Tim nazzjonali tal-futbol taċ-Ċekoslovakkja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ċekoslovakkja
Ċekoslovakkja
Assoċjazzjoni Assoċjazzjoni tal-Futbol tar-Repubblika Ċeka
Rekord ta' preżenzi Zdeněk Nehoda (91)
Rekord ta' gowls Antonín Puč (34)
Kodiċi tal-FIFA TCH
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
It-tielet kulur
L-ewwel logħba
Ċekoslovakkja Ċekoslovakkja 2–1 Jugożlavja 
(Antwerp, Belġju; 28 ta' Awwissu 1920)
L-aħħar logħba
 Belġju 0–0 Ċekoslovakkja Ċekoslovakkja
(Brussell, Belġju; 17 ta' Novembru 1993)
L-ikbar rebħa
Ċekoslovakkja Ċekoslovakkja 2–1 Jugożlavja 
(Antwerp, Belġju; 28 ta' Awwissu 1920)
Ċekoslovakkja Ċekoslovakkja 2–1 Jugożlavja 
(Praga, Ċekoslovakkja; 28 ta' Ottubru 1925)
L-ikbar telfa
 Ungerija 8–3 Ċekoslovakkja Ċekoslovakkja
(Budapest, Ungerija; 19 ta' Settembru 1937)
 Skozja 5–0 Ċekoslovakkja Ċekoslovakkja
(Glasgow, Skozja; 8 ta' Diċembru 1937)
 Ungerija 5–0 Ċekoslovakkja Ċekoslovakkja
(Budapest, Ungerija; 30 ta' April 1950)
 Ungerija 5–0 Ċekoslovakkja Ċekoslovakkja
(Budapest, Ungerija; 19 ta' Ottubru 1952)
 Awstrija 5–0 Ċekoslovakkja Ċekoslovakkja
(Zürich, Żvizzera; 18 ta' Ġunju 1954)
Tazza tad-Dinja
Preżenzi 8 (l-ewwel fl-1934)
L-aqwa riżultat Finalisti telliefa (1934, 1962)
Kampjonati xEwropej
Preżenzi 3 (l-ewwel fl-1960)
L-aqwa riżultat Rebbieħa (1976)

It-tim nazzjonali tal-futbol taċ-Ċekoslovakkja rrapreżenta liċ-Ċekoslovakkja fil-futbol internazzjonali bejn l-1920 u l-1992. It-tim ikkwalifika għal tmien edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u tliet Kampjonati Ewropej. Fihom spiċċa finalista tellief f'żewġ Tazez tad-Dinja u rebaħ il-Kampjonati Ewropej tal-1976.

Fiż-żmien ix-xoljiment taċ-Ċekoslovakkja fi tmiem l-1992, it-tim ħa sehem fil-kwalifikazzjoni tal-UEFA għat-Tazza tad-Dinja tal-1994 taħt l-isem ta' "Rappreżentazzjoni taċ-Ċeki u Slovakki". It-tim attwali tar-Repubblika Ċeka huwa rikonoxxut bħala s-suċċessur taċ-Ċekoslovakkja,[1][2] filwaqt li t-tim Slovakk jirrappreżenta lis-Slovakkja.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Id-debutt taċ-Ċekoslovakkja fil-futbol internazzjonali seħħ wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, nhar it-28 ta' Awwissu 1920 kontra l-Jugożlavja, f'rebħa ta' 7–0 waqt l-Olimpjadi ta' Antwerp. Fl-istess kompetizzjoni għelbu lin-Norveġja fil-kwarti tal-finali u 'l Franza fis-semifinali. Madanakollu, fil-finali kontra l-Belġju tat-2 ta' Settembru, iċ-Ċekoslovakki telqu mill-grawnd wara 40 minuta logħob u minn taħt b'żewġ gowls bi protesta kontra r-referì. B'hekk huma baqgħu mingħajr midalja.[3] Iċ-Ċekoslovakkja reġgħu lura fl-Olimpjadi ta' Pariġi tal-1924 u minkejja li għelbu lit-Turkija 5–2 fl-ewwel rawnd, huma ġew eliminati fir-rawnd ta' wara kontra l-Iżvizzera.[4]

František Plánička (fuq il-lemin) jieħu b'idejn it-Taljan Gianpiero Combi qabel il-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1934.

Il-pajjiż ħa sehem għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja tal-1934 meta rebħu l-partita ta' kwalifikazzjoni kontra l-Polonja b'dawn tal-aħħar jirtiraw wara telfa fl-ewwel leg tal-konfront.[a] Fil-fażi finali li saret fl-Italja, iċ-Ċekoslovakkja avvanzaw fuq ir-Rumanija, l-Iżvizzera u l-Ġermanja, però tilfu l-finali 2–1 kontra l-pajjiż ospitu wara l-ħin barrani. L-attakkant Oldřich Nejedlý kien l-aqwa skorer tal-kompetizzjoni b'ħames gowls.[7]

Iċ-Ċekoslovakkja ikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-1938 fi Franza wara r-rebħa fil-kwalifikazzjoni kontra l-Bulgarija. Huma waslu sal-kwarti tal-finali, però sfaw eliminati mill-Brażil f'logħba li baqgħet magħrufa bħala l-"Battalja ta' Bordeaux" minħabba l-aggressività li kien hemm bejn iż-żewġ timijiet u li rat tliet plejers jitkeċċew għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni u numru ta' plejers oħra joħorġu mill-logħba mweġġgħin.[8][9]

Wara li naqsu milli jieħdu sehem fil-kwalifiki għat-Tazza tad-Dinja tal-1950, fiż-żewġ edizzjonijiet ta' wara laħqu biss il-fażi tal-gruppi. Nhar il-5 ta' April 1959, iċ-Ċekoslovakkja lagħbu l-ewwel logħba ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej fejn dawru telfa ta' 2–0 fl-ewwel logħba kontra r-Repubblika tal-Irlanda biex avvanzaw 4–2. Huma waslu sas-semifinali wara rebħiet konvinċenti fuq żewġ legs kontra d-Danimarka (7–3) u r-Rumanija (5–0). Fis-semifinali sabu lill-Unjoni Sovjetika li rebħu 3–0, madanakollu, kisbu t-tielet post b'rebħa ta' 2–0 fuq il-pajjiż ospitu ġewwa Marsilja.[10]

Iċ-Ċekoslovakkja kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-1962 li saret fiċ-Ċili b'rebħa ta' 4–2 kontra l-Iskozja fi play-off li ntlagħbet fi Brussell, il-Belġju, wara li ż-żewġ timijiet temmew l-impenji tagħhom fil-kwalifikazzjoni bl-istess punti. Fil-fażi finali, iċ-Ċekoslovakkja fetħu b'rebħa ta' 1–0 fuq Spanja u dro ta' mingħajr gowls kontra l-Brażil. It-telfa fl-aħħar logħba tal-grupp kontra l-Messiku ma affettwatx l-avvanz għar-rawnd suċċessiv.[11] Megħjunin bil-prestazzjoni tal-gowler Viliam Schrojf u l-attakkant Adolf Scherer, huma għelbu lill-Ungerija fil-kwarti tal-finali u lill-Jugożlavja fis-semifinali. Fit-tieni finali tagħhom huma sabu lill-Brażil. Josef Masopust poġġa liċ-Ċekoslovakki fil-vantaġġ però żewġ żbalji ta' Schrojf kienu kruċjali biex jikkastigawhom għal telfa ta' 3–1. Masopust rebaħ it-titlu tal-1962 tal-Ballun tad-Deheb.[12]

Wara dan is-suċċess, iċ-Ċekoslovakkja pparteċipaw biss f'edizzjoni waħda ta' kompetizzjoni maġġuri sal-1976, li kienet is-sehem tagħhom fit-Tazza tad-Dinja tal-1970 fejn ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi bi tliet telfiet.[4] Għall-Kampjonati Ewropej tal-1976 li saru fil-Jugożlavja huma kkwalifikaw minn grupp li kien jikkonsisti mill-Ingilterra, il-Portugall u Ċipru, b'rekord ta' erba' rebħiet, dro u telfa.[13] Fis-semifinali ġewwa Żagreb huma għelbu lin-Netherlands 3–1 wara l-ħin barrani. Il-finali kontra l-Ġermanja tal-Punent ntlagħbet fl-20 ta' Ġunju f'Belgrad u minkejja li ċ-Ċekoslovakkja ħadu vantaġġ ta' 2–0 wara nofs siegħa logħob, il-Ġermaniżi ġabu d-dro.[14] Fl-għoti tal-penalties iċ-Ċekoslovakkja rebħu 5–3 fejn fost il-penalties baqa' mfakkar dak mogħti minn Antonin Panenka, li l-istil tal-eżekuzzjoni tiegħu għadu jżomm l-istess tal-plejer.[15]

Għall-edizzjoni suċċessiva tal-Kampjonati Ewropej tal-1980 huma rebħu l-grupp ta' kwalifikazzjoni quddiem Franza.[16] Fil-fażi finali huma spiċċaw it-tieni fil-grupp wara l-Ġermanja tal-Punent li tathom aċċess għal-logħba għat-tielet u r-raba' post kontra l-ospiti tal-Italja. Huma rebħu 9–8 bl-għoti tal-penalties.[17] L-aħħar kompetizzjoni taċ-Ċekoslovakkja kienet it-Tazza tad-Dinja tal-1990 fejn avvanzaw mill-grupp wara rebħiet kontra l-Istati Uniti (5–1) u l-Awstrija (1–0), għalkemm tilfu fl-aħħar logħba kontra l-pajjiż ospitu. Fir-rawnd tal-aħħar sittax għelbu lill-Kosta Rika, però tilfu l-kwarti tal-finali kontra l-Ġermanja tal-Punent b'gowl ta' Lothar Matthäus.[18]

L-istat taċ-Ċekoslovakkja nqasam fir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja fl-1 ta' Jannar 1993. It-tim nazzjonali Ċekoslovakk baqa' ħaj b'mod proviżorju sa tmiem il-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-1994 u wara ġiet imwaqqfa l-assoċjazzjoni nazzjonali Ċeka u Slovakka.

Rekord kompetittiv[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tad-Dinja[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
Urugwaj 1930 Ma daħlux
Italja 1934 Finalisti telliefa 2 4 3 0 1 9 6
Franza 1938 Kwarti tal-finali 5 3 1 1 1 5 3
Brażil 1950 Ma daħlux
Żvizzera 1954 Fażi tal-gruppi 14 2 0 0 2 0 7
Żvezja 1958 Fażi tal-gruppi 9 4 1 1 2 9 6
Ċili 1962 Finalisti telliefa 2 6 3 1 2 7 7
Ingilterra 1966 Ma kkwalifikawx
Messiku 1970 Fażi tal-gruppi 15 3 0 0 3 2 7
Ġermanja tal-Punent 1974 Ma kkwalifikawx
Arġentina 1978
Spanja 1982 Fażi tal-gruppi 19 3 0 2 1 2 4
Messiku 1986 Ma kkwalifikawx
Italja 1990 Kwarti tal-finali 6 5 3 0 2 10 5
Stati Uniti 1994 Ma kkwalifikawx
Total Finalisti telliefa 8/15 30 11 5 14 44 45

Kampjonati Ewropej[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
Franza 1960 It-tielet post 3 2 1 0 1 2 3
Spanja 1964 Ma kkwalifikawx
Italja 1968
Belġju 1972
Jugożlavja 1976 Rebbieħa 1 2 1 1 0 5 3
Italja 1980 It-tielet post 3 4 1 2 1 5 4
Franza 1984 Ma kkwalifikawx
Ġermanja tal-Punent 1988
Żvezja 1992
Total Titlu wieħed 3/9 8 3 3 2 12 10

Noti[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Il-Polonja ma setgħux jivvjaġġaw lejn Praga għat-tieni logħba minħabba li l-gvern Pollakk ċaħad il-visas lit-tim minħabba raġunijiet politiċi.[5] Il-logħba ngħatat rebħa ta' 2–0 liċ-Ċekoslovakkja.[6]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Member Association – Czech Republic" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-07-13. Miġbur 2022-09-17.
  2. ^ "Czech Republic" (bl-Ingliż). UEFA. Miġbur 2022-09-17.
  3. ^ Murray, Scott (2012-07-20). "The Joy of Six: Olympic football tournament stories" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2022-09-17.
  4. ^ a b "Czech Republic national football team". eu-football.info (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-17.
  5. ^ "World Cup 1934 - Qualifying" (bl-Ingliż). RSSSF. Miġbur 2021-01-19.
  6. ^ "1934 FIFA World Cup Italy - Qualifiers - Europe" (bl-Ingliż). FIFA.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-03-08. Miġbur 2021-01-19.
  7. ^ "Delight for the Azzurri as home advantage tells" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-12-20. Miġbur 2022-09-17.
  8. ^ "World Cup History - On this day: Battle of Bordeaux" (bl-Ingliż). Eurosport. 2010-06-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-07-11. Miġbur 2022-09-17.
  9. ^ "Francia 1938: el día que Brasil cambió el 'jogo bonito' por la violencia extrema" (bl-Ispanjol). Infobae. 2014-03-24. Miġbur 2022-09-17.
  10. ^ Rostance, Tom (2012-05-21). "Euro 1960: Lev Yashin leads Soviets to glory in France" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2022-09-17.
  11. ^ "The 11 fastest goals in World Cup history" (bl-Ingliż). Eurosport. Miġbur 2022-09-17.
  12. ^ "Brazil flying high with 'Little Bird' Garrincha" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-12-20. Miġbur 2022-09-17.
  13. ^ "1976 UEFA European Championship Standings - Preliminary round" (bl-Ingliż). UEFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-05-26. Miġbur 2022-09-17.
  14. ^ "Panenka makes his name as Czechoslovakia beat West Germany in EURO 1976 final shoot-out" (bl-Ingliż). UEFA. 2003-10-03. Miġbur 2022-09-17.
  15. ^ Vráblik, Lukáš (2017-02-27). "INTERVIEW: The story behind the 'Panenka'" (bl-Ingliż). sport360. Miġbur 2022-09-17.
  16. ^ "1980 UEFA European Championship Standings - Preliminary round" (bl-Ingliż). UEFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-11-29. Miġbur 2022-09-17.
  17. ^ "Czechs beat hosts Italy to EURO 1980 bronze after shoot-out" (bl-Ingliż). UEFA. 2003-10-04. Miġbur 2022-09-17.
  18. ^ "World Cup 1990" (bl-Ingliż). RSSSF. Miġbur 2022-09-17.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]