Tim nazzjonali tal-futbol tat-Turkija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Turkija
L-Emblema ta' l-Assoċċazzjoni
Assoċċazzjoni Turkish Football Federation
Konfederazzjoni UEFA, (Ewropa)
Kowċ Fatih Terim
Captain Hakan Şükür
L-Aktar Dehriet Rüştü Reçber (114)
L-Aktar Gowls Hakan Şükür (51)
Grawnd Nazzjonali Atatürk Olympic Stadium
L-Ewwel Internazzjonali Turkija 2 - 2 Rumanija
(Istanbul, Turkija; 26 ta' Ottubru, 1923)
L-Ikbar Rebħiet Turkija 7 - 0 Sirja
(Ankara, Turkija; 20 ta' Novembru, 1949)
Turkija 7 - 0 Korea t'Isfel
(Ġeneva, Svizzera; 20 ta' Ġunju, 1954)
Turkija 7 - 0 San Marino
(Istanbul, Turkija; 10 ta' Novembru, 1996)
L-Ikbar Telfiet Polonja 8 - 0 Turkija
(Chorzow, Polonja; 24 ta' April, 1968)
Turkija 0 - 8 Ingilterra
(Istanbul, Turkija; 14 ta' Novembru, 1984)
Ingilterra 8 - 0 Turkija
(Londra, Ingilterra; 14 ta' Ottubru, 1987)
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tat-Turkija (2016)

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tat-Turkija hu t-tim nazzjonali tal-futbol tat-Turkija u hu mmexxi mill-Turkish Football Federation. Huma huma affiljati mal-UEFA. L-aqwa riżultati għal dan it-tim waslu fit-Tazza tad-Dinja 2006 meta huma spiċċaw it-tielet. It-Turkija laħqu wkoll il-kwarti tal-finali ta' l-Euro 2000 u spiċċaw fit-tielet post tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet fl-2003.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tad-Dinja 1950 u 1954[immodifika | immodifika s-sors]

It-Turkija kkwalifkaw għat-Tazza tad-Dinja 1950 meta rebħu 7-0 lis-Sirja imma rtiraw wara problemi finanzjarji.

It-Turkija imbagħad ikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 1954 wara play-off kontra Spanja. Fil-grupp ta' kwalifikazzjoni li kien ikkontestat mit-Turkija u minn Spanja, l-ewwel it-tim Torj tilef 4-1 kontra Spanja, imma r-rebħa 1-0 fil-partita ta' wara biex ġew bl-istess punti fil-grupp. Intlagħbet play-off bejn dawn iż-ewġ timijiet, u f'din il-logħba huma spiċċaw pari ta' 1-1. It-Turkija rebħet din il-logħba wara tfigħ ta' munita. It-Turkija spiċċat fil-grupp ma' l-Ungerija u l-Ġermanja tal-Punent. It-Turkija qatt ma' lagħbet kontra l-Ungerija, minħabba l-format tal-kompetizzjoni, u t-telfa ta' 4-1 kontra l-Ġermaniżi kienet segwita b'rebħa għat-Torok ta' 7-0 kontra l-Korea t'Isfel. Huma tilfu 7-2 fil-play-off kontra l-Ġermanja tal-Punent.

Snin Sittin u Sebgħin[immodifika | immodifika s-sors]

Minkejja l-introduzzjoni tal-kampjonat nazzjonali, u dehriet tat-timijiet Torok fil-kompetizzjoni Ewropeja, it-tim nazzjonali naqas li jikkwalifkaw għal xi kompetizzjoni mportanti. Is-snin tmenin raw lit-Turkija titlef għal darbtejn 8-0 kontra l-Ingilterra. It-Turkija tilfu l-aħħar logħba fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1990 biex tilfu din l-edizzjoni.

Euro 1996 u 2000[immodifika | immodifika s-sors]

It-Turkija kkwalifikaw għall-Euro 1996 meta rebħu kemm lill-Isvizzera u lill-Isvezja 2-1, imma wara tilfu l-partiti kollha u skurjaw gowl wieħed. Minkejja dan kollu, huma rritornaw darhom b'unur: unur għall-aktar logħob rett (fair-play), li kien mogħti lil Alpay Özalan.

Fl-Euro 2000 it-Torok kienu preżenti meta rebħu play-off kontra r-Repubblika Irlandiża. It-Turkija tilfu l-ewwel logħba tagħhom, 2-1 kontra l-Italja, pari ta' 0-0 kontra l-Isvezja u rebħa ta' 2-0 fuq il-pajjiż ospitu tal-Beġju, biex b'hekk din kienet l-ewwel darba li fil-Kampjonati Ewropej il-pajjiż ospitu spiċċa barra fl-ewwel rawnd. It-Turkija spiċċaw barra fil-kwarti tal-finali b'telfa ta' 2-0 kontra l-Portugall.

Tazza tad-Dinja 2002[immodifika | immodifika s-sors]

It-tim Tork beda l-kampanja tat-Tazza tad-Dinja 2002 b'telfa ta' 2-1 kontra l-Brażil. It-Turkija għaddew għar-rawnd ta' wara b'rebħa ta' 3-0 fuq it-Tim Nazzjonali tal-Futbol taċ-Ċina.

It-Turkija affrontaw wara lill-pajjiż ospitu tal-Ġappun u irnexxielhom jirbħu 1-0. It-tim Tork kompla mixi fuq nota pożittiva meta rebaħ lis-Senegal 1-0 wara l-ħin miżjud. Fis-semi-finali huma reġgħu ltaqgħu mal-Brażil u għal darb'oħra tilfu, din id-darba 1-0. Fil-logħba għat-tielet u r-raba' post, huma rnexxielhom jirbħu l-midalja tal-bronż meta rebħu 3-2 lill-Korea t'Isfel. Hakan Şükür skorja l-ewwel gowl tat-Turkija wara 11-il sekonda li huwa l-iktar gowl kmieni fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.

L-Iskwadra tat-Turkija[immodifika | immodifika s-sors]

Gowlers:

Difensuri:

Midfielders:

Attakkanti:

Storja tal-Kompetizzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tad-Dinja[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1930 - Ma ħaditx sehem
  • 1934 - Irtirat
  • 1938 - Ma ħaditx sehem
  • 1950 - Ikkwalifikat, imma rtirat
  • 1954 - L-Ewwel Rawnd
  • 1958 - Irtirat
  • 1962 sa l-1998 - Ma kkwalifikatx
  • 2002 - Tielet Post
  • 2006 - Ma kkwalifikatx

Kampjonati Ewropej[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1960 sa l-1992 - Ma kkwalifikatx
  • 1996 - L-Ewwel Rawnd
  • 2000 - Kwarti tal-Finali
  • 2004 - Ma kkwalifikatx
  • 2008 - Ikkwalifikat

Plejers[immodifika | immodifika s-sors]

L-Aktar Apparenzi[immodifika | immodifika s-sors]

# Isem Karriera Partiti Gowls
1
Rüştü Reçber 1993-preżent
114
0
2
Hakan Şükür 1992-preżent
109
51
3
Bülent Korkmaz 1990-2005
102
3
4
Tugay Kerimoğlu 1990-2007
94
2
5
Alpay Özalan 1995-2005
90
4
6
Ogün Temizkanoglu 1990-2002
76
5
7
Abdullah Ercan 1992-2003
71
0
8
Oğuz Çetin 1988-1998
70
3
9
Fatih Akyel 1997-preżent
64
0
10
Arif Erdem 1994-2003
60
11

L-Aktar Gowls[immodifika | immodifika s-sors]

# Isem Karriera Partiti Gowls
1
Hakan Şükür 1992-2005
109
51
2
Lefter Küçükandonyadis 1948-1963
46
20
3
Cemil Turan 1969-1979
44
19
4
Metin Oktay 1969-1979
36
19

Ħoloq Oħra[immodifika | immodifika s-sors]