Kaptan (futbol)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-faxxa tal-kaptan

Il-kaptan ta' tim tal-futbol huwa membru ta' tim magħżul biex ikun il-mexxej tat-tim fil-grawnd; ħafna drabi dawn ikun uħud mill-aktar membri esperjenzati u veterani tal-iskwadra, jew plejer li għandu influwenza qawwija fuq il-logħba jew għandu kwalitajiet tajba ta' mexxej. Il-faxxa li tintlibes fuq l-id tidentifka l-kaptan tat-tim.

Responsabilitajiet[immodifika | immodifika s-sors]

Skont ir-regoli tal-futbol, ir-responsabbilità prinċipali tal-kaptan hija dik li jieħdu sehem fl-għażla tal-munita qabel il-bidu tal-logħba jew qabel l-għoti tal-penalties li tiddetermina liema naħa tim se jilgħab jew min se jibda l-logħba. B'kuntrarju ta' dak li jingħad xi kultant, il-kaptan m'għandu l-ebda awtorità li jisfida deċiżjoni tar-referì. Madanakollu, ir-referis jistgħu jitkellmu mal-kaptan ta' tim rigward imġieba mhux adegwata tat-tim matul il-logħba.

Pożizzjonijiet relatati[immodifika | immodifika s-sors]

Kaptan tal-klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kaptan ta' klabb ikun mħatur ġeneralment għal staġun; jekk ma jkunx jista' jattendi għal partita partikulari jew ma jkunx magħżul, il-viċi-kaptan jieħu postu. Il-kaptan ta' klabb ħafna drabi jieħu rwol speċifiku f'relazzjonijiet mal-istampa bħala raprreżentant tat-tim u jkun l-ewwel plejer li jerfa' t-trofew jekk it-tim jirbaħ wieħed. Madanakollu, klabb jista' jaħtar żewġ kaptani għal żewġ rwoli distini: kaptan biex jirrapreżenta lill-plejers f'relazzjonijiet pubbliċi, u kaptan ieħor bħala l-kap fil-grawnd.

L-għażla ta' kaptan hi komunament ikkunsidrata bħala għażla importanti għall-kowċ ta' klabb tal-futbol: il-kaptan hu fil-fatt mistenni li jkun il-korrispondent tal-kowċ fil-grawnd. Ir-relazzjonijiet bejn dawn it-tnejn hi waħda kruċjali. L-istess jgħodd għar-rapport bejnu u l-partitarji. Kwalitajiet li għandu jħaddan kaptan jinkludu d-determinazzjoni u stamina, fejn hu jkun kapaċi li jikkomunika ma' kulħadd, u jkun plejer intelliġenti fit-tattiċi. Kaptani tal-klabbs jistgħu jieħdu wkoll ċerti responsabilitajiet fi ħdan l-istaff tal-logħob, bħal jorganizza avvenimenti li jixprunaw il-moral u jagħti ħarsa lejn plejers aktar żgħażagħ.

Viċi-kaptan[immodifika | immodifika s-sors]

Il-viċi-kaptan huwa plejer li jkun mistenni li jieħu l-irwol ta' kaptan tal-iskwadra meta l-kaptan tal-klabb ma' jkunx inkluż mal-ewwel ħdax, jew jekk il-kaptan tal-klabb ikun sostitwit.

Fl-assenza, il-viċi-kaptan jieħdu l-irwol ta' kaptan. Jekk il-kaptan kurrenti jkun magħżul fl-iskwadra għal dik il-logħba, u jidħol bħala sostitut, allura l-viċi-kaptan jagħti l-faxxa ta' kaptan lilu għal tul il-partita kollha.

Id-doveri ta' viċi-kaptan m'humiex biss li jmexxi lit-tim meta l-kaptan ma jkunx qed jilgħab. L-irwol tiegħu jivolvu wkoll li jmexxi l-plejers mal-kaptan u jgħin ukoll lil plejers ġovanili biex jiżviluppaw.

L-għażla tal-viċi-kaptan issir ukoll mill-kowċ fil-bidu tal-istaġun, flimkien mal-kaptan.