Tim nazzjonali tal-futbol tas-Slovenja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Slovenja
L-Emblema ta' l-Assoċċazzjoni
Assoċċazzjoni Football Association of Slovenia
Konfederazzjoni UEFA, (Ewropa)
Kowċ Matjaž Kek
Captain Nastja Čeh
L-Aktar Dehriet Zlatko Zahovič (80)
L-Aktar Gowls Zlatko Zahovič (35)
Grawnd Nazzjonali Arena Petrol
L-Ewwel Internazzjonali Slovenja 0 - 1 Kroazja
(Murksa Sobota, Slovenja; 19 ta' Ġunju, 1991)
L-Ikbar Rebħa Oman 0 - 7 Slovenja
(Muscat, Oman; 8 ta' Frar, 1999)
L-Ikbar Telfa Franza 5 - 0 Slovenja
(Saint-Denis, Franza; 12 ta' Ottubru, 2002)

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' Slovenja hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' Slovenja u hu mmexxi mill-Football Association of Slovenia. Huma lagħbu l-ewwel logħba fl-1991 wara l-firda tal-Jugożlavja. Qabel il-firda, plejers minn Slovenja kienu jilagħbu mat-Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Jugożlavja.

L-Islovenja kienet sorpriża fil-Kampjonati Ewropej tas-sena 2000 meta huma rebħu lill-Ukrajna fi playoff. Fil-kampjonat Ewropew huma rnexxielhom iżommu sħiħ kontra timijiet ta' qawwa meta rnexxielhom jispiċċaw pari kontra l-Jugożlavja u n-Norveġja u tilfu biss kontra Spanja 2-1. L-Islovenja rnexxielha tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2002 meta rebħet lir-Rumanija fi playoff. Waqt il-fażi ta' kwalifikazzjoni huma ma tilfux partita waħda; 7 rebħiet u 7 pari. Però fil-fażi finali fil-Korea u l-Ġappun huma marru lura darhom mingħajr punt. Minkejja li fallew li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 2006, huma kienu l-uniku tim li rebħu lill-Italja meta rebħulhom 1-0 ġewwa darhom. Din ma kinitx l-ewwel darba li evitaw telfa kontra dan it-tim - fl-1995 huma żammew lit-Taljani pari ta' 1-1 waqt il-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1996, fejn kienu wkoll ħadu l-vantaġġ.

L-Iskwadra ta' Slovenja[immodifika | immodifika s-sors]

Gowlers:

Difensuri:

Midfielders:

Attakkanti:

Storja tal-Kompetizzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tad-Dinja[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1930 sa l-1990 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Jugożlavja
  • 1994 - Ma ħaditx sehem
  • 1998 - Ma kkwalifikatx
  • 2002 - L-Ewwel Rawnd
  • 2006 - Ma kkwalifikatx

Kampjonati Ewropej[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1960 sa l-1992 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Jugożlavja
  • 1996 - Ma kkwalifikatx
  • 2000 - L-Ewwel Rawnd
  • 2004 - Ma kkwalifikatx

Plejers[immodifika | immodifika s-sors]

Plejer famużi tal-passat u tal-preżent[immodifika | immodifika s-sors]

  • Srečko Katanec
  • Branko Oblak
  • Aleksander Knavs
  • Ermin Šiljak
  • Sašo Udovič
  • Zlatko Zahovič

L-Aktar Apparenzi[immodifika | immodifika s-sors]

# Isem Apparenzi
1
Zlatko Zahovič
80
2
Aleš Čeh
74
3
Milenko Ačimovič
74
4
Đoni Novak
71
5
Marinko Galič
66
6
Aleksander Knavs
65
7
Mladen Rudonja
65
8
Amir Karič
64
9
Miran Pavlin
63
10
Marko Simeunovič
57

L-Aktar Gowls[immodifika | immodifika s-sors]

# Isem Gowls
1
Zlatko Zahovič
35
2
Sašo Udovič
16
3
Ermin Šiljak
14
4
Milenko Ačimovič
13
5
Primož Gliha
10
6
Milan Osterc
8
7
Nastja Čeh
6
8
Sebastjan Cimirotič
6
9
Miran Pavlin
5
10
Milivoje Novakovič
4

Ħoloq Oħra[immodifika | immodifika s-sors]