Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ukrajna
Psewdonimu |
Синьо-жовті (Il-Koħol u s-Sofor) Збірна (It-Tim Nazzjonali) | |||
---|---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Ukrajna | |||
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | |||
Kowċ | Oleksandr Petrakov | |||
Kaptan | Andriy Yarmolenko | |||
Rekord ta' preżenzi | Anatoliy Tymoshchuk (144)[a] | |||
Rekord ta' gowls | Andriy Shevchenko (48) | |||
Kodiċi tal-FIFA | UKR | |||
| ||||
Klassifika tal-FIFA | ||||
Pożizzjoni attwali | 27 (Awwissu 2022) | |||
L-ogħla | 11 (Frar 2007) | |||
L-inqas | 132 (Settembru 1993) | |||
L-ewwel logħba | ||||
Ukrajna 1–3 Ungerija (Uzhhorod, Ukrajna; 29 ta' April 1992) | ||||
L-ikbar rebħa | ||||
Ukrajna 9–0 San Marino (Lviv, Ukrajna; 6 ta' Settembru 2013) | ||||
L-ikbar telfa | ||||
Franza 7–1 Ukrajna (Saint-Denis, Franza; 7 ta' Ottubru 2020) | ||||
Tazza tad-Dinja | ||||
Preżenzi | 1 (l-ewwel fl-2006) | |||
L-aqwa riżultat | Kwarti tal-finali (2006) | |||
Kampjonati Ewropej | ||||
Preżenzi | 3 (l-ewwel fl-2012) | |||
L-aqwa riżultat | Kwarti tal-finali (2020) |
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ukrajna (bl-Ukren: Збірна України з футболу) jirrappreżenta lill-Ukrajna fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Ukrajna.
It-tim sar membru tal-UEFA u l-FIFA fl-1992 wara l-qsim tal-Unjoni Sovjetika.[2] Huma lagħbu l-ewwel logħba tagħhom fid-29 ta' April 1992 kontra l-Ungerija u fit-Tazza tad-Dinja tal-2006 għamlu d-debutt tagħhom f'kompetizzjoni maġġuri. Sitt snin wara ospitaw il-Kampjonati Ewropej tal-2012.[2]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Wara x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika, it-tim nazzjonali Ukren lagħab l-ewwel logħba uffiċjali fid-29 ta' April 1992 kontra l-Ungerija f'telfa ta' 3–1. Għal-logħba l-Ukrajna kienet nieqsa kemm mill-preparazzjoni, hekk kif iltaqgħu fis-27 ta' April u vvjaġġaw l-għada għall-belt ta' Uzhhorod, kif ukoll minn plejers ta' esperjenza li kienu qegħdin jilgħabu mal-Komunità tal-Istati Indipendenti f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra ġewwa Moska.[3][4]
Qabel it-twelid tat-tim nazzjonali proprju, ħafna plejers Ukreni kienu pedini importanti fit-tim tal-Unjoni Sovjetika li ħalla figura tajba fit-Tazza tad-Dinja tal-1986 u fil-Kampjonati Ewropej tal-1988. Sebgħa mill-ħdax li lagħbu il-finali tal-Kampjonati Ewropej kienu Ukreni. Ħafna minn dawn il-plejers għażlu li jirrapreżentaw lir-Russja minflok art twelidhom hekk kif il-FIFA għażlet lir-Russja bħala l-werrieta tat-tim nazzjonali Sovjetiku.
Minkejja l-abbandun ta' diversi plejers Sovjetiċi b'oriġini Ukreni, id-disgħinijiet kien perjodu tajjeb. Dan deher l-aktar fil-produzzjoni ta' plejers bħal Anatoliy Tymoshchuk u Andriy Voronin, kif ukoll talenti mill-mixtla ta' Dynamo Kyiv, fosthom Andriy Shevchenko, wieħed mill-aktar attakkanti ta' stoffa ta' dak iż-żmien u li iktar tard sar kaptan u emblema tat-tim. Għal tliet drabi in fila, bejn l-1998 u l-2002, it-tim Ukren naqas li jagħmilha għat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej wara telfiet fl-aħħar logħob ta' spareġġ wara li kienu spiċċaw it-tieni fil-grupp ta' kwalifikazzjoni.
Għall-fażi ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2006, l-Assoċjazzjoni Ukrena ħatret lil Oleg Blokhin bħala l-kowċ nazzjonali. Huma spiċċaw l-ewwel fil-grupp quddiem il-Greċja (ċampjin Ewropew attwali), it-Turkija u d-Danimarka b'telfa waħda minn tnax-il logħba. Din kienet l-ewwel kwalifikazzjoni tagħhom għat-Tazza tad-Dinja, iggwidati mill-istilla u rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb Andriy Shevchenko li skorja sitt gowls fi tmintax-il logħba. Fit-turnew li sar fil-Ġermanja huma kienu fi grupp ma' Spanja, it-Tuneżija u l-Arabja Sawdija. Wara telfa ta' 4–0 fl-ewwel logħba kontra Spanja, l-Ukreni rrispondew fil-logħbiet l-oħra b'żewġ rebħiet. Fir-rawnd tal-aħħar sittax, huma affaċċjaw lill-Iżvizzera. Il-logħba marret għall-ħin barrani u l-Ukreni ħarġu rebbieħa wara l-għoti tal-penalties grazzi għas-salvataġġi ta' Oleksandr Shovkovsky. Fil-kwarti tal-finali, l-Ukrajna sabet lill-Italja li ttrijonfat b'rebħa ta' 3–0 u baqgħet sejra biex tirbaħ it-turnew.
L-Ukrajna kellha tistenna sal-Kampjonati Ewropej tal-2012 biex tieħu sehem għal darb'oħra f'kompetizzjoni maġġuri u dan seħħ minħabba li kienet pajjiż ospitu flimkien ma' Polonja.[2] Fl-ewwel logħba, l-Ukrajna rebħet lill-Iżvezja b'doppjetta ta' Shevchenko, madanakollu ġiet eliminata wara żewġ telfiet kontra Franza u l-Ingilterra.[5]
Għat-Tazza tad-Dinja tal-2014, l-Ukrajna reġgħet sofriet disfatta fil-play-offs hekk kif minkejja li kienet rebħet l-ewwel leg kontra Franza bl-iskor ta' 2–0, il-Franċiżi rrispondew ġewwa darhom b'rebħa ta' 3–0. Fil-Kampjonati Ewropej ta' sentejn wara, l-Ukrajna reġgħet kisbet post fil-play-offs wara li temmet l-impenji tal-kwalifikazzjoni fit-tielet post. Din id-darba rebħet l-ispareġġ kontra s-Slovenja, però l-prestazzjoni fil-fażi finali kienet diżappuntanti: wara żewġ telfiet kontra l-Ġermanja u l-Irlanda ta' Fuq, l-Ukreni kienu l-ewwel mill-eliminati. L-aħħar logħba kontra l-Polonja kienet mitlufa wkoll biex għalqu l-avventura tagħhom mingħajr punti u mingħajr gowl wieħed.
F'Lulju tal-2016 Shevchenko ġie maħtur kowċ tat-tim nazzjonali.[6] Għat-Tazza tad-Dinja tal-2018 li kienet se ssir fil-pajjiż ġirien tar-Russja, l-Ukreni kienu fi triq tal-kwalifikazzjoni, imma żewġ telfiet fl-aħħar tliet logħbiet kontra l-Iżlanda u l-Kroazja tefgħuhom fit-tielet post u barra mill-postijiet ta' kwalifikazzjoni.[7] Fil-Kampjonati Ewropej tal-2020, li saru fl-2021 minħabba l-pandemija tal-COVID-19, wara l-kwalifikazzjoni bħala l-ewwel fil-grupp, huma rebħu logħba waħda minn tlieta fil-grupp tal-fażi finali. It-tliet punti kienu biżżejjed biex jgħaddu għar-rawnd ta' wara minħabba li l-Ukrajna kienet ir-raba' l-aqwa tim mis-sitta li spiċċaw it-tielet fil-gruppi. Din kienet l-ewwel darba li qabżu l-gruppi fil-Kampjonati Ewropej. Fl-aħħar sittax huma għelbu lill-Iżvezja 2–1 fil-ħin barrani grazzi għall-gowl tar-rebħa ta' Artem Dovbyk, però ġew eliminati mill-Ingilttera fil-kwarti tal-finali, li xorta jibqa' l-aqwa riżultat għall-Ukrajna f'din il-kompetizzjoni.[8]
Rekord kompetittiv
[immodifika | immodifika s-sors]Tazza tad-Dinja
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Fażi | Pożizzjoni | L | R | D | T | GF | GK |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Mill-1930 sal-1990 kienu parti mill-Unjoni Sovjetika | ||||||||
1994 | Mhux ammessi[b] | |||||||
1998 | Ma kkwalifikawx | |||||||
2002 | ||||||||
2006 | Kwarti tal-finali | 8 | 5 | 2 | 1 | 2 | 5 | 7 |
2010 | Ma kkwalifikawx | |||||||
2014 | ||||||||
2018 | ||||||||
2022 | ||||||||
2026 | ||||||||
Total | Kwarti tal-finali | 1/8 | 5 | 2 | 1 | 2 | 5 | 7 |
Kampjonati Ewropej
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Fażi | Pożizzjoni | L | R | D | T | GF | GK |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Mill-1930 sal-1992 kienu parti mill-Unjoni Sovjetika u l-Komunità tal-Istati Indipendenti | ||||||||
1996 | Ma kkwalifikawx | |||||||
2000 | ||||||||
2004 | ||||||||
2008 | ||||||||
2012 | Fażi tal-gruppi | 12 | 3 | 1 | 0 | 2 | 2 | 4 |
2016 | 24 | 3 | 0 | 0 | 3 | 0 | 5 | |
2020 | Kwarti tal-finali | 8 | 5 | 2 | 0 | 3 | 6 | 10 |
2024 | ||||||||
Total | Kwarti tal-finali | 3/8 | 11 | 3 | 0 | 8 | 8 | 19 |
Rekords tal-plejers
[immodifika | immodifika s-sors]L-aktar preżenzi
[immodifika | immodifika s-sors]Poż. | Plejer | Preżenzi | Gowls | Perjodu |
---|---|---|---|---|
1 | Anatoliy Tymoshchuk[a] | 144 | 4 | 2000–2016 |
2 | Andriy Shevchenko | 111 | 48 | 1995–2012 |
3 | Andriy Yarmolenko | 109 | 45 | 2009– |
4 | Andriy Pyatov | 102 | 0 | 2007–2022 |
5 | Ruslan Rotan | 100 | 8 | 2003–2018 |
6 | Oleh Husyev | 98 | 13 | 2003–2016 |
7 | Oleksandr Shovkovskyi | 92 | 0 | 1994–2012 |
8 | Yevhen Konoplyanka | 86 | 21 | 2010– |
9 | Serhiy Rebrov | 75 | 15 | 1992–2006 |
10 | Andriy Voronin | 74 | 8 | 2002–2012 |
L-aktar gowls
[immodifika | immodifika s-sors]Poż. | Plejer | Gowls | Preżenzi | Perjodu |
---|---|---|---|---|
1 | Andriy Shevchenko | 48 | 111 | 1995–2012 |
2 | Andriy Yarmolenko | 45 | 109 | 2009– |
3 | Yevhen Konoplyanka | 21 | 86 | 2010– |
4 | Serhiy Rebrov | 15 | 75 | 1992–2006 |
5 | Roman Yaremchuk | 13 | 39 | 2018– |
Oleh Husyev | 13 | 98 | 2003–2016 | |
7 | Serhiy Nazarenko | 12 | 56 | 2003–2012 |
8 | Yevhen Seleznyov | 11 | 58 | 2008–2018 |
9 | Andriy Vorobey | 9 | 68 | 2000–2008 |
Andriy Husin | 9 | 71 | 1993–2006 |
Noti
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b Nhar il-11 ta' Marzu 2022, l-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Ukrajna ħassret il-preżenzi u l-gowls ta' Tymoshchuk mat-tim nazzjonali minħabba li kien irrifjuta li jitkellem kontra l-invażjoni Russa tal-Ukrajna tal-2022.[1]
- ^ Il-FIFA għażlet li ma tħallix lit-timijiet nazzjonali tar-repubbliki Sovjetiċi li ma ħadux sehem fil-polza tal-kwalifikazzjoni tat-8 ta' Diċembru 1991 li jipparteċipaw fil-fażi finali.[9] Proposta mill-Ukrajna sabiex isir kampjonat separat għas-suċċessi Sovjetiċi ġie mblukkat mir-Russja.[10]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Ukraine FA calls for ex-captain to be punished" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2022-03-12.
- ^ a b ċ "Ukraine" (bl-Ingliż). UEFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-09.
- ^ "СБОРНАЯ СНГ' 1992 / СБОРНАЯ РОССИИ' 1992" [CIS TEAM 1992 / RUSSIA TEAM 1992]. Rusteam.permian.ru (bir-Russu). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-07-26.
- ^ "The first match in the history of the national team of Ukraine: how it was 29 years ago" (bl-Ingliż). Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Ukrajna (UAF). 2022-04-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-09-28. Miġbur 2024-05-09.
- ^ Di Maggio, Roberto (2014-11-20). "European Championship 2012" (bl-Ingliż). RSSSF.
- ^ "Andriy Shevchenko: Ukraine appoint former AC Mlian and Chelsea striker as manager" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2016-07-15.
- ^ "Croatia grab 2018 FIFA World Cup play-off place after Andrej Kramaric heroics" (bl-Ingliż). The Indian Express. 2017-10-10.
- ^ McNulty, Phil (2021-07-03). "Ukraine 0-4 England: Ruthless England set up Denmark semi-final" (bl-Ingliż). BBC Sport.
- ^ "На переправе" [At the crossing] (bl-Ukren). Kopanyi myach. 2000. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-08-14.
- ^ "Прорубили окно в Америку" [We hacked window to America] (bl-Ukren). Fanat. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-05.