Tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Stati Uniti
Stati Uniti
Psewdonimu The Stars and Stripes, The Yanks
Assoċjazzjoni United States Soccer Federation (USSF)
Konfederazzjoni CONCACAF
Kowċ Gregg Berhalter
Rekord ta' preżenzi Cobi Jones (164)
Rekord ta' gowls Clint Dempsey
Landon Donovan (57)
Kodiċi tal-FIFA USA
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
Klassifika tal-FIFA
Pożizzjoni attwali 14 (Ġunju 2022)
L-ogħla 4 (April 2006)
L-inqas 35 (Lulju 2012)
L-ewwel logħba
 Żvezja 2–3 Stati Uniti Stati Uniti
(Stokkolma, Żvezja; 20 ta' Awwissu 1916)
L-ikbar rebħa
Stati Uniti Stati Uniti 8–0 Barbados 
(Carson, Stati Uniti; 15 ta' Ġunju 2008)
L-ikbar telfa
 Norveġja 11–0 Stati Uniti Stati Uniti
(Oslo, Norveġja; 6 ta' Awwissu 1948)

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti jirrappreżenta lill-Istati Uniti fil-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-futbol. It-tim huwa mmexxi mill-Federazzjoni Amerikana u huwa membru tal-FIFA u l-CONCACAF.

It-tim ipparteċipa fi ħdax-il Tazza tad-Dinja, inkluż l-ewwel edizzjoni tal-1930 fejn waslu sas-semifinali. Wara l-edizzjoni tal-1950, l-Istati Uniti ma reġgħux ikkwalifikaw sal-1990. L-edizzjoni tal-1994 ġiet ospitata mill-Istati Uniti għall-ewwel darba, f'kompetizzjoni li rathom jinqalgħu barra fir-rawnd tal-aħħar sittax mir-rebbieħa eventawali tal-Brażil.

Minbarra kompetizzjonijiet internazzjonali, l-Istati Uniti tikkompeti wkoll f'kampjonati kontinentali fosthom il-CONCACAF Gold Cup, il-CONCACAF Nations League u l-Copa América. L-Amerikani rebħu seba' edizzjonijiet tal-Gold Cup u l-edizzjoni inawgurali tan-Nations League.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel snin[immodifika | immodifika s-sors]

Il-formazzjoni tal-Istati Uniti fil-logħba kontra l-Iżvezja fl-1916.

L-ewwel tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti ġie magħżul fl-1885 għal logħba kontra l-Kanada, fl-ewwel logħba internazzjonali li qatt intlagħbet barra r-Renju Unit; il-Kanada rebħu 1–0 lill-Istati Uniti. L-ewwel logħba uffiċjali waslet fl-20 ta' Awwissu 1916 kontra l-Iżvezja, li l-Amerikani rebħu 3–2.

L-Istati Uniti ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-Urugwaj. Huma bdew b'rebħa ta' 3–0 kontra l-Belġju u wara rebħa oħra identika kontra l-Paragwaj, b'Bert Patenaude jiskorja l-ewwel tripletta fl-istorja tal-kompetizzjoni.[1] Fis-semifinali, l-Amerikani tilfu kontra l-Arġentina 6–1. Minkejja li ma kienx hemm logħba għat-tielet post, il-FIFA tat lill-Istati Uniti t-tielet post minħabba differenza ta' gowls aħjar mill-Jugożlavja.[2] Dan jibqa' l-aqwa riżultat qatt miksub mill-Istati Uniti, u l-aqwa wieħed għal tim nazzjonali barra l-Amerika t'Isfel u l-Ewropa.

Fl-edizzjoni tal-1950 li saret fil-Brażil, l-Istati Uniti tilfu l-ewwel logħba 3–1 kontra Spanja, però b'sorpriża rebħu lill-Ingilterra b'gowl ta' Joe Gaetjens. Din ir-rebħa ta' 1–0 għadha kkunsidrata bħala fost l-ikbar diżappunti fl-istorja tal-kompetizzjoni.[3] Eventwalment ġew eliminati miċ-Ċili. Din il-parteċipazzjoni kellha tkun l-aħħar waħda fit-Tazza tad-Dinja għal erba' deċennji.

Is-snin disgħin[immodifika | immodifika s-sors]

It-tim nazzjonali fl-aħħar nofs tas-seklu 20 ftit li xejn kellu rilevanza fuq livell internazzjonali. Il-federazzjoni Amerikana wkoll sofriet minn problemi finanzjarji bit-tim nazzjonali jilgħab biss żewġ logħbiet bejn l-1981 u l-1983. L-unika xaqq ta' dawl kienet il-prestazzjoni fl-Olimpjadi tal-1984, fejn għalkemm ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi, huma tilfu logħba waħda minn tlieta kontra l-favoriti tal-Italja.

Fl-1988, il-FIFA għażlet lill-Istati Uniti sabiex jospitaw l-edizzjoni tal-1994 tat-Tazza tad-Dinja. Din qajment kritiika minħabba d-dgħjufija pperċepita tat-tim nazzjonali. Madanakollu, l-Istati Uniti rnexxielhom jagħmluha għat-Tazza tad-Dinja tal-1990 b'rebħa ta' 1–0 kontra t-Trinidad u Tobago. Fl-ewwel dehra tagħhom wara erbgħin sena, l-Istati Uniti tilfu t-tliet logħbiet kontra ċ-Ċekoslovakkja, l-Italja u l-Awstrija. Għat-Tazza tad-Dinja tal-1994, li kkwalifikaw għaliha bħala l-ospiti, l-Istati Uniti ħarġu mill-grupp għall-ewwel darba mill-1930 wara rebħa kontra l-Kolombja, dro kontra l-Iżvizzera u telfa kontra r-Rumanija.[4] Fil-fażi tal-aħħar sittax, l-Istati Uniti tilfu 1–0 kontra r-rebbieħa eventwali tal-Brażil.[5]

Fl-1995, it-tim Amerikan ġie mistieden għall-Copa América. Huma spiċċaw l-ewwel fil-grupp wara li għelbu liċ-Ċili u l-Arġentina biex għaddew għall-kwarti tal-finali. F'din il-fażi huma rebħu lill-Messiku bil-penalties sakemm tilfu 1–0 fis-semifinali kontra l-Brażil. Eventwalment huma kklassifikaw fir-raba' post wara li tilfu l-ispareġġ kontra l-Kolombja.

Is-seklu 21[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-Tazza tad-Dinja tal-2002, taħt il-gwida ta' Bruce Arena, l-Istati Uniti laħqu l-kwarti tal-finali, li kienet l-ogħla pożizzjoni mill-edizzjoni tal-1930. Huma bdew b'rebħa sorpriża ta' 3–2 kontra l-Portugall, u wara ġabu dro kontra l-ospiti tal-Korea t'Isfel u telfa kontra l-Polonja. Huma spiċċaw it-tieni fil-grupp u fill-fażi tal-aħħar sittax iltaqgħu mal-qraba tal-Messiku, l-ewwel konfront bejniethom fit-Tazza tad-Dinja. L-Amerikani rebħu 2–0 biex affaċċjaw lill-Ġermanja fil-kwarti tal-finali, b'dawn tal-aħħar jirbħu b'gowl solitarju.

Taħt il-gwida tal-kowċ il-ġdid Bob Bradley, l-Istati Uniti ħadu sehem fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-2009. Għall-ewwel darba huma waslu sal-finali ta' kompetizzjoni tal-irġiel tal-FIFA meta fis-semifinali għelbu lil Spanja 2–0, li dak iż-żmien kienet l-ewwel fil-klassifika tal-FIFA u kienet għadha ġejja minn 35 logħba mingħajr telfa.[6] Fil-finali, minkejja li marru 2–0 minn fuq wara l-ewwel taqsima, il-Brażil għamlu rimonta biex rebħu t-titlu bi skor ta' 3–2.[7]

Landon Donovan fit-Tazza tad-Dinja tal-2010

Għat-Tazza tad-Dinja tal-2010, l-Amerikani ġew imniżżla fi Grupp Ċ flimkien mal-Ingilterra, is-Slovenja u l-Alġerija. Wara żewġ dros kontra l-avversarji Ewropej, l-Istati Uniti ggarantixxu post fil-fażi ta' wara grazzi għar-rebħa ta' 1–0 kontra l-Alġerija, b'gowl fil-ħin miżjud ta' Landon Donovan. Bl-ewwel post fil-grupp, għall-ewwel darba mill-ewwel edizzjoni tal-1930, l-Istati Uniti ltaqgħu mal-Gana però ġew eliminati wara telfa ta' 2–1.[8] Fl-edizzjoni tal-2014, taħt il-gwida tal-kowċ Ġermaniż Jürgen Klinsmann, l-Istati Uniti spiċċaw fi grupp magħmul mill-Ġermanja, il-Gana u l-Portugall. Ir-rebħa kontra l-Gana u d-dro kontra l-Portugall kienu biżżejjed sabiex jagħmluha għar-rawnd li jmiss.[9] Din kienet l-ewwel darba li kkwalifikaw għall-fażi eliminatorja f'żewġ edizzjonijiet konsekuttivi.[10] Fir-rawnd tal-aħħar sittax huma sfaw megħluba mill-Belġju wara l-ħin barrani.[11]

Rekord kompetittiv[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tad-Dinja[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
Urugwaj 1930 Semifinali[a] 3 3 2 0 1 7 6
Italja 1934 L-aħħar sittax 16 1 0 0 1 1 7
Franza 1938 Irtiraw
Brażil 1950 Fażi tal-gruppi 10 3 1 0 2 4 8
Żvizzera 1954 Ma kkwalifikawx
Żvezja 1958
Ċili 1962
Ingilterra 1966
Messiku 1970
Ġermanja tal-Punent 1974
Arġentina 1978
Spanja 1982
Messiku 1986
Italja 1990 Fażi tal-gruppi 23 3 0 0 3 2 8
Stati Uniti 1994 L-aħħar sittax 14 4 1 1 2 3 4
Franza 1998 Fażi tal-gruppi 32 3 0 0 3 1 5
Korea t'Isfel Ġappun 2002 Kwarti tal-finali 8 5 2 1 2 7 7
Ġermanja 2006 Fażi tal-gruppi 25 3 0 1 2 2 6
Afrika t'Isfel 2010 L-aħħar sittax 12 4 1 2 1 5 5
Brażil 2014 15 4 1 1 2 5 6
Russja 2018 Ma kkwalifikawx
Qatar 2022 Ikkwalifikaw
Kanada Messiku Stati Uniti 2026 Ikkwalifikaw bħala ospitu
Totali Semifinali 11/22 33 8 6 9 37 62

CONCACAF Gold Cup[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
El Salvador 1963 Ma daħlux
Gwatemala 1965
Ħonduras 1967
Kosta Rika 1969 Ma kkwalifikawx
Trinidad u Tobago 1971 Ma daħlux
Ħaiti 1973 Ma kkwalifikawx
Messiku 1977
Ħonduras 1981
1985 Fażi tal-gruppi 6 4 2 1 1 4 3
1989 Finalisti telliefa 2 8 4 3 1 6 3
Stati Uniti 1991 Rebbieħa 1 5 4 1 0 10 3
Messiku Stati Uniti 1993 Finalisti telliefa 2 5 4 0 1 5 5
Stati Uniti 1996 It-tielet post 3 4 3 0 1 8 3
Stati Uniti 1998 Finalisti telliefa 2 4 3 0 1 6 2
Stati Uniti 2000 Kwarti tal-finali 5 3 2 1 0 6 2
Stati Uniti 2002 Rebbieħa 1 5 4 1 0 9 1
Messiku Stati Uniti 2003 It-tielet post 3 5 4 0 1 13 4
Stati Uniti 2005 Rebbieħa 1 6 4 2 0 11 3
Stati Uniti 2007 1 6 6 0 0 13 3
Stati Uniti 2009 Finalisti telliefa 2 6 4 1 1 12 8
Stati Uniti 2011 2 6 4 0 2 9 6
Stati Uniti 2013 Rebbieħa 1 6 6 0 0 20 4
Kanada Stati Uniti 2015 Ir-raba' post 4 6 3 2 1 12 5
Stati Uniti 2017 Rebbieħa 1 6 5 1 0 13 4
Kosta Rika Ġamajka Stati Uniti 2019 Finalisti telliefa 2 6 5 0 1 15 2
Stati Uniti 2021 Rebbieħa 1 6 6 0 0 11 1
Totali 7 titli 18/26 9 73 13 11 183 62

Noti[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Il-FIFA tat it-tielet post lill-Istati Uniti favur is-semifinalista l-oħra, il-Jugożlavja, minħabba differenza ta' gowls aħjar (+1 kontra ż-żero tal-Jugożlavja). L-ebda logħba għat-tielet post ma ntlagħbet.[2]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Williams, Jack (2015-07-19). "Bert Patenaude, the forgotten hero who scored the first ever World Cup hat-trick" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2021-08-21.
  2. ^ a b "1930 Uruguay 1930" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-02-08. Miġbur 2022-08-21.
  3. ^ "The Miracle on Grass as USA beat England" (bl-Ingliż). ESPN. 2010-07-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-01-13. Miġbur 2021-08-21.
  4. ^ Lewis, Michael (2000-07-01). "Escobar's memory lives on". Sports Illustrated (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-04-30. Miġbur 2022-08-21.
  5. ^ Palmer, Kevin (2006-07-09). "Winning is the only option" (bl-Ingliż). ESPN. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-19. Miġbur 2022-08-21.
  6. ^ Chowdhury, Saj (2009-06-25). "Spain 0–2 United States" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2022-08-22.
  7. ^ Dawkes, Phil (2007-06-28). "United States 2–3 Brazil" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2022-08-22.
  8. ^ Goff, Steven (2010-06-27). "USA vs. Ghana: In World Cup 2010, Americans eliminated by Ghana" (bl-Ingliż). The Washington Post. Miġbur 2022-08-22.
  9. ^ Williams, Ashley M. (2014-06-26). "USA advances, despite loss to Germany" (bl-Ingliż). USA Today. Miġbur 2022-08-22.
  10. ^ Bezjak, Lou (2014-06-26). "U.S. run in World Cup bringing out a lot of Pee Dee soccer fans" (bl-Ingliż). The Morning News. Miġbur 2022-08-22. It’s the first time in U.S. soccer history it has advanced to the knockout stage of back-to-back World Cups.
  11. ^ "Official FIFA statistics, updated July 5, 2014" (PDF) (bl-Ingliż). 2014-07-05. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-07-01. Miġbur 2022-08-22.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]