Aqbeż għall-kontentut

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934
Campionato Mondiale di Calcio

Kartellun uffiċjali
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitanti  Italja
Dati 27 ta' Mejju – 10 ta' Ġunju
Parteċipanti 16 (minn 4 konfederazzjonijiet)
Grawnds (f'8 ibliet ospitanti)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ  Italja
It-Tieni post  Ċekoslovakkja
It-Tielet post  Ġermanja
Ir-Raba' post  Awstrija
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 17
Gowls skorjati 70 (4.12 kull logħba)
Attendenza 363,000 (21,353 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Ċekoslovakkja Oldřich Nejedlý (5 gowls)
1930
1938

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934 kienet it-tieni edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, il-kampjonat internazzjonali organizzat mill-FIFA. Din saret fl-Italja bejn is-27 ta' Mejju u l-10 ta' Ġunju 1934.

Din l-edizzjoni kienet l-ewwel darba fejn it-timijiet kellhom jikkwalifikaw biex jieħdu sehem. 31 pajjiż daħlu għal din il-kompetizzjoni, u wara l-kwalifikazzjoni, 16-il tim ipparteċipa fil-fażi finali. Iċ-ċampjins renjanti, l-Urugwaj, irrifjutaw li jieħdu sehem minħabba l-fatt li erba' timijiet Ewropej biss kienu aċċettaw li jipparteċipaw fil-kampjonat tal-1930.[1] L-Italja saret it-tieni ċampjin tat-Tazza tad-Dinja u l-ewwel Ewropew li rebaħha, wara li għelbet liċ-Ċekoslovakkja 2–1 fil-finali.

L-għażla tal-pajjiż ospitanti

[immodifika | immodifika s-sors]

Wara proċess twil ta' teħid ta' deċiżjoni fejn il-kumitat eżekuttiv tal-FIFA iltaqa' tmien darbiet,[2] l-Italja ġiet magħżula bħala l-pajjiż ospitanti f'laqgħa fi Stokkolma fid-9 ta' Ottubru 1932.[3] Id-deċiżjoni ttieħdet mill-kumitat eżekuttiv mingħajr votazzjoni.[3] Il-kandidatura Taljana ġiet magħżula fuq dik Żvediża,[4] bil-gvern Taljan jalloka baġit ta' 3.5 miljun Lira għall-kompetizzjoni.[5]

Kwalifikazzjoni u parteċipanti

[immodifika | immodifika s-sors]

36 pajjiż applikaw sabiex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni, u b'hekk kienu neċessarji logħbiet ta' kwalifikazzjoni sabiex inaqqsu dan in-numru għal 16. Fost dawn kien hemm nieqsa l-Urugwaj, li rrifjutaw li jieħdu sehem bi protesta għall-fatt li diversi pajjiżi Ewropej naqsu li jmorru l-Amerika t'Isfel għall-edizzjoni preċedenti tat-Tazza tad-Dinja li l-Urugwaj ospitat fl-1930.[6] Għalhekk, it-Tazza tad-Dinja tal-1934 hi l-unika waħda fl-istorja fejn iċ-ċampjin renjanti ma ħax sehem. Il-Home Nations Brittaniċi wkoll irrifjutaw li jipparteċipaw, fi żmien ta' eżilju impost minnhom infushom fuq il-FIFA.

Minkejja r-rowl tagħhom bħala l-pajjiż ospitanti, l-Italja kellha xorta waħda tidħol fil-fażi ta' kwalifika, b'din id-darba tkun l-ewwel u l-unika darba li l-ospitu tal-kompetizzjoni ma ngħatax kwalifikazzjoni awtomatika.[3] Il-logħbiet ta' kwalifikazzjoni ġiew maqsuma skont fatturi ġeografiċi. L-irtirar kmieni taċ-Ċili u l-Perù fisser li l-Arġentina u l-Brażil ikkwalifikaw mingħajr ma lagħbu logħba waħda.[7]

Tnax mis-sittax-il post ġew allokati lill-Ewropa, tlieta lill-kontinent Amerikan, u wieħed lill-Afrika u l-Asja. Kienu biss għaxra mit-32 pajjiż, u erbgħa mis-sittax-il tim kwalifikat kienu barra mill-Ewropa. L-Eġittu sar l-ewwel tim Afrikan li kkwalifika għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja. L-aħħar logħba ta' kwalifikazzjoni kienet bejn l-Istati Uniti u l-Messiku u din saret tliet ijiem biss 'il bogħod mill-bidu tal-kampjonat f'logħba milgħuba fil-kapitali Ruma, li l-Istati Uniti rebħu.[8]

Is-sittax-il tim li kkwalifikaw għall-fażi finali kienu:

Il-kompetizzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-gowl tar-rebħa fil-finali ta' Angelo Schiavio li għeleb lill-gowler František Plánička fil-ħin barrani
L-Italja tiċċelebra l-ewwel titlu tat-Tazza tad-Dinja

Il-fażi tal-gruppi li ġiet użata fl-ewwel edizzjoni ġiet imwarrba u minflok intlagħab kampjonat b'eliminazzjoni diretta. Jekk logħba baqgħet indaqs wara disgħin minuta, tletin minuta ta' ħin barrani kien jintlagħab. Jekk ir-riżultat kien jispiċċa fi dro, il-partita terġa' tintlagħab fil-ġurnata ta' wara.

L-ewwel tmien logħbiet tal-ewwel rawnd intlagħabu fl-istess ħin.[9] L-Italja, li kienet magħmula fil-maġġoranza mill-plejers ta' Juventus,[10] bdiet b'rebħa konviċenti ta' 7–1 fuq l-Istati Uniti. Diżgwit intern fost l-iskwadra Arġentina fisser li għal dan il-kampjonat ma kien hemm l-ebda membru li wasal sal-finali tal-1930. Kontra l-Iżvezja, l-Arġentina marru fil-vantaġġ darbtejn, però żewġ gowls ta' Sven Jonasson u gowl ta' Knut Kroon taw l-Iżvezja rebħa ta' 3–2. Il-ġirien Sud-Amerikani tal-Brażil ukoll sofra minn eliminazzjoni bikrija hekk kif Spanja rebħitilhom bi skor konvinċenti ta' 3–1.

Għall-unika darba fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, l-aħħar tmien timijiet kienu kollha Ewropej. Fil-kwarti tal-finali, wara li l-ewwel konfront bejn l-Italja u Spanja spiċċa fi dro ta' 1–1, il-logħba kellha terġa' tintlagħab fil-ġurnata ta' wara b'diversi plejers mibdula miż-żewġ timijiet kawża ta' għeja u problemi fiżiċi. Ricardo Zamora għal Spanja kellu jaqbeż it-tieni logħba wara li weġġa' fl-ewwel waħda, u fuq in-naħa l-oħra, Mario Pizziolo lagħab l-aħħar logħba tiegħu mat-tim nazzjonali wara li f'intervent kiser saqajh.[11] Il-logħba, deskritta mill-kronaka ta' dak iż-żmien bħala waħda diffiċli u vjolenti, ra lill-Italja toħroġ rebbieħa 1–0, fost il-protesti tal-Ispanjoli għal gowl imħassar.

Fis-semifinali l-Italja ltaqgħet mal-Awstrija, li kienet għadha kemm ġejja minn konfront kontra l-Ungerija li l-kowċ Awstrijakk Hugo Meisl iddeskriva bħala "ġlieda, mhux logħba futbol". L-Italja rebħet għal darb'oħra bi skor ta' 1–0, b'gowl kontroversjali ta' Enrique Guaita. Fis-semifinali l-oħra ċ-Ċekoslovakkja assigurat postha fil-finali b'rebħa ta' 3–1 kontra l-Ġermanja. Fil-finali bejn l-Italja u ċ-Ċekoslovakkja, li ntlagħbet fi Stadio del Partito Nazionale Fascista, it-Taljani ħarġu rebbieħa b'riżultat ta' 2–1 wara l-ħin barrani. Iċ-Ċekoslovakki marru fil-vantaġġ b'gowl ta' Antonín Puč b'għoxrin minuta 'l bogħod mit-tisfira finali. Madanakollu, l-Italja sabu x-xibka fit-80 minuta b'gowl ta' Raimundo Orsi. Il-logħba marret għall-ħin supplementari u t-Taljani sabu l-gowl tar-rebħa minn Angelo Schiavio, sabiex ġew inkurunati ċampjins tad-dinja.

L-ewwel rawnd Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                           
27 ta' Mejju – Ruma            
  Italja  7
31 ta' Mejju u 1 ta' Ġunju – Firenze
  Stati Uniti  1  
  Italja  1 (1)
27 ta' Mejju – Genoa
    Spanja  1 (0)  
  Spanja  3
3 ta' Ġunju – Milan
  Brażil  1  
  Italja  1
27 ta' Mejju – Turin
    Awstrija  0  
  Awstrija (ħ.s.)  3
31 ta' Mejju – Bolonja
  Franza  2  
  Awstrija  2
27 ta' Mejju – Napli
    Ungerija  1  
  Ungerija  4
10 ta' Ġunju – Ruma
  Eġittu  2  
  Italja (ħ.s.)  2
27 ta' Mejju – Trieste
    Ċekoslovakkja  1
  Ċekoslovakkja  2
31 ta' Mejju – Turin
  Rumanija  1  
  Ċekoslovakkja  3
27 ta' Mejju – Milan
    Żvizzera  2  
  Żvizzera  3
3 ta' Ġunju – Ruma
  Netherlands  2  
  Ċekoslovakkja  3
27 ta' Mejju – Firenza
    Ġermanja  1   Logħba għat-tielet post
  Ġermanja  5
31 ta' Mejju – Milan 7 ta' Ġunju – Napli
  Belġju  2  
  Ġermanja  2   Ġermanja  3
27 ta' Mejju – Bolonja
    Żvezja  1     Awstrija  2
  Żvezja  3
  Arġentina  2  

L-ewwel rawnd

[immodifika | immodifika s-sors]
27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Spanja  3–1  Brażil Stadio Luigi Ferraris, Genoa
Attendenza: 21,000
Referi: Ġermanja Alfred Birlem
Iraragorri Gowl 18' (pen.)25'
Lángara Gowl 29'
Rapport Leônidas Gowl 55'

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Ungerija  4–2  Eġittu Stadio Giorgio Ascarelli, Napli
Attendenza: 9,000
Referi: Italja Rinaldo Barlassina
Teleki Gowl 11'
Toldi Gowl 27'61'
Vincze Gowl 53'
Rapport Fawzi Gowl 31'39'

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Żvizzera  3–2  Netherlands Stadio San Siro, Milan
Attendenza: 33,000
Referi: Żvezja Ivan Eklind
Kielholz Gowl 7'43'
Abegglen Gowl 66'
Rapport Smit Gowl 29'
Vente Gowl 69'

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Italja  7–1  Stati Uniti Stadio Nazionale del PNF, Ruma
Attendenza: 25,000
Referi: Żvizzera René Mercet
Schiavio Gowl 18'29'64'
Orsi Gowl 20'69'
Ferrari Gowl 63'
Meazza Gowl 90'
Rapport Donelli Gowl 57'

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Ċekoslovakkja  2–1  Rumanija Stadio Littorio, Trieste
Attendenza: 9,000
Referi: Belġju John Langenus
Puč Gowl 50'
Nejedlý Gowl 67'
Rapport Dobay Gowl 11'

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Żvezja  3–2  Arġentina Stadio Littoriale, Bolonja
Attendenza: 14,000
Referi: Awstrija Eugen Braun
Jonasson Gowl 9'67'
Kroon Gowl 79'
Rapport Belis Gowl 4'
Galateo Gowl 48'

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Awstrija  3–2 (ħ.s.)  Franza Stadio Benito Mussolini, Turin
Attendenza: 16,000
Referi: Netherlands Johannes van Moorsel
Sindelar Gowl 44'
Schall Gowl 93'
Bican Gowl 109'
Rapport Nicolas Gowl 18'
Verriest Gowl 116' (pen.)

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Ġermanja  5–2  Belġju Stadio Giovanni Berta, Firenze
Attendenza: 8,000
Referi: Italja Francesco Mattea
Kobierski Gowl 25'
Siffling Gowl 49'
Conen Gowl 66'70'87'
Rapport Voorhoof Gowl 29'43'

Kwarti tal-finali

[immodifika | immodifika s-sors]
31 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Awstrija  2–1  Ungerija Stadio Littoriale, Bolonja
Attendenza: 23,000
Referi: Italja Francesco Mattea
Horvath Gowl 8'
Zischek Gowl 51'
Rapport Sárosi Gowl 60' (pen.)

31 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Italja  1–1 (ħ.s.)  Spanja Stadio Giovanni Berta, Firenze
Attendenza: 35,000
Referi: Belġju Louis Baert
Ferrari Gowl 44' Rapport Regueiro Gowl 30'

31 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Ġermanja  2–1  Żvezja Stadio San Siro, Milan
Attendenza: 3,000
Referi: Italja Rinaldo Barlassina
Hohmann Gowl 60'63' Rapport Dunker Gowl 82'

31 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Ċekoslovakkja  3–2  Żvizzera Stadio Benito Mussolini, Turin
Attendenza: 12,000
Referi: Awstrija Alois Beranek
Svoboda Gowl 24'
Sobotka Gowl 49'
Nejedlý Gowl 82'
Rapport Kielholz Gowl 18'
Jäggi Gowl 78'
Ripetizzjoni
1 ta' Ġunju 1934
16:30 (UTC+2)
Italja  1–0  Spanja Stadio Giovanni Berta, Firenze
Attendenza: 43,000
Referi: Żvizzera René Mercet
Meazza Gowl 11' Rapport
3 ta' Ġunju 1934
16:30 (UTC+2)
Italja  1–0  Awstrija Stadio San Siro, Milan
Attendenza: 35,000
Referi: Żvezja Ivan Eklind
Guaita Gowl 19' Rapport

3 ta' Ġunju 1934
16:30 (UTC+2)
Ċekoslovakkja  3–1  Ġermanja Stadio Nazionale del PNF, Ruma
Attendenza: 15,000
Referi: Italja Rinaldo Barlassina
Nejedlý Gowl 21'69'80' Rapport Noack Gowl 62'

Finali għat-tielet post

[immodifika | immodifika s-sors]
7 ta' Ġunju 1934
18:00 (UTC+2)
Ġermanja  3–2  Awstrija Stadio Giorgio Ascarelli, Napli
Attendenza: 7,000
Referi: Italja Albino Carraro
Lehner Gowl 1'42'
Conen Gowl 27'
Rapport Horvath Gowl 28'
Sesta Gowl 54'
10 ta' Ġunju 1934
17:30 (UTC+2)
Italja  2–1 (ħ.s.)  Ċekoslovakkja Stadio Nazionale del PNF, Ruma
Attendenza: 55,000
Referi: Żvezja Ivan Eklind
Orsi Gowl 81'
Schiavio Gowl 95'
Rapport Puč Gowl 71'

L-aqwa skorers

[immodifika | immodifika s-sors]
5 gowls
4 gowls
3 gowls
2 gowls

gowl

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Hunt, Chris (2006). World Cup Stories: The history of the FIFA World Cup (bl-Ingliż). Ware: Interact. ISBN 978-0-9549819-2-1.
  • Freddi, Cris (2006). Complete Book of the World Cup 2006 (bl-Ingliż). Londra: HarperCollins. ISBN 0-00-722916-X.
  • Crouch, Terry (2002). The World Cup: The Complete History (bl-Ingliż). Londra: Aurum. ISBN 978-1-85410-843-2.
  1. ^ Hart, Jim (2016-07-27). "When the World Cup rolled into fascist Italy in 1934" (bl-Ingliż). These Football Times.
  2. ^ Freddi, pġ. 15
  3. ^ a b ċ Hunt, pġ. 23
  4. ^ "History of FIFA – The first FIFA World Cup" (bl-Ingliż). FIFA.
  5. ^ David Goldblatt (2007). The Ball is Round: A Global History of Football (bl-Ingliż). Londra: Penguin. p. 255. ISBN 978-0-14-101582-8.
  6. ^ Crouch, pġ. 16
  7. ^ Crouch, pġ. 14
  8. ^ Brewin, John; Williamson, Martin (2014-04-30). "World Cup 1934" (bl-Ingliż). ESPN.
  9. ^ Hunt, pġ. 26
  10. ^ Curino, Luca (2009-09-02). "Una Ital-Juve da record A ottobre in 9 con Amauri" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport.
  11. ^ Baker, William Joseph (1988). Sports in the Western World (bl-Ingliż). Champaign: University of Illinois Press. p. 248. ISBN 978-0-252-06042-7.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]