Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950
| IV Campeonato Mundial de Futebol | |
|---|---|
|
Bolla kommemorattiva Brażiljana tat-turnew tal-1950 | |
| Dettalji tal-kompetizzjoni | |
| Pajjiż ospitanti |
|
| Dati | 24 ta' Ġunju – 16 ta' Lulju |
| Parteċipanti | 13 (minn 3 konfederazzjonijiet) |
| Grawnds | 6 (f'6 ibliet ospitanti) |
| Pożizzjonijiet finali | |
| Rebbieħ |
|
| It-Tieni post |
|
| It-Tielet post |
|
| Ir-Raba' post |
|
| Statistika tal-kompetizzjoni | |
| Partiti | 22 |
| Gowls skorjati | 88 (4 kull logħba) |
| Attendenza | 1,045,246 (47,511 kull logħba) |
| L-aqwa skorer(s) |
|
← 1938 1954 → | |
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950 kienet ir-raba' edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret il-Brażil bejn l-24 ta' Ġunju u s-16 ta' Lulju 1950. Din kienet l-ewwel Tazza tad-Dinja mill-1938, bl-edizzjonijiet tal-1942 u l-1946 jiġu mħassra minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija. Ir-rebbieħa kienu l-Urugwaj, li kienu rebħu wkoll l-edizzjoni inawgurali fl-1930. Huma rebħu lill-pajjiż ospitanti tal-Brażil fl-aħħar logħba deċiżiva. Din hija l-unika edizzjoni fejn ir-rebbieħ ma ġiex deċiż b'finali, kif ukoll fejn it-trofew ġie msemmi bħala t-Tazza Jules Rimet, ad unur il-25 anniversarju mill-presidenza tal-FIFA ta' Jules Rimet.
Pajjiż ospitanti
[immodifika | immodifika s-sors]Wara l-gwerra, il-FIFA kienet imħeġġa biex terġa' tqajjem il-kompetizzjoni mill-iktar fis. Ir-riżultat tal-gwerra ħalla lill-Ewropa f'rovina, u riżultat t'hekk il-FIFA sabitha diffiċli ssib pajjiż interessata li tospita dan l-avveniment. Dan minħabba li ħafna mill-gvernijiet iddeċidew li jiddedikaw ir-riżorsi skarsi tagħhom għal ħtiġijiet aktar essenzjali minn dik ta' ċelebrazzjoni sportiva. Bit-Tazza tad-Dinja tkun f'risku li ma ssirx minħabba n-nuqqas ta' interess mill-komunità internazzjonali, il-Brażil ippreżenta l-kandidatura tiegħu matul il-Kungress tal-FIFA tal-1946 u offra li jorganizza t-turnew bil-patt u l-kundizzjoni li dan isir fl-1950 (il-pjan oriġinali kien li jsir fl-1949).[1] Il-Brażil u l-Ġermanja kienu minn ta' quddiem fil-kandidatura tagħhom għat-Tazza tad-Dinja tal-1942. Minħabba li l-edizzjonijiet tal-1934 u l-1938 saru fl-Ewropa, storiċi tal-futbol ġeneralment jaqblu li l-avveniment tal-1942 kellu jingħata lil pajjiż Sud-Amerikan.
Kwalifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]
Wara li assiguraw l-organizzatur, il-FIFA kellha xorta waħda sabitha diffiċli biex tikkonvinċi lil timijiet nazzjonali biex jikkompetu. L-Italja kienet fuq quddiem tal-lista bħala rebbieħ tal-aħħar żewġ edizzjonijiet. Madanakollu, it-tim nazzjonali Taljan kien iddgħajjef wara t-traġeda tal-ajru ta' Superga li temmet il-ħajja tal-biċċa l-kbira tal-ewwel tim sena qabel il-bidu tat-turnew. Eventwalment, it-Taljani ġew persważi, imma għamlu l-vjaġġ bil-vapur minflok bl-ajruplan.[2]
Il-Brażil bħala l-pajjiż organizzatur u l-Italja bħala ċ-ċampjin attwali ngħataw post awtomatiku. Dan ħalla erbatax-il post li ġew maqsuma f'sebgħa lill-Ewropa, sitta lill-Amerika u wieħed lill-Asja.
Kemm il-Ġermanja u l-Ġappun ma tħallewx jipparteċipaw fil-kwalifikazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-Italja, l-Awstrija u diversi pajjiżi oħra li kienu involuti fit-Tieni Gwerra Dinjija bħala alleati tal-Ġermanja u l-Ġappun ma kienux suġġetti għal sanzjonijiet internazzjonali. Il-Finlandja tħalliet tikkwalifika minkejja li kienet parti mill-forzi tal-Assi bejn l-1941 u l-1944; huma rtiraw qabel il-kwalifikazzjoni tlesta u l-FIFA ddikjarat il-logħbiet tagħhom bħala logħbiet ta' ħbiberija.[3]
Il-pajjiżi Brittaniċi ġew mistiedna li jieħdu sehem, wara li ssieħbu mill-ġdid mal-FIFA erba' snin qabel wara eżilju ta' sbatax-il sena. Bħala grupp ta' kwalifikazzjoni ntgħażel li jintuża l-British Home Championship li ntlagħab fl-1949–50, bl-aqwa żewġ timijiet jikkwalifikaw. L-Ingilterra spiċċat l-ewwel u l-Iskozja fit-tieni.
Numru ta' timijiet irrifjutaw li jipparteċipaw fit-turnew ta' kwalifikazzjoni, fosthom ħafna pajjiżi wara l-Purtiera tal-Ħadid, fosthom l-Unjoni Sovjetika, iċ-Ċekoslovakkja (finalisti tal-1934) u l-Ungerija (finalisti tal-1938).[2] Fl-Amerika t'Isfel, l-Arġentina, l-Ekwador u l-Perù rtiraw mill-fażi ta' kwalifikazzjoni, li fisser li ċ-Ċili, il-Bolivja, il-Paragwaj u l-Urugwaj ikkwalifikaw awtomatikament.
Riżultati
[immodifika | immodifika s-sors]Fażi tal-gruppi
[immodifika | immodifika s-sors]Grupp 1
[immodifika | immodifika s-sors]| Tim | L |
R |
D |
T |
GF |
GK |
DG |
Pti |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 3 | 2 | 1 | 0 | 8 | 2 | +6 | 5 | |
| 3 | 2 | 0 | 1 | 7 | 3 | +4 | 4 | |
| 3 | 1 | 1 | 1 | 4 | 6 | −2 | 3 | |
| 3 | 0 | 0 | 3 | 2 | 10 | −8 | 0 |
| 24 ta' Ġunju 1950 15:00 (UTC−03) |
Brażil |
4–0 | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 81,649 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Ademir Jair Baltazar |
Rapport |
| 25 ta' Ġunju 1950 18:00 (UTC−03) |
Jugożlavja |
3–0 | Estádio Independência, Belo Horizonte Attendenza: 7,336 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Mitić Tomašević Ognjanov |
Rapport |
| 28 ta' Ġunju 1950 15:00 (UTC−03) |
Brażil |
2–2 | Estádio do Pacaembu, São Paulo Attendenza: 42,032 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Alfredo Baltazar |
Rapport | Fatton |
| 28 ta' Ġunju 1950 18:15 (UTC−03) |
Jugożlavja |
4–1 | Estádio dos Eucaliptos, Porto Alegre Attendenza: 11,078 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Bobek Ž. Čajkovski Tomašević |
Rapport | Ortiz |
| 1 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Brażil |
2–0 | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 142,429 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Ademir Zizinho |
Rapport |
| 2 ta' Lulju 1950 15:40 (UTC−03) |
Żvizzera |
2–1 | Estádio dos Eucaliptos, Porto Alegre Attendenza: 3,580 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Bader Antenen |
Rapport | Casarín |
Grupp 2
[immodifika | immodifika s-sors]| Tim | L |
R |
D |
T |
GF |
GK |
DG |
Pti |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 3 | 3 | 0 | 0 | 6 | 1 | +5 | 6 | |
| 3 | 1 | 0 | 2 | 2 | 2 | 0 | 2 | |
| 3 | 1 | 0 | 2 | 5 | 6 | −1 | 2 | |
| 3 | 1 | 0 | 2 | 4 | 8 | −4 | 2 |
| 25 ta' Ġunju 1950 15:00 (UTC−03) |
Ingilterra |
2–0 | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 29,703 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Mortensen Mannion |
Rapport |
| 25 ta' Ġunju 1950 15:00 (UTC−03) |
Spanja |
3–1 | Estádio Durival de Britto, Curitiba Attendenza: 9,511 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Igoa Basora Zarra |
Rapport | Pariani |
| 29 ta' Ġunju 1950 15:00 (UTC−03) |
Spanja |
2–0 | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 19,790 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Basora Zarra |
Rapport |
| 29 ta' Ġunju 1950 15:00 (UTC−03) |
Stati Uniti |
1–0 | Estádio Independência, Belo Horizonte Attendenza: 10,151 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Gaetjens |
Rapport |
| 2 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Spanja |
1–0 | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 74,462 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Zarra |
Rapport |
| 2 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Ċili |
5–2 | Estádio Ilha do Retiro, Recife Attendenza: 8,501 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Robledo Cremaschi Prieto Riera |
Rapport | Wallace Maca |
Grupp 3
[immodifika | immodifika s-sors]| Tim | L |
R |
D |
T |
GF |
GK |
DG |
Pti |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 2 | 1 | 1 | 0 | 5 | 4 | +1 | 3 | |
| 2 | 1 | 0 | 1 | 4 | 3 | +1 | 2 | |
| 2 | 0 | 1 | 1 | 2 | 4 | −2 | 1 | |
| 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |
| 25 ta' Ġunju 1950 15:00 (UTC−03) |
Żvezja |
3–2 | Estádio do Pacaembu, São Paulo Attendenza: 36,502 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Jeppson Andersson |
Rapport | Carapellese Muccinelli |
| 29 ta' Ġunju 1950 15:30 (UTC−03) |
Żvezja |
2–2 | Estádio Durival Britto, Curitiba Attendenza: 7,903 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Sundqvist Palmér |
Rapport | López López Fretes |
| 2 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Italja |
2–0 | Estádio do Pacaembu, São Paulo Attendenza: 25,811 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Carapellese Pandolfini |
Rapport |
Grupp 4
[immodifika | immodifika s-sors]| Tim | L |
R |
D |
T |
GF |
GK |
DG |
Pti |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 | 1 | 0 | 0 | 8 | 0 | +8 | 2 | |
| 1 | 0 | 0 | 1 | 0 | 8 | −8 | 0 | |
| 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |
| 2 ta' Lulju 1950 18:00 (UTC−03) |
Urugwaj |
8–0 | Estádio Independência, Belo Horizonte Attendenza: 5,284 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Míguez Vidal Schiaffino Pérez Ghiggia |
Rapport |
Fażi finali
[immodifika | immodifika s-sors]| Tim | L |
R |
D |
T |
GF |
GK |
DG |
Pti |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 3 | 2 | 1 | 0 | 7 | 5 | +2 | 5 | |
| 3 | 2 | 0 | 1 | 14 | 4 | +10 | 4 | |
| 3 | 1 | 0 | 2 | 6 | 11 | −5 | 2 | |
| 3 | 0 | 1 | 2 | 4 | 11 | −7 | 1 |
| 9 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Urugwaj |
2–2 | Estádio do Pacaembu, São Paulo Attendenza: 44,802 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Ghiggia Varela |
Rapport | Basora |
| 9 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Brażil |
7–1 | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 138,886 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Ademir Chico Maneca |
Rapport | Andersson |
| 13 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Brażil |
6–1 | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 152,772 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Parra Jair Chico Ademir Zizinho |
Rapport | Igoa |
| 13 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Urugwaj |
3–2 | Estádio do Pacaembu, São Paulo Attendenza: 7,987 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Ghiggia Míguez |
Rapport | Palmér Sundqvist |
| 16 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Żvezja |
3–1 | Estádio do Pacaembu, São Paulo Attendenza: 11,227 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Sundqvist Mellberg Palmér |
Rapport | Telmo Zarra |
| 16 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Urugwaj |
2–1 | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 199,854 Referi: | |
|---|---|---|---|---|
| Schiaffino Ghiggia |
Rapport | Friaça |
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Clemente Angelo Lisi (2007). Scarecrow Press (ed.). A history of the World Cup: 1930–2006 (bl-Ingliż). Lanham, MD. ISBN 978-0-8108-5905-0.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Jan Alsos. planetworldcup.com (ed.). "Planet World Cup - 1950 - Overview" (bl-Ingliż).
- 1 2 Lisi (2007), pġ. 47
- ↑ RSSSF (ed.). "World Cup 1950 Qualifying" (bl-Ingliż).
- 1 2 Irtiraw wara t-tlugħ tal-poloz u l-assenjazzjoni tal-logħob
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Brażil 1950 fuq FIFA.com
- Lista tar-riżultati fuq RSSSF