Difensur

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Difensur (bl-uniformi bajda) jaffronta lill-attakkant avversarju

Fil-logħba tal-futbol, id-difensur hu dak il-plejer li jkun imsejjaħ biex jiddefendi l-iskwadra tiegħu mill-azzjonijiet ta' l-attakkanti tat-tim avversarju.

Difensur ċentrali[editja]

Ix-xogħol tad-difensur ċentrali jew stopper hu li jwaqqaf il-plejers tat-tim oppost, partikularment lill-attakkanti, milli jiskurjaw, u jevitaw li l-ballun jidħol fil-kaxxa tal-penalty. Kif l-isem tagħhom stess jissuġġerixxi, huma jilgħabu f'pożizzjoni ċentrali. Ħafna timijiet jużaw żewġ difensuri ċentrali, li jkunu quddiem il-gowler. Hemm żewġ strateġiji difensivi wżati minn difensuri ċentrali: id-difiża ta' żona, fejn id-difensur ċentrali jżomm erja speċifika tal-grawnd, u d-difiża ta' plejer, fejn kull difensur ċentrali jieħu l-inkarigu li jżomm plejer partikulari ta' l-opponenti.

Id-difensuri ċentrali huma fil-biċċa l-kbira tal-każi twal u għandhom abilità kbira fid-daqqiet tar-ras u anki fl-interventi li jagħmlu. L-abilità li taqra' l-logħba tajjeb hu vantaġġ distinti. Xi drabi, speċjalment f'futbol ta' livell baxx, id-difensuri ċentrali jikkonċentraw inqas fuq il-kontroll tal-ballun u l-passaġġi, fejn jippreferu aktar li jinnewtralizzaw il-ballun mill-azzjoni qabel ma jkun perikoluż. Madanakollu, hemm tradizzjoni twila ta' difensuri ċentrali li m'għandhomx biss abilitajiet ta' futbol bażiku, imma wkoll stil ta' logħob ta' orjentazzjoni fil-possessjoni.

Difensuri ċentrali ħafna drabi jibqgħu fin-nofs tal-grawnd fejn ikun hemm il-lasta x'tiddefendi, imma difensuri twali jitilgħu fl-attakk meta t-tim jkun se jagħti xi corner jew free kick, fejn li wieħed jiskorja bir-ras hi possibilità.

Fil-ġurnata tal-lum insibu diversi difensuri popolari, u fost dawn insibu lil Rio Ferdinand, Nemanja Vidić, John Terry, Alessandro Nesta, Carles Puyol, Fabio Cannavaro, Marco Materazzi, Ricardo Carvalho, Rafael Márquez, William Gallas, Ivan Cordoba u Lúcio.

Libero[editja]

Din it-tip ta' pożizzjoni hi aktar versatili milli dik tad-difensur ċentrali, fejn plejer libero (bil-Malti: "liberu") jgħin biex ineħħi l-ballun mit-tim oppost jekk dan ta' l-aħħar jilħaq jaqbeż il-linja difensiva. Il-pożizzjoni tiegħu jew tagħha hi aktar fluwida mid-difensuri l-oħra li jkunu nkarigati biex jimmarkaw plejer partikulari. L-abilità li plejer liberu jaqra l-logħba hi aktar vitali milli għal difensur ċentrali. Plejer liberu hu ħafna drabi mistenni li jibda' l-kontrattakki, u b'hekk ikollu bżonn l-abilità fuq il-kontroll tal-ballun u l-passaġġi minn difensur ċentrali. Franz Beckenbauer hu tabilħaqq fost l-aqwa plejer liberu li qatt lagħbu din il-logħba.

Xi plejers liberi jmorru fuq l-attakk u jiddistribwixxu l-ballun, waqt li oħrajn jinterċettu passaġġi u jieħdu l-ballun mill-oppożizzjoni mingħajr il-bżonn ta' daħliet fuq il-plejers. Fil-futbol modern, l-użu ta' plejer f'din il-pożizzjoni saret aktar ristretta hekk kif ftit klabbs fl-aqwa kampjonati jużaw din il-pożizzjoni.

Fuq il-faxex[editja]

Il-plejers fuq il-faxex jieħdu post ta' l-estremitajiet tad-difiża, fuq iż-żewġ naħat tal-linja difensiva. L-għan tagħhom hu li jipprevjenu li plejers opposti jagħtu passaġġi jew jinfiltraw lejn il-kaxxa tal-penalty minn dawk in-naħat. F'ċerti sistemi difensivi, il-plejers fuq il-faxex jimmarkaw plejer partikulari. Ħafna drabi, huma jkunu wkoll mistennija li jipprovdu dimensjoni ta' attakk meta jitilgħu jgħinu fuq l-attakk permezz tal-faxex.

L-irwol ta' plejer fuq il-faxxa difensiva tinvolvi element ta' attak: f'ċerti każijiet id-difensuri fuq il-faxex ħadu post dawk li jkunu fuq il-ġwienaħ u huma mistennija li jagħtu passaġġi minn pożizzjonijiet spazjużi. Id-difensuri fuq il-faxex huma ġeneralment veloċi, b'saħħithom fl-interventi li jagħmlu u bi stamina tajba biex jitilgħu u jinżlu l-fuq u l-isfel fil-grawnd.

Xi plejers prominenti li jilgħabu fuq il-faxxa difensiva huma Ashley Cole, Patrice Evra, Daniel Alves, Gianluca Zambrotta, Philipp Lahm, Roberto Carlos, Javier Zanetti, Clemens Fritz u Sergio Ramos.

Fuq il-ġwienaħ[editja]

Difensuri fuq il-ġwienaħ huma varjazzjoni moderna ta' dawk fuq il-faxex b'emfasi ikbar fuq l-attakk. Dawn jintużaw ġeneralment f'formazzjoni ta' 3-5-2, u b'hekk tista' tiġi kkunsidrata bħala parti minn nofs il-grawnd. Jistgħu wkoll jintużaw fuq formazzjoni ta' 5-3-2 u b'hekk ikollhom rwol aktar difensiv.

Fl-evoluzzjoni tal-logħba moderna, difensuri fuq il-ġwienaħ huma l-kombinazzjoni ta' difensuri fuq il-faxex u midfilder fuq il-ġwejnħa. Huma huma ħafna drabi aktar avventurużi minn difensuri fuq il-faxex u jkunu mistennija li jipprovdu aktar spazjun f'tim mingħajr midfilders fil-ġwienaħ. Huma jrid ikollu stamina eċċezzjonali, iridu jipprovdu passaġġi fuq l-attakk u jiddefendu kontra attakki fuq il-faxex. Midfilder difensiv hu ħafna drabi wżat biex jimla l-avvanzi tal-plejer fuq il-ġwienaħ.

Ara wkoll[editja]