Tim nazzjonali tal-futbol ta' San Marino

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
San Marino
San Marino
Psewdonimu La Serenissima
Assoċjazzjoni Federazione Sammarinese Giuoco Calcio
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Franco Varrella
Kaptan Davide Simoncini
Rekord ta' preżenzi Andy Selva (73)
Rekord ta' gowls Andy Selva (8)
Stadju prinċipali Stadju San Marino
Kodiċi tal-FIFA SMR
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
It-tielet kulur
Klassifika tal-FIFA
Pożizzjoni attwali 210
L-ogħla 118 (Settembru 1993)
L-inqas 211 (Novembru 2018 – Lulju 2019)
L-ewwel logħba
San Marino San Marino 0–4 Żvizzera 
(Serravalle, San Marino; 14 ta' Novembru 1990)
L-ikbar rebħa
San Marino San Marino 1–0 Liechtenstein 
(Serravalle, San Marino; 28 t'April 2004)
L-ikbar telfa
San Marino San Marino 0–13 Ġermanja 
(Serravalle, San Marino; 6 ta' Settembru 2006)

It-tim nazzjonali tal-futbol ta' San Marino huwa r-rappreżentazzjoni tal-futbol ta' San Marino, ikkontrollat mill-Federazione Sammarinese Gioco Calcio.

Minħabba d-dimensjonijiet u l-popolazzjoni żgħira tal-pajjiż, fejn huwa l-iżgħar pajjiż tal-UEFA, San Marino huwa wieħed mill-ifqar timijiet nazzjonali kemm teknikament kif ukoll f'termini ta' riżultati fl-Ewropa kif ukoll tad-dinja. Wara tnaqqis stabbli li beda fl-1994, it-tim nazzjonali spiċċa fil-qiegħ tal-klassifika tal-FIFA, fejn attwalment jinsab jaqsam il-203 post mingħajr ebda punt.

L-ewwel logħba uffiċjali li ntlagħbet minn tim minn San Marino kienet telfa ta' 4–0 kontra l-Iżvizzera, valida għall-Kampjonati Ewropej 1990. Preċedentament fl-1986, San Marino kien tilef 1–0 f'logħba ta' ħbiberija kontra t-tim nazzjonali Olimpiku tal-Kanada, minkejja li din ma kinitix ikkunsidrata bħala logħba uffiċjali. Minn mindu għamlu d-debutt kompetittiv tagħhom, San Marino ħa sehem f'kull fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej u t-Tazza tad-Dinja, imma għadu qatt ma rebaħ logħba. L-unika rebħa fl-istorja waslet kontra l-Liechtenstein bl-iskor ta' 1–0, f'logħba ta' ħbiberija li ntlagħbet fit-28 ta' April 2004.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Minkejja li l-Federazzjoni tal-Futbol ta' San Marino ġie fundat fl-1931, il-federazzjoni ma kinitx stabillixxiet ruħha bħala tim nazzjoni sa l-1986, meta tim irrappreżenta l-federazzjoni kontra it-tim tal-Kanada ta' l-Olimpjadi f'kampjonat mhux uffiċċjali. San Marino ngħaqad mal-UEFA u l-FIFA fl-1988, fejn b'hekk seta' jibda' jipparteċipa fil-komepetizzjonijiet il-kbar. Qabel dan li ġara, plejers minn Sammarinese kienu kkunsidrati bħala plejers Taljani.

L-ewwel logħba internazzjonali ta' San Marino kienet kontra l-Isvizzera fl-14 ta' Novembru 1990 fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta' l-1992 (Euro 1992). San Marino tilfu 4-0, u tilfu wkoll it-tmien partiti l-oħra. Fil-fatt dan it-tim bata' biex jikseb riżultati tajbin barra minnd darhom fejn kważi f'kull logħba laqqat erba' gowls. San Marino skorja gowl wieħed, penalty fit-telfa ta' 3-1 kontra r-Rumanija, u laqqat total ta' 33 gowl.

Fl-ewwel fażi ta' kwalifikazzjoni, għal San Marino, għat-Tazza tad-Dinja huma kienu ġew fil-grupp kontra l-Ingilterra, l-Olanda, in-Norveġja, il-Polonja u t-Turkija. Fil-logħba tal-ftuħ kontra n-Norveġja huma tilfu 10-0. Il-partita ta' wara provdiet inqas gowls hekk kif in-Norveġiżi rebħu 2-0. It-telfa ta' 4-1 kontra t-Turkija tathom l-ewwel gowl fi-Tazza tad-Dinja, u l-pari ta' 0-0 fil-partita ta' ritorn tathom l-ewwel punt. Fl-aħħar logħba kontra l-Ingilterra, San Marino kisbu r-rekord ta' l-aktar gowl kmieni fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja. Davide Gualtieri skorja l-gowl wara biss 8.3 sekondi wara passaġġ ħażin ta' Stuart Pearce. Il-partita spiċċat b'rebħa għall-Ingliżi, 7-1. San Marino spiċċaw il-kampanja b'punt wieħed u total ta' 44 gowls li laqqtu.

San Marino rebħu s'issa logħba waħda internazzjonali; 1-0 kontra Liechtenstein f'logħba ta' ħbiberija fl-2004. Andy Selva skorja l-gowl rebbieħ. L-agħar telfa li ġarrab dan it-tim kienet it-telfa ta' 13-0 kontra l-Ġermanja fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008, fis-6 ta' Settembru 2006.

Grawnd[immodifika | immodifika s-sors]

San Marino jilgħab il-logħob f'daru fil-grawnd "Stadio Olimpico", grawnd li jinsab f'Serravalle u għandu kapaċità ta' 5,387. San Marino lagħab ukoll żewġ partiti ta' daru barra minn daru. Dan kien fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, kontra l-Ingilterra u l-Olanda fl-1993, meta huma lagħbu fi "Stadio Renato Dall'Ara" f'Bologna.

Reputazzjoni Żgħira[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-rekord ta' San Marino jagħtihom reputazzjoni żgħira fil-futbol mondjali. Din ir-repubblika għadha ma rebħitx logħba kompetittiva, bl-unika rebħa tkun il-logħba ta' ħbiberija kontra Liechtenstein fejn kienet spiċċat 1-0. Bl-iżgħar popolazzoni fil-pajjiżi tal-UEFA, ma tantx hemm minn fejn jintagħżlu plejers. Il-plejers huma il-biċċa l-kbira dilettanti, bi plejers bħal Andy Selva u Aldo Simoncini li huma professjonali. It-telfa ta' 13-0 kontra l-Ġermanja kien rekord fil-Kampjonati Ewropej u huma laqqtu għaxar gowls oħra f'żewġ okkażjonijiet oħra.

Skwadra attwali[immodifika | immodifika s-sors]

L-iskwadra magħżula għal-logħba ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012 kontra l-Iżvezja fis-6 ta' Settembru 2011.

Preżenzi u gowls aġġornati sas-6 ta' Settembru 2011

Nru. Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preżenzi Gowls Klabb
1 1G Federico Valentini 22 ta' Jannar 1982 (1982-01-22) (42 sena) 10 0 Italja Marignano
12 1G Michele Ceccoli 4 ta' Diċembru 1973 (1973-12-04) (50 sena) 3 0 San Marino Libertas
2 2D Fabio Vitaioli 5 ta' April 1984 (1984-04-05) (39 sena) 21 0 Italja Sammaurese
5 2D Davide Simoncini 30 ta' Awwissu 1986 (1986-08-30) (37 sena) 23 0 San Marino Libertas
6 2D Simone Bacciocchi 22 ta' Jannar 1977 (1977-01-22) (47 sena) 55 0 San Marino Juvenes/Dogana
13 2D Matteo Andreini 10 ta' Ottubru 1981 (1981-10-10) (42 sena) 22 0 San Marino Tre Fiori
14 2D Giacomo Benedettini 7 ta' Ottubru 1982 (1982-10-07) (41 sena) 5 0 San Marino Tre Fiori
3 3M Damiano Vannucci 30 ta' Lulju 1977 (1977-07-30) (46 sena) 63 0 San Marino Juvenes/Dogana
4 3M Fabio Bollini 19 ta' Settembru 1983 (1983-09-19) (40 sena) 11 0 San Marino La Fiorita
8 3M Michele Cervellini 14 ta' April 1988 (1988-04-14) (35 sena) 10 0 San Marino Juvenes/Dogana
9 3M Matteo Coppini 5 ta' Mejju 1989 (1989-05-05) (34 sena) 5 0 Italja Atletico Montecchio
11 3M Manuel Marani 7 ta' Ġunju 1984 (1984-06-07) (39 sena) 29 1 Italja Riccione
15 3M Matteo Bugli 10 ta' Marzu 1983 (1983-03-10) (41 sena) 20 0 San Marino Cosmos
16 3M Alex Gasperoni 30 ta' Ġunju 1984 (1984-06-30) (39 sena) 20 1 San Marino Tre Penne
17 3M Pier Filippo Mazza 20 ta' Awwissu 1988 (1988-08-20) (35 sena) 7 0 Italja Sant’Ermete-Sanvitese
7 4A Matteo Vitaioli 27 ta' Ottubru 1989 (1989-10-27) (34 sena) 19 0 Italja San Marino
10 4A Andy Selva 25 ta' Mejju 1976 (1976-05-25) (47 sena) 54 8 Mingħajr klabb
18 4A Paolo Montagna 28 ta' Mejju 1976 (1976-05-28) (47 sena) 44 0 San Marino Cosmos

Rekord kompetittiv[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tad-Dinja[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1930 sa l-1990 - Ma ħaditx sehem
  • 1994 sa l-2010 - Ma kkwalifikatx

Kampjonati Ewropej[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1960 sa l-1988 - Ma ħaditx sehem
  • 1992 sa l-2012 - Ma kkwalifikatx

Riżultanti Importanti[immodifika | immodifika s-sors]

  • 16 ta' Settembru 1987 - Lebanon 0 - 0 San Marino (Logħob Mediterranju)
  • 10 ta' Marzu 1993 - Turkija 0 - 0 San Marino (Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja)
  • 25 ta' April 2001 - Latvja 1 - 1 San Marino (Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja)
  • 20 ta' Awwissu 2003 - Liechtenstein 2 - 2 San Marino (Logħba ta' Ħbiberija)
  • 28 ta' April 2004 - Liechtenstein 0 - 1 San Marino (Logħba ta' Ħbiberija)

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]