Arda Turan
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 30 ta' Jannar 1987 Istanbul, Turkija | ||
Tul | 1.77 m | ||
Rwol | Midfilder offensiv | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Galatasaray | ||
Numru | 66 | ||
Mixtliet | |||
1999–2000 | Altıntepsi Makelspor | ||
2000–2005 | Galatasaray | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2004–2011 | Galatasaray | ||
2005–2006 | → Manisaspor (self) | ||
2011–2015 | Atlético Madrid | ||
2015–2020 | Barcelona | ||
2018–2020 | → İstanbul Başakşehir (self) | ||
2020– | Galatasaray | ||
Tim nazzjonali | |||
2006 | Turkija U-21 | ||
2006–2017 | Turkija |
Arda Turan (twieled fit-30 ta' Jannar 1987) huwa plejer tal-futbol Tork li jilgħab ma' Galatasaray.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Arda huwa prodott tas-settur ġovanili ta' Galatasaray, u wara staġun sodisfaċenti taħt self ma' Manisaspor, għall-istaġun 2006–07 ġie mgħajjat lura fit-tim u żblokka minnufih mal-ewwel tim. Kien f'dan iż-żmien li ngħata l-ewwel sejħa mat-tim nazzjonali. Il-prestazzjonijiet tiegħu ħallew impressjoni fuq il-kowċ Eric Gerets, u 'l quddiem sar plejer regulari mal-ewwel ħdax.
Arda kompla jitjieb mal-istaġun 2007–08. Minkejja bidu diffiċli tal-istaġun, Arda tejjeb bil-kbir il-forma tiegħu u dan urieh meta skorja seba' gowls fit-tieni nofs tal-istaġun. Wara dawn il-prestazzjonijiet, il-klabb Ingliż ta' Newcastle United għamel offerta ta' £9 miljun għall-akkwist ta' Arda, liema offerta ġie rrifjutata mid-diriġenza tal-klabb.
Fil-bidu tal-istaġun 2009–10, Arda ingħata l-faxxa ta' kaptan ta' Galatasary, u ngħata wkoll l-flokk numru 10, flokk li fil-passat intlibes minn Metin Oktay u Gheorghe Hagi. Matul dan l-istaġun hu mexxa lit-tim għar-rebħ ta' sitt partiti konsekuttivi fil-kampjonat, u sal-aħħar tal-istaġun kien skorja seba' gowls u kkontribwixxa għal 17-il gowl f'kull kompetizzjoni.
Fid-9 ta' Awwissu 2011, ġie ikkonfermat li Arda kien se jissiebaħ ma' Atlético Madrid għas-somma ta' €12-il miljun, somma li tpoġġieh bħala l-aktar akkwist Tork għoli fl-istorja.[1]
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Arda Turan iddebutta mat-tim nazzjonali tat-Turkija fir-rebħa ta' 2–0 fuq il-Lussemburgu tas-16 ta' Awwissu, 2006, wara li kien membru f'diversi sezzjonijiet tat-tim nazzjonali. L-ewwel gowl internazzjonali tiegħu wasal f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Urugwaj tal-25 ta' Mejju, 2008.
Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008, Arda ħa sehem f'disa' logħbiet mit-tnax-il logħba ta' kwalifika, f'kampanja li rat lit-Turkija jaqtgħu passaġġ għall-fażi finali. Matul il-kompetizzjoni hu skorja żewġ gowls. L-ewwel wieħed wasal fit-92 minuta kontra l-Iżvizzera u sarraf bħala l-gowl rebbieħ tat-tieni logħba mill-fażi tal-gruppi. It-tieni gowl kien dak kontra r-Repubblika Ċeka fl-aħħar konfront mill-grupp; bit-Turkija 2–0 minn taħt, hu għeleb lil Petr Čech fil-75 minuta hekk kif it-Turkija rnexxielhom jagħmlu rimonta imprevedibbli biex kisbu post fil-kwarti tal-finali. Eventwalment, it-Turkija ġiet megħluba fis-semifinali mill-Ġermanja finalista.
Arda Turan permezz ta' gowl fil-konfront kontra l-Estonja tal-5 ta' Settembru, 2009, validu għar-rawnd ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2010, irnexxielu jiskorja s-600 gowl internazzjonali tat-tim nazzjonali Tork.[2]
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Galatasaray
- Süper Lig: 2007–08
- Türkiye Süper Kupası: 2008
- Atlético Madrid
- UEFA Europa League: 2011–12
Personali
[immodifika | immodifika s-sors]- Plejer tas-Sena tal-Kampjonat: 2008, 2009
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Bailey, Graeme (2011-08-11). "Turan deal done" (bl-Ingliż). Sky Sports. Miġbur 2011-08-11.
- ^ "Hasbahçe'den çıktık yola" (bit-Tork). Hurriyet. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-19. Miġbur 2009-09-06.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Arda Turan (Arda Turan) |
- Arda Turan fuq National-Football-Teams.com
- Arda Turan – rekord fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA (arkivju)
- Arda Turan – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)