Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija
Laqam | The Magical Magyars (fis-snin 50) | ||
---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Magyar Labdarúgó Szövetség | ||
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ |
![]() | ||
Kaptan | Balázs Dzsudzsák | ||
L-aktar preżenzi | Gábor Király (108) | ||
L-aktar gowls | Ferenc Puskás (84) | ||
Stadju | Stadju Puskás Ferenc | ||
Kodiċi tal-FIFA | HUN | ||
Klassifika tal-FIFA |
![]() | ||
| |||
Debutt internazzjonali | |||
![]() ![]() (Vjenna, Awstrija; 12 ta' Ottubru 1902) | |||
L-ikbar rebħa | |||
![]() ![]() (Moska, Russja; 14 ta' Lulju 1912) ![]() ![]() (Budapest, Ungerija; 12 ta' Ġunju 1927) ![]() ![]() (Budapest, Ungerija; 24 ta' Settembru 1950) | |||
L-ikbar telfa | |||
![]() ![]() (Budapest, Ungerija; 10 ta' Ġunju 1908) ![]() ![]() (Kolonja, Ġermanja; 6 ta' April 1941) |
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' l-Ungerija hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' l-Ungerija u hu mmexxi mill-Hungarian Football Federation. Dan it-tim nazzjonali għandu storja rikka ħafna u provda plejers ta' klassi. Hu għandu post fl-istorja tal-futbol bħala wieħed mill-ewwel pajjiżi oriġinali tal-futbol fl-Ewropa. F'dawn l-aħħar snin is-saħħa tat-tim naqqset ħafna, fejn naqsu li jikkwalifikaw għal xi kampjonat prestiġjuż mill-1986.
Storja[immodifika | immodifika s-sors]
It-Tim tad-Deheb[immodifika | immodifika s-sors]
Il-futbol Ungeriż huwa aħjar magħruf bħala l-aktar tim formidabbli u ta' influwenza fl-istorja tal-futbol, li rrivoluzzjona din il-logħba. Bi plejers bħal Ferenc Puskás, Sándor Kocsis, József Bozsik u Nándor Hidegkuti, dan it-tim żviluppa l-logħba tal-futbol fejn irnexxielu jasal sal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1954 b'rekord rimarkabbli ta' 43 rebħa, 7 pari, u l-ebda telfa mill-15 ta' Ġunju 1952 sat-tmiem ta' din il-mixja pożittiva, fit-18 ta' Frar 1956. L-Ungerija għandha d-distinzjoni unika li tipposta ruħha bl-ikbar numru ta' punti (2173 punt) fir-ratings ta' l-ELO f'Ġunju 1954 flimkien mat-tieni l-iktar b'2153 punt fl-1956; fejn tgħaddi lill-Brażil, l-Ingilterra, l-Arġentina u l-Ġermanja f'kull kompetizzjoni ta' kull żmien.
L-Ungeriżi kienu darbtejn fil-finali tat-Tazza tad-Dinja bit-tnejn li huma jitilfuhom; kontra l-Italja fl-1938 (4-2) u kontra l-Ġermanja tal-Punent fl-1954 (3-2), minkejja li rebħu lill-istess Ġermanja tal-Punent 8-3 kmieni fil-kompetizzjoni. It-tim, mibni fuq il-leġġendarju Ferenc Puskás, mar fil-vantaġġ 2-0 fil-partita, imma spiċċaw jitilfu 3-2 f'logħba li l-Ġermaniżi baqgħu jsejħulha bħala "Il-Miraklu ta' Bern" (The Miracle of Bern). F'din il-partiti kien hemm xi żewġ kontroversji: l-ewwel x'ħin Puskas ġab l-iskor indaqs fid-89 minuta imma l-gowl kien imħassar wara offside, u t-tieni meta plejer Ġermaniż għamel foul ċar fuq Kocsis fil-kaxxa tal-gowler u l-Ungerija ma ngħatatx penalty.
L-Ungerija rebħet id-deheb fl-Olimpjadi tliet darbiet: fl-1952, fl-1964 u fl-1968. It-tim ta' taħt it-23 sena, li kienet l-età limitu għat-timijiet ta' l-Olimpjadi, rebħu l-Kampjonat tal-UEFA ta' taħt it-23 sena fl-1974. Mill-1976, it-tim beda jikkompeti bħala parti mit-tim ta' taħt il-21 sena.
Rekords[immodifika | immodifika s-sors]
Il-logħba bejn l-Awstrija u l-Ungerija, fi Vjenna fl-1902, kienet l-ewwel logħba internazzjonali bejn żewġ pajjiżi li ma kinux Brittaniċi.
L-Ungerija kienet l-ewwel tim, minn barra l-Gżejjer Brittaniċi, li rebħet lill-Ingilterra ġewwa l-Ingilterra stess. Hi kienet rebħet bl-iskor kbir ta' 6-3 f'Wembley fil-25 ta' Novembru 1953. Din ir-rebħa kellha sinjifikat mondjali hekk kif din waqfet il-mixja pożittiva ta' l-Ingilterra li kienet ilha sejra minn meta twaqqfet l-assoċċazzjoni tal-futbol fl-1863. Huma rebħa l-Ingilterra 7-1, din id-darba f'Budapest sena wara, fl-1954. Din it-telfa tibqa' bħala l-ikbar telfa għall-Ingilterra.
L-Ungerija żżomm ir-rekord ta' l-iktar partiti mingħajr telfa bi 33 logħba internazzjonali bejn l-14 ta' Mejju 1950 u l-4 ta' Lulju 1954, meta tilfu fil-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Ġermanja. Dan ir-rekord għadu mhux miksur sa Jannar ta' l-2007. L-Arġentina u Spanja jżommu t-tieni l-itwal żmien ta' bla telfa - 31 partita (l-Arġentina bejn l-1991 u l-1993, u Spanja bejn l-1994 u l-1998).
L-Iskwadra ta' l-Ungerija[immodifika | immodifika s-sors]
Din hija l-iskwadra nazzjonali Ungeriża li qed tikkompeti għall-Euro 2008.
Gowlers:
Difensuri:
- Roland Juhász
- Vilmos Vanczák
- Boldizsár Bodor
- Béla Balogh
- Csaba Csizmadia
- Zoltán Szélesi
- Tamás Vaskó
- Zoltán Pollák
- István Rodenbücher
- Ádám Vass
Midfielders:
- Zoltán Gera (c)
- Szabolcs Huszti
- Leandro de Almeida
- Balázs Tóth
- Ákos Buzsáky
- Krisztián Vadócz
- Dániel Tőzsér
- György Sándor
- András Horváth
- József Kanta
- Gábor Bori
- Attila Filkor
- Péter Halmosi
- László Zsidai
- Balázs Dzsudzsák
Attakkanti:
- Péter Rajczi
- Tamás Priskin
- Róbert Feczesin
- Balázs Farkas
- Ádám Hrepka
- Tibor Tisza
- Krisztián Németh
- István Ferenczi
Storja tal-Kompetizzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]
Tazza tad-Dinja[immodifika | immodifika s-sors]
- 1930 - Ma ħaditx sehem
- 1934 - Kwarti tal-Finali
- 1938 - Finalista Telliefa
- 1950 - Ma ħaditx sehem
- 1954 - Finalista Telliefa
- 1958 - L-Ewwel Rawnd
- 1962 - Kwarti tal-Finali
- 1966 - Kwarti tal-Finali
- 1970 sa l-1974 - Ma kkwalifikatx
- 1978 - L-Ewwel Rawnd
- 1982 - L-Ewwel Rawnd
- 1986 - L-Ewwel Rawnd
- 1990 sa l-2006 - Ma kkwalifikatx
Kampjonati Ewropej[immodifika | immodifika s-sors]
- 1960 - Ma ħaditx sehem
- 1964 - Tielet Post
- 1968 - Ma kkwalifikatx
- 1972 - Raba' Post
- 1976 sa l-2004 - Ma kkwalifikatx
Plejers[immodifika | immodifika s-sors]
Plejers famużi tal-passat u tal-preżent[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
|
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- Sit Uffiċċjali tal-Federazzjoni tal-Futbol Ungeriża
- Tim Nazzjonali (xi statistiċi) (Ungeriż)
- L-Ungerija fit-Tazza tad-Dinja
- L-aqwa sit elettroniku dwar l-istorja tal-futbol Ungeriż (Olandiż)
- Minn RSSSF: