Antonín Puč
Dan l-artiklu dwar persuna u l-isport huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 16 ta' Mejju 1907 Praga, Imperu Awstro-Ungeriż | ||
Mewt | 18 ta' April 1988 (80 sena) Praga | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1913–1920 | Čechie Smíchov | ||
1920–1925 | SK Smíchov | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1925 | SK Smíchov | ||
1925–1938 | Slavia Prague | ||
1938–1940 | Viktoria Žižkov | ||
1940–1941 | SK Smíchov | ||
Tim nazzjonali | |||
1926–1938 | Ċekoslovakkja | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
1943–1944 | SK Nusle | ||
1945–1946 | Čechie Karlín |
Antonín Puč (twieled fis-16 ta' Mejju 1907 – miet fit-18 ta' April 1988) kien plejer tal-futbol Ċek li kien jilgħab bħala attakkant.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Imrawwam fil-futbol ma' Čechie Smíchov u SK Smíchov, Puč qatta' l-maġġoranza tal-karriera tiegħu ma' Slavia Prague wara li kien ingħaqad magħhom ta' tmintax-il sena. Ma' Slavia Prague lagħab madwar 491 logħba (146 fil-kampjonat) u skorja 437 gowl (123 fil-kampjonat).[1] Għal darbtejn spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat, fl-1927 u fl-1929.
Bejn l-1926 u l-1939 lagħab mat-tim nazzjonali taċ-Ċekoslovakkja u ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1934 u l-1938. Fl-edizzjoni tal-1934 skorja żewġ gowls, b'wieħed minnhom ikun il-gowl tal-vantaġġ fil-finali kontra l-Italja li ċ-Ċekoslovakki tilfu 2–1.[2] Puč hu kkunsidrat fost l-aqwa plejers taċ-Ċekoslovakkja ta' dak il-perjodu u l-35 gowl f'61 logħba mat-tim nazzjonali jagħmluh l-aqwa skorer ta' kull żmien. Mal-qasma tal-pajjiż fir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja, Jan Koller qabeż ir-rekord tiegħu fl-2005.[3]
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Slavia Prague
- I. liga: 1928–29, 1929–30, 1930–31, 1932–33, 1933–34, 1934–35, 1936–37
- Tazza Mitropa: 1938
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Hráčské legendy" . SK Slavia Prague. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-06-19.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ "1934 FIFA World Cup Italy™: Italy - Czechoslovakia" (bl-Ingliż). FIFA.
- ^ "Sports News" (bl-Ingliż). Radio Prague International. 2005-06-06.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Antonín Puč fuq National-Football-Teams.com
- (CZ) Antonín Puč fuq FAČR