Aqbeż għall-kontentut

Leopold Kielholz

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Leopold Kielholz
Informazzjoni personali
Twelid9 ta' Ġunju 1911(1911-06-09)
Basel, Żvizzera
Mewt4 ta' Ġunju 1980 (68 sena)
Zürich, Żvizzera
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1927–1928BSC Old Boys
1928–1930Black Stars Basel
1930–1932Basel
1932–1935Servette
1935–1936Bern
1936–1937Reims
1937–1938St. Gallen
1938–1943Young Fellows Juventus
Tim nazzjonali
1933–1938Żvizzera
Timijiet ikkowċjati
1936–1937Reims
1950–1953Żvizzera
1954–1958Żvizzera

Leopold "Poldi" Kielholz (twieled fid-9 ta' Ġunju 1911 – miet fl-4 ta' Ġunju 1980) kien plejer tal-futbol Żvizzeru li kien jilgħab bħala attakkant.

Leopold Kielholz beda l-karriera tiegħu fl-1927 ma' BSC Old Boys Basel u wara staġun issieħeb ma' FC Black Stars Basel li kienu jilgħabu f'diviżjoni baxxa. Sentejn wara ngħaqad ma' Basel. Bejn l-1930 u l-1932, Kielholz lagħab 51 logħba u skorja 39 gowl, bi 23 gowl jaslu fil-kampjonat nazzjonali minn 34 logħba.[1] Fl-1932 ħalla lil Basel u ngħaqad ma' Servette. Taħt il-gwida tal-plejer-kowċ Karl Rappan it-tim rebaħ il-kampjonat fl-1933 u l-istess suċċess ġie ripetut fis-sena ta' wara. Għal dan l-istaġun, Kielholz kien l-aqwa skorer b'40 gowl, rekord li għadu jżomm sal-lum il-ġurnata.[2]

Kielholz fl-1935 issieħeb ma' Bern fejn kellu rwol sekondarju ta' kowċ, sakemm aktar tard ħalla 'l-klabb biex imur ma' Reims li f'dak iż-żmien kienu jilgħabu fit-Tieni Divijoni Franċiża. Dan l-istaġun kellu jkun wieħed diżappuntanti hekk kif il-klabb spiċċa qabel tal-aħħar u żammew posthom fid-diviżjoni grazzi għall-bidla fil-format tal-kompetizzjoni.[3] Wara sena, Kielholz reġa' lura art twelidu u ngħaqad ma' St. Gallen u temm il-karriera tiegħu ma' Young Fellows Juventus wara li lagħab magħhom għal ħames staġuni.

Tim nazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Kielholz lagħab l-ewwel logħba mat-tim nazzjonali Żvizzeru f'Novembru tal-1933. Fit-Tazza tad-Dinja tal-1934 hu skorja żewġ gowls fl-ewwel logħba kontra n-Netherlands. Il-gowl tiegħu kellu jkun l-ewwel wieħed skurjat mit-tim Żvizzeru fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja. It-tim temm it-traġitt tagħhom fil-kompetizzjoni wara li tiflu fil-kwarti tal-finali kontra ċ-Ċekoslovakkja, b'Kielholz għal darb'oħra jħalli l-marka bil-gowl tal-ftuħ.

Matul it-Tazza Internazzjonali li ntlagħbet bejn l-1933 u l-1935, l-attakkant kien fost il-figuri fissi tat-tim nazzjonali u skorja seba' gowls f'ħames logħbiet, fosthom tripletta fir-rebħa ta' 6–2 kontra l-Ungerija. B'hekk spiċċa l-aqwa skorer tal-kompetizzjoni flimkien ma' György Sárosi.[4]

Fl-1938 ifforma parti mill-iskwadra Żvizzera għat-Tazza tad-Dinja, però naqas li jilgħab. L-aħħar logħba waslet kontra l-Belġju f'Mejju tal-1938. B'kollox lagħab total ta' sbatax-il logħba u skorja tnax-il gowl.[5]

Servette
Individwali
  • L-aqwa skorer tat-Tazza Internazzjonali: 1933–35
  • L-aqwa skorer tal-kampjonat Żvizzeru: 1933–34
  1. ^ "Leopold Kielholz" (bil-Ġermaniż). Verein "Basler Fussballarchiv".
  2. ^ Garin, Erik; Kungler, Peter (2017-12-14). "Switzerland 1933/34" (bl-Ingliż). RSSSF.
  3. ^ Abbink, Dinant (2022-06-15). "France - List of Final Tables Second Level" (bl-Ingliż). RSSSF.
  4. ^ Reyes, Macario (2011-04-21). "3rd International Cup" (bl-Ingliż). RSSSF.
  5. ^ Garin, Erik; Mamrud, Roberto (2022-11-02). "Switzerland - Record International Players" (bl-Ingliż). RSSSF.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]