Oldřich Nejedlý

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Oldřich Nejedlý

Nejedlý fl-1934
Informazzjoni personali
Twelid26 ta' Diċembru 1909(1909-12-26)
ŽebrákImperu Awstro-Ungeriż
Mewt11 ta' Ġunju 1990 (80 sena)
Rakovník
Tul1.74 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1920–1924Spartak Zebrak
Karriera professjonali
SninKlabb
1924–1925Czechoslovan Kosire
1925–1926Spartak Zebrak
1926–1931SK Rakovník
1931–1941Sparta Prague
1941–1950SK Rakovník
1950–1956Spartak Zebrak
Tim nazzjonali
1931–1939Ċekoslovakkja

Oldřich Nejedlý (twieled fis-26 ta' Diċembru 1909 – miet fil-11 ta' Ġunju 1990) kien plejer tal-futbol Ċek li qatta' l-maġġoranza tal-karriera tiegħu jilgħab ma' Sparta Prague bħala attakkant. Ikkunsidrat bħala fost l-aqwa plejers taċ-Ċekoslovakkja ta' kull żmien,[1] hu kien l-aqwa skorer fit-Tazza tad-Dinja tal-1934.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Nejedlý lagħab ma' Sparta Prague matul il-karriera tiegħu, u skorja 162 gowl f'187 logħba tal-kampjonat. Hu rebaħ erba' titli tal-ogħla diviżjoni Ċeka u t-Tazza Mitropa fl-1935.

Mat-tim nazzjonali Ċek, Nejedlý ħa sehem fis-snin tletin fit-Tazza tad-Dinja tal-1934 u tal-1938. Fl-1934, kien l-aqwa skorer b'ħames gowls u ngħatatlu ż-Żarbuna tad-Deheb,[a] filwaqt li fl-edizzjoni tal-1938 skorja żewġ gowls. Is-seba' gowls f'sitt logħbiet jagħmluh l-aqwa skorer f'isem iċ-Ċekoslovakkja fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.[2] F'din l-aħħar edizzjoni hu kiser saqajh li wasslitu biex itemm il-karriera internazzjonali tiegħu.

Nejedlý miet ta' tmenin sena, fl-1990.

Noti[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Għall-bidu l-FIFA irrikonoxxiet erba' gowls biss ta' Nejedlý, li xorta waħda kienu jagħmluh l-aqwa skorer però kien jinqasam ma' Angelo Schiavio tal-Italja u Edmund Conen tal-Ġermanja. Madanakollu, f'Novembru tal-2006, il-gowls taċ-Ċekoslovakk ġew mibdula għal ħamsa, biex għamluh l-aqwa skorer waħdieni.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Planicka, il portiere dell'impossibile" (bit-Taljan). La Stampa. 1935-10-26.
  2. ^ "American Bert Patenaude credited with first hat trick in FIFA World Cup™ history" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-11-16. Miġbur 2022-09-09.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]