Tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti
Psewdonimu | The Stars and Stripes, The Yanks | ||
---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | United States Soccer Federation (USSF) | ||
Konfederazzjoni | CONCACAF | ||
Kowċ | Mauricio Pochettino | ||
Rekord ta' preżenzi | Cobi Jones (164) | ||
Rekord ta' gowls |
Clint Dempsey Landon Donovan (57) | ||
Kodiċi tal-FIFA | USA | ||
| |||
Klassifika tal-FIFA | |||
Pożizzjoni attwali | 14 (Ġunju 2022) | ||
L-ogħla | 4 (April 2006) | ||
L-inqas | 35 (Lulju 2012) | ||
L-ewwel logħba | |||
Żvezja 2–3 Stati Uniti (Stokkolma, Żvezja; 20 ta' Awwissu 1916) | |||
L-ikbar rebħa | |||
Stati Uniti 8–0 Barbados (Carson, Stati Uniti; 15 ta' Ġunju 2008) | |||
L-ikbar telfa | |||
Norveġja 11–0 Stati Uniti (Oslo, Norveġja; 6 ta' Awwissu 1948) |
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti jirrappreżenta lill-Istati Uniti fil-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-futbol. It-tim huwa mmexxi mill-Federazzjoni Amerikana u huwa membru tal-FIFA u l-CONCACAF.
It-tim ipparteċipa fi ħdax-il Tazza tad-Dinja, inkluż l-ewwel edizzjoni tal-1930 fejn waslu sas-semifinali. Wara l-edizzjoni tal-1950, l-Istati Uniti ma reġgħux ikkwalifikaw sal-1990. L-edizzjoni tal-1994 ġiet ospitata mill-Istati Uniti għall-ewwel darba, f'kompetizzjoni li rathom jinqalgħu barra fir-rawnd tal-aħħar sittax mir-rebbieħa eventawali tal-Brażil.
Minbarra kompetizzjonijiet internazzjonali, l-Istati Uniti tikkompeti wkoll f'kampjonati kontinentali fosthom il-CONCACAF Gold Cup, il-CONCACAF Nations League u l-Copa América. L-Amerikani rebħu seba' edizzjonijiet tal-Gold Cup u l-edizzjoni inawgurali tan-Nations League.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel snin
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti ġie magħżul fl-1885 għal logħba kontra l-Kanada, fl-ewwel logħba internazzjonali li qatt intlagħbet barra r-Renju Unit; il-Kanada rebħu 1–0 lill-Istati Uniti. L-ewwel logħba uffiċjali waslet fl-20 ta' Awwissu 1916 kontra l-Iżvezja, li l-Amerikani rebħu 3–2.
L-Istati Uniti ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-Urugwaj. Huma bdew b'rebħa ta' 3–0 kontra l-Belġju u wara rebħa oħra identika kontra l-Paragwaj, b'Bert Patenaude jiskorja l-ewwel tripletta fl-istorja tal-kompetizzjoni.[1] Fis-semifinali, l-Amerikani tilfu kontra l-Arġentina 6–1. Minkejja li ma kienx hemm logħba għat-tielet post, il-FIFA tat lill-Istati Uniti t-tielet post minħabba differenza ta' gowls aħjar mill-Jugożlavja.[2] Dan jibqa' l-aqwa riżultat qatt miksub mill-Istati Uniti, u l-aqwa wieħed għal tim nazzjonali barra l-Amerika t'Isfel u l-Ewropa.
Fl-edizzjoni tal-1950 li saret fil-Brażil, l-Istati Uniti tilfu l-ewwel logħba 3–1 kontra Spanja, però b'sorpriża rebħu lill-Ingilterra b'gowl ta' Joe Gaetjens. Din ir-rebħa ta' 1–0 għadha kkunsidrata bħala fost l-ikbar diżappunti fl-istorja tal-kompetizzjoni.[3] Eventwalment ġew eliminati miċ-Ċili. Din il-parteċipazzjoni kellha tkun l-aħħar waħda fit-Tazza tad-Dinja għal erba' deċennji.
Is-snin disgħin
[immodifika | immodifika s-sors]It-tim nazzjonali fl-aħħar nofs tas-seklu 20 ftit li xejn kellu rilevanza fuq livell internazzjonali. Il-federazzjoni Amerikana wkoll sofriet minn problemi finanzjarji bit-tim nazzjonali jilgħab biss żewġ logħbiet bejn l-1981 u l-1983. L-unika xaqq ta' dawl kienet il-prestazzjoni fl-Olimpjadi tal-1984, fejn għalkemm ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi, huma tilfu logħba waħda minn tlieta kontra l-favoriti tal-Italja.
Fl-1988, il-FIFA għażlet lill-Istati Uniti sabiex jospitaw l-edizzjoni tal-1994 tat-Tazza tad-Dinja. Din qajment kritiika minħabba d-dgħjufija pperċepita tat-tim nazzjonali. Madanakollu, l-Istati Uniti rnexxielhom jagħmluha għat-Tazza tad-Dinja tal-1990 b'rebħa ta' 1–0 kontra t-Trinidad u Tobago. Fl-ewwel dehra tagħhom wara erbgħin sena, l-Istati Uniti tilfu t-tliet logħbiet kontra ċ-Ċekoslovakkja, l-Italja u l-Awstrija. Għat-Tazza tad-Dinja tal-1994, li kkwalifikaw għaliha bħala l-ospiti, l-Istati Uniti ħarġu mill-grupp għall-ewwel darba mill-1930 wara rebħa kontra l-Kolombja, dro kontra l-Iżvizzera u telfa kontra r-Rumanija.[4] Fil-fażi tal-aħħar sittax, l-Istati Uniti tilfu 1–0 kontra r-rebbieħa eventwali tal-Brażil.[5]
Fl-1995, it-tim Amerikan ġie mistieden għall-Copa América. Huma spiċċaw l-ewwel fil-grupp wara li għelbu liċ-Ċili u l-Arġentina biex għaddew għall-kwarti tal-finali. F'din il-fażi huma rebħu lill-Messiku bil-penalties sakemm tilfu 1–0 fis-semifinali kontra l-Brażil. Eventwalment huma kklassifikaw fir-raba' post wara li tilfu l-ispareġġ kontra l-Kolombja.
Is-seklu 21
[immodifika | immodifika s-sors]Fit-Tazza tad-Dinja tal-2002, taħt il-gwida ta' Bruce Arena, l-Istati Uniti laħqu l-kwarti tal-finali, li kienet l-ogħla pożizzjoni mill-edizzjoni tal-1930. Huma bdew b'rebħa sorpriża ta' 3–2 kontra l-Portugall, u wara ġabu dro kontra l-ospiti tal-Korea t'Isfel u telfa kontra l-Polonja. Huma spiċċaw it-tieni fil-grupp u fill-fażi tal-aħħar sittax iltaqgħu mal-qraba tal-Messiku, l-ewwel konfront bejniethom fit-Tazza tad-Dinja. L-Amerikani rebħu 2–0 biex affaċċjaw lill-Ġermanja fil-kwarti tal-finali, b'dawn tal-aħħar jirbħu b'gowl solitarju.
Taħt il-gwida tal-kowċ il-ġdid Bob Bradley, l-Istati Uniti ħadu sehem fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-2009. Għall-ewwel darba huma waslu sal-finali ta' kompetizzjoni tal-irġiel tal-FIFA meta fis-semifinali għelbu lil Spanja 2–0, li dak iż-żmien kienet l-ewwel fil-klassifika tal-FIFA u kienet għadha ġejja minn 35 logħba mingħajr telfa.[6] Fil-finali, minkejja li marru 2–0 minn fuq wara l-ewwel taqsima, il-Brażil għamlu rimonta biex rebħu t-titlu bi skor ta' 3–2.[7]
Għat-Tazza tad-Dinja tal-2010, l-Amerikani ġew imniżżla fi Grupp Ċ flimkien mal-Ingilterra, is-Slovenja u l-Alġerija. Wara żewġ dros kontra l-avversarji Ewropej, l-Istati Uniti ggarantixxu post fil-fażi ta' wara grazzi għar-rebħa ta' 1–0 kontra l-Alġerija, b'gowl fil-ħin miżjud ta' Landon Donovan. Bl-ewwel post fil-grupp, għall-ewwel darba mill-ewwel edizzjoni tal-1930, l-Istati Uniti ltaqgħu mal-Gana però ġew eliminati wara telfa ta' 2–1.[8] Fl-edizzjoni tal-2014, taħt il-gwida tal-kowċ Ġermaniż Jürgen Klinsmann, l-Istati Uniti spiċċaw fi grupp magħmul mill-Ġermanja, il-Gana u l-Portugall. Ir-rebħa kontra l-Gana u d-dro kontra l-Portugall kienu biżżejjed sabiex jagħmluha għar-rawnd li jmiss.[9] Din kienet l-ewwel darba li kkwalifikaw għall-fażi eliminatorja f'żewġ edizzjonijiet konsekuttivi.[10] Fir-rawnd tal-aħħar sittax huma sfaw megħluba mill-Belġju wara l-ħin barrani.[11]
Rekord kompetittiv
[immodifika | immodifika s-sors]Tazza tad-Dinja
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Fażi | Pożizzjoni | L | R | D | T | GF | GK | |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1930 | Semifinali[a] | 3 | 3 | 2 | 0 | 1 | 7 | 6 | |
1934 | L-aħħar sittax | 16 | 1 | 0 | 0 | 1 | 1 | 7 | |
1938 | Irtiraw | ||||||||
1950 | Fażi tal-gruppi | 10 | 3 | 1 | 0 | 2 | 4 | 8 | |
1954 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1958 | |||||||||
1962 | |||||||||
1966 | |||||||||
1970 | |||||||||
1974 | |||||||||
1978 | |||||||||
1982 | |||||||||
1986 | |||||||||
1990 | Fażi tal-gruppi | 23 | 3 | 0 | 0 | 3 | 2 | 8 | |
1994 | L-aħħar sittax | 14 | 4 | 1 | 1 | 2 | 3 | 4 | |
1998 | Fażi tal-gruppi | 32 | 3 | 0 | 0 | 3 | 1 | 5 | |
2002 | Kwarti tal-finali | 8 | 5 | 2 | 1 | 2 | 7 | 7 | |
2006 | Fażi tal-gruppi | 25 | 3 | 0 | 1 | 2 | 2 | 6 | |
2010 | L-aħħar sittax | 12 | 4 | 1 | 2 | 1 | 5 | 5 | |
2014 | 15 | 4 | 1 | 1 | 2 | 5 | 6 | ||
2018 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
2022 | Ikkwalifikaw | ||||||||
2026 | Ikkwalifikaw bħala ospitu | ||||||||
Totali | Semifinali | 11/22 | 33 | 8 | 6 | 9 | 37 | 62 |
CONCACAF Gold Cup
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Fażi | Pożizzjoni | L | R | D | T | GF | GK | |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1963 | Ma daħlux | ||||||||
1965 | |||||||||
1967 | |||||||||
1969 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1971 | Ma daħlux | ||||||||
1973 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1977 | |||||||||
1981 | |||||||||
1985 | Fażi tal-gruppi | 6 | 4 | 2 | 1 | 1 | 4 | 3 | |
1989 | Finalisti telliefa | 2 | 8 | 4 | 3 | 1 | 6 | 3 | |
1991 | Rebbieħa | 1 | 5 | 4 | 1 | 0 | 10 | 3 | |
1993 | Finalisti telliefa | 2 | 5 | 4 | 0 | 1 | 5 | 5 | |
1996 | It-tielet post | 3 | 4 | 3 | 0 | 1 | 8 | 3 | |
1998 | Finalisti telliefa | 2 | 4 | 3 | 0 | 1 | 6 | 2 | |
2000 | Kwarti tal-finali | 5 | 3 | 2 | 1 | 0 | 6 | 2 | |
2002 | Rebbieħa | 1 | 5 | 4 | 1 | 0 | 9 | 1 | |
2003 | It-tielet post | 3 | 5 | 4 | 0 | 1 | 13 | 4 | |
2005 | Rebbieħa | 1 | 6 | 4 | 2 | 0 | 11 | 3 | |
2007 | 1 | 6 | 6 | 0 | 0 | 13 | 3 | ||
2009 | Finalisti telliefa | 2 | 6 | 4 | 1 | 1 | 12 | 8 | |
2011 | 2 | 6 | 4 | 0 | 2 | 9 | 6 | ||
2013 | Rebbieħa | 1 | 6 | 6 | 0 | 0 | 20 | 4 | |
2015 | Ir-raba' post | 4 | 6 | 3 | 2 | 1 | 12 | 5 | |
2017 | Rebbieħa | 1 | 6 | 5 | 1 | 0 | 13 | 4 | |
2019 | Finalisti telliefa | 2 | 6 | 5 | 0 | 1 | 15 | 2 | |
2021 | Rebbieħa | 1 | 6 | 6 | 0 | 0 | 11 | 1 | |
Totali | 7 titli | 18/26 | 9 | 73 | 13 | 11 | 183 | 62 |
Noti
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Williams, Jack (2015-07-19). "Bert Patenaude, the forgotten hero who scored the first ever World Cup hat-trick" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2021-08-21.
- ^ a b "1930 Uruguay 1930" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-02-08. Miġbur 2022-08-21.
- ^ "The Miracle on Grass as USA beat England" (bl-Ingliż). ESPN. 2010-07-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-01-13. Miġbur 2021-08-21.
- ^ Lewis, Michael (2000-07-01). "Escobar's memory lives on". Sports Illustrated (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-04-30. Miġbur 2022-08-21.
- ^ Palmer, Kevin (2006-07-09). "Winning is the only option" (bl-Ingliż). ESPN. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-19. Miġbur 2022-08-21.
- ^ Chowdhury, Saj (2009-06-25). "Spain 0–2 United States" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2022-08-22.
- ^ Dawkes, Phil (2007-06-28). "United States 2–3 Brazil" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2022-08-22.
- ^ Goff, Steven (2010-06-27). "USA vs. Ghana: In World Cup 2010, Americans eliminated by Ghana" (bl-Ingliż). The Washington Post. Miġbur 2022-08-22.
- ^ Williams, Ashley M. (2014-06-26). "USA advances, despite loss to Germany" (bl-Ingliż). USA Today. Miġbur 2022-08-22.
- ^ Bezjak, Lou (2014-06-26). "U.S. run in World Cup bringing out a lot of Pee Dee soccer fans" (bl-Ingliż). The Morning News. Miġbur 2022-08-22.
It’s the first time in U.S. soccer history it has advanced to the knockout stage of back-to-back World Cups.
- ^ "Official FIFA statistics, updated July 5, 2014" (PDF) (bl-Ingliż). 2014-07-05. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-07-01. Miġbur 2022-08-22.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti (United States men's national association football team) |