Bert Patenaude
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Bertrand Arthur Patenaude | ||
| Twelid | 4 ta' Novembru 1909 Fall River, Stati Uniti | ||
| Mewt | 4 ta' Novembru 1974 (65 sena) Fall River | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 1928 | Philadelphia Field Club | ||
| 1928 | → J&P Coats (self) | ||
| 1928–1931 | Fall River Marksmen | ||
| 1930 | → Newark Americans (self) | ||
| 1933–1934 | Philadelphia German-American | ||
| 1933–1934 | St. Louis Central Breweries | ||
| 1936 | Philadelphia Passon | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 1930 | Stati Uniti | ||
Bertrand "Bert" Arthur Patenaude (twieled fl-4 ta' Novembru 1909 – miet fl-4 ta' Novembru 1974) kien plejer tal-futbol Amerikan li kien jilgħab bħala attakkant. Hu hu uffiċjalment ikkreditat bl-ewwel tripletta li qatt ġie skorjata fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1930, Patenaude ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali tal-Istati Uniti għat-Tazza tad-Dinja tal-1930. F'din il-kompetizzjoni hu skorja gowl fl-ewwel logħba tal-Amerikani kontra l-Belġju, u fil-logħba ta' wara kontra l-Paragwaj skorja tripletta. Wara l-eliminazzjoni fis-semifinali kontra l-Arġentina, it-tim Amerikan għamel numru ta' logħbiet oħra fl-Amerika t'Isfel, b'Patenaude jiskorja s-sitt u l-aħħar gowl tiegħu mat-tim nazzjoni fit-telfa ta' 4–3 kontra l-Brażil. Din kellha tkun l-aħħar tiegħu man-nazzjonal.
Din it-tripletta għal numru ta' snin qajjmet dubji fuq l-awtentiċità tagħha, diversi sorsi jsostnu li t-tieni mit-tliet gowls ta' Patenaude ġie skorjat minn Tom Florie (skont ir-rekord uffiċjali tal-FIFA), kien awtogowl ta' Aurelio González (skont l-RSSSF) jew kien fil-fatt gowl ta' Patenaude (skont il-federazzjoni tal-futbol Amerikana).[1] Fl-aħħar, nhar l-10 ta' Novembru 2006, il-FIFA ħabbret li Patenaude kien fil-fatt l-ewwel persuna li skorja tripletta f'fażi finali tat-Tazza tad-Dinja.[2]
Fl-1971, Patenaude ġie miżjud fin-National Soccer Hall of Fame.
Logħbiet internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]| Dehriet u gowls internazzjonali – | ||||||
|---|---|---|---|---|---|---|
| Data | Belt | Ġo darhom | Riżultat | Ospiti | Kompetizzjoni | Gowls |
| 13 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Stati Uniti |
3–0 | Tazza tad-Dinja 1930 | 1 | |
| 17 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Stati Uniti |
3–0 | Tazza tad-Dinja 1930 | 3 | |
| 26 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Arġentina |
6–1 | Tazza tad-Dinja 1930 | 0 | |
| 17 ta' Awwissu 1930 | Rio de Janeiro | Brażil |
4–3 | Logħba ta' ħbiberija | 2 | |
| Total | Preżenzi | 4 | Gowls | 6 | ||
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Barboza, Scott (2010-07-12). "Credit for Patenaude long overdue" (bl-Ingliż). ESPN.
- ^ "American Bert Patenaude credited with first hat trick in FIFA World Cup™ history" (bl-Ingliż). FIFA. 2006-11-10.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Bert Patenaude fuq National-Football-Teams.com