guezzaz
Il-Ħames uffiċċjal:
Alġerija Brahim Djezzar

Ġappun vs Kroazja

[immodifika | immodifika s-sors]
18 ta' Ġunju 2006
15:00
Kroazja  0 – 0  Ġappun FIFA WM Stadion Nürnberg, Nuremberga
Attendenza: 41,000
Referi: Frank De Bleeckere (Belġju)
Rapport
Ġappun
ĠAPPUN:
G23Yoshikatsu KawaguchiAmmonizzjoni 42'
D21Akira Kaji
D5Tsuneyasu Miyamoto (k)Ammonizzjoni 21'
D22Yuji Nakazawa
D14AlexAmmonizzjoni 72'
M8Mitsuo Ogasawara
M7Hidetoshi Nakata
M15Takashi FukunishiSostituzzjoni (barra) 46'
M10Shunsuke Nakamura
A9Naohiro TakaharaSostituzzjoni (barra) 85'
A13Atsushi YanagisawaSostituzzjoni (barra) 61'
Sostituzzjonijiet:
M17Junichi InamotoSostituzzjoni (ġewwa) 46+1'
A20Keiji TamadaSostituzzjoni (ġewwa) 61'
M16Masashi OguroSostituzzjoni (ġewwa) 85'
Kowċ:
Brażil Zico
Kroazja
KROAZJA:
G1Stipe Pletikosa
D3Josip Šimunić
D4Robert KovačAmmonizzjoni 32'
D7Dario Šimić
M2Darijo SrnaAmmonizzjoni 69'Sostituzzjoni (barra) 87'
M5Igor TudorSostituzzjoni (barra) 70'
M10Niko Kovač (k)
M8Marko Babić
M19Niko KranjčarSostituzzjoni (barra) 78'
A9Dado Pršo
A17Ivan Klasnić
Sostituzzjonijiet:
A18Ivica OlićSostituzzjoni (ġewwa) 70'
M14Luka ModrićSostituzzjoni (ġewwa) 78'
A22Ivan BošnjakSostituzzjoni (ġewwa) 87'
Kowċ:
Kroazja Zlatko Kranjčar

Plejer tal-Partita:
Ġappun Hidetoshi Nakata

Assistenti:
Belġju Peter HeMans
Belġju Walter Vromans
Ir-Raba' uffiċċjal:
Stati Uniti Kevin Stott
Il-Ħames uffiċċjal:
Stati Uniti Gregory Barkey

Brażil vs Awstralja

[immodifika | immodifika s-sors]
18 ta' Ġunju 2006
18:00
Brażil  2 – 0  Awstralja FIFA WM Stadion München, Munich
Attendenza: 66,000
Referi: Markus Merk (Ġermanja)
Adriano Gowl 49'
Fred Gowl 90'
Rapport
Brażil
BRAŻIL:
G1Dida
D2Cafu (k)Ammonizzjoni 29'
D3Lúcio
D4Juan
D6Roberto Carlos
M5EmersonSostituzzjoni (barra) 72'
M11Zé Roberto
M8Kaká
M10Ronaldinho
A9RonaldoAmmonizzjoni 31'Sostituzzjoni (barra) 72'
A7AdrianoSostituzzjoni (barra) 88'
Sostituzzjonijiet:
M17Gilberto SilvaSostituzzjoni (ġewwa) 72'
A23RobinhoAmmonizzjoni 83'Sostituzzjoni (ġewwa) 72'
A21FredSostituzzjoni (ġewwa) 88'
Kowċ:
Brażil Carlos Alberto Parreira
Awstralja
AWSTRALJA:
G1Mark Schwarzer
D3Craig MooreSostituzzjoni (barra) 69'
D2Lucas Neill
D6Tony PopovićSostituzzjoni (barra) 41'
M7Brett EmertonAmmonizzjoni 13'
M13Vince Grella
M14Scott Chipperfield
M21Mile Sterjovski
M4Tim CahillSostituzzjoni (barra) 56'
M5Jason ČulinaAmmonizzjoni 39'
A9Mark Viduka (k)
Sostituzzjonijiet:
M23Mark BrescianoSostituzzjoni (ġewwa) 41'
M10Harry KewellSostituzzjoni (ġewwa) 56'
A15John AloisiSostituzzjoni (ġewwa) 69'
Kowċ:
Netherlands Guus Hiddink

Plejer tal-Partita:
Brażil Zé Roberto

Assistenti:
Ġermanja Christian Schraer
Ġermanja Jan-Hendrik Salver
Ir-Raba' uffiċċjal:
Messiku Marco Rodríguez
Il-Ħames uffiċċjal:
Kosta Rika Leonel Leal

Ġappun vs Brażil

[immodifika | immodifika s-sors]
22 ta' Ġunju 2006
21:00
Ġappun  1 – 4  Brażil FIFA WM Stadion Dortmund, Dortmund
Attendenza: 65,000
Referi: Éric Poulat (Franza)
Tamada Gowl 34' Rapport Ronaldo Gowl 45+1', 81'
Juninho Gowl 53'
Gilberto Gowl 59'
Ġappun
ĠAPPUN:
G23Yoshikatsu Kawaguchi
D21Akira KajiAmmonizzjoni 40'
D19Keisuke Tsuboi
D22Yuji Nakazawa (k)
D14Alex
M8Mitsuo OgasawaraSostituzzjoni (barra) 56'
M7Hidetoshi Nakata
M17Junichi Inamoto
M10Shunsuke Nakamura
A11Seiichiro MakiSostituzzjoni (barra) 60'
A20Keiji Tamada
Sostituzzjonijiet:
D6Koji NakataSostituzzjoni (ġewwa) 56'
A9Naohiro TakaharaSostituzzjoni (ġewwa) 60' Sostituzzjoni (barra) 66'
A16Masashi OguroSostituzzjoni (ġewwa) 66'
Kowċ:
Brażil Zico
Brażil
BRAŻIL:
G1Dida (k)Sostituzzjoni (barra) 82'
D16GilbertoAmmonizzjoni 44'
D4Juan
D3Lúcio
D13Cicinho
M10RonaldinhoSostituzzjoni (barra) 71'
M17Gilberto Silva
M19Juninho Pernambucano
M8KakáSostituzzjoni (barra) 71'
A23Robinho
A9Ronaldo
Sostituzzjonijiet:
M11Zé RobertoSostituzzjoni (ġewwa) 71'
M20RicardinhoSostituzzjoni (ġewwa) 71'
G12Rogério CeniSostituzzjoni (ġewwa) 82'
Kowċ:
Brażil Carlos Alberto Parreira

Plejer tal-Partita:
Brażil Ronaldo

Assistenti:
Franza Lionel Dagorne
Franza Vincent Texier
Ir-Raba' uffiċċjal:
Afrika t'Isfel Jerome Damon
Il-Ħames uffiċċjal:
Afrika t'Isfel Enock Molefe

Kroazja vs Awstralja

[immodifika | immodifika s-sors]
22 ta' Ġunju 2006
21:00
Kroazja  2 – 2  Awstralja Gottlieb-Daimler-Stadion, Stuttgart
Attendenza: 52,000
Referi: Graham Poll (Ingilterra)
Srna Gowl 2'
N. Kovač Gowl 56'
Rapport Moore Gowl 38' (pen.)
Kewell Gowl 79'
Kroazja
KROAZJA:
G1Stipe PletikosaAmmonizzjoni 69'
D7Dario ŠimićAmmonizzjoniAmmonizzjoniTkeċċija 32', 85'
D13Stjepan TomasSostituzzjoni (barra) 79'
D3Josip ŠimunićAmmonizzjoni 61' AmmonizzjoniAmmonizzjoniTkeċċija 90', 93'[1]
M5Igor TudorAmmonizzjoni 38'
M10Niko Kovač (k)
M2Darijo Srna
M19Niko KranjčarSostituzzjoni (barra) 65'
M8Marko Babić
A9Dado Pršo
A18Ivica OlićSostituzzjoni (barra) 73'
Sostituzzjonijiet:
M16Jerko LekoSostituzzjoni (ġewwa) 65'
M14Luka ModrićSostituzzjoni (ġewwa) 73'
A17Ivan KlasnićSostituzzjoni (ġewwa) 84'
Kowċ:
Kroazja Zlatko Kranjčar
Awstralja
AWSTRALJA:
G18Željko Kalac
D3Craig Moore
D2Lucas Neill
D14Scott ChipperfieldSostituzzjoni (barra) 75'
M7Brett EmertonAmmonizzjoniAmmonizzjoniTkeċċija 80', 87'
M13Vince GrellaSostituzzjoni (barra) 63'
M21Mile SterjovskiSostituzzjoni (barra) 71'
M5Jason Culina
M4Tim Cahill
M10Harry Kewell
A9Mark Viduka (k)
Sostituzzjonijiet:
A15John AloisiSostituzzjoni (ġewwa) 63'
M23Mark BrescianoSostituzzjoni (ġewwa) 71'
A19Joshua KennedySostituzzjoni (ġewwa) 75'
Kowċ:
Netherlands Guus Hiddink

Plejer tal-Partita:
Awstralja Harry Kewell

Assistenti:
Ingilterra Philip Sharp
Ingilterra Glen Turner
Ir-Raba' uffiċċjal:
Afrika t'Isfel Jerome Damon
Il-Ħames uffiċċjal:
Stati Uniti Kevin Stott

  1. Šimunić ingħata tliet karti sofor f'din il-partita: ir-referi naqas li jkeċċieh wara t-tieni karta safra, u ngħata biss il-karta ħamra wara t-tielet safra. Ir-rapport oriġinali tal-partita mill-FIFA wera t-tliet karti sofor, madankollu ġie modifikat ftit wara, bit-tieni karta safra (90') ma tkunx imniżżla; mhuwiex magħruf jekk dan hux minħabba l-konsistenza fir-rapporti, jew l-karta s-safra ġiet mneħħija.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]