Pandemija tal-COVID-19
Dan l-artiklu jew sezzjoni għandu bżonn jiġi aġġornat. Partijiet minn dan l-artiklu huma obsoleti jew jiddiskutu avvenimenti li issa huma fil-passat. Immodifika dan l-artiklu sabiex ittejbu. |
Il-pandemija tal-COVID-19 hija pandemija dinjija attwali kkawżata mill-virus SARS-CoV-2. L-imxija faqqgħet fil-belt ta' Wuhan, fiċ-Ċina, f'Diċembru 2019. Sad-9 ta' Mejju 2020, 'il fuq minn 3.96 miljun każ ta' COVID-19 ġie rappurtat f'187 pajjiż u territorju, u rriżulta f'aktar minn 275,000 imwiet. Iktar minn 1.33 miljun ruħ irkupraw.[1] L-ewwel każijiet f'Malta ġew irrappurtati fis-7 ta' Marzu 2020.[2] L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat l-imxija bħala pandemija fil-11 ta' Marzu 2020.[3]
Il-virus huwa trażmess bejn nies f'kuntatt mill-qrib, ġeneralment minn qtar żgħar meta wieħed jisgħol, jagħtas jew jitkellem.[4][5] In-nies jistgħu jiġu infettati wkoll billi jmissu ma' wċuħ ikkontaminati u wara jmissu wiċċhom. Is-sintomi komuni jinkludu deni, sogħla, għeja, nuqqas ta' nifs u telf tas-sens tax-xamm.[4] Iż-żmien mill-esponiment sal-ewwel sinjali tas-sintomi huma tipikament ħamest ijiem, però jistgħu jkunu bejn jumejn u erbatax-il ġurnata.[6]
Il-pandemija kkawżat bosta diżordnijiet soċjoekonomiċi globali kbar, fosthom l-ikbar riċessjoni mid-Dipressjoni l-Kbira.[7] Din wasslet għat-tħassir ta' avvenimenti sportivi, reliġjużi, politiċi u kulturali,[8] u skejjel u universitajiet għalqu fuq bażi nazzjonali jew lokali f'194 pajjiż.[9]
Epidemjoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar il-31 ta' Diċembru 2019, awtoritajiet tas-saħħa f'Wuhan, fil-provinċja ta' Hubei, iċ-Ċina, irrappurtaw numru ta' każijiet ta' polmonite mingħajr kawża oriġinali magħrufa, u investigazzjoni ġiet miftuħa fil-bidu ta' Jannar 2020.[10] Il-biċċa l-kbira tal-każijiet kellhom x'jaqsmu mas-suq ta' Huanan li jbigħ annimali ħajjin u frott tal-baħar. Il-virus li kkawża l-imxija huwa magħruf bħala SARS‑CoV‑2, virus ġdid li għandu x'jaqsam ma' coronaviruses tal-farfett il-lejl, coronaviruses tal-pangolin, u SARS-CoV. Il-kunsens xjentifiku hu li l-COVID-19 kellu oriġini naturali.[11]
L-ewwel persuna magħrufa li kellha sintomi kienet skoperta li mardet fl-1 ta' Diċembru 2019, u li l-persuna ma kellha l-ebda konnessjoni mal-każijiet tas-suq. Mill-ewwel grupp ta' każijiet irrappurtati f'dak ix-xahar, żewġ terzi nstab li kellhom konnessjoni mas-suq.[12]
Każijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Il-każijiet jirreferu għan-numru ta' persuni li ġew ittestjati għall-COVID-19 u liema test ġie pożittiv skont il-protokolli uffiċjali. Sad-29 ta' April 2020, il-pajjiżi li ppubblikaw l-informazzjoni dwar l-ittestjar tagħhom urew li n-numru ta' testijiet li saru kienu ta' madwar 1.4 % tal-popolazzjoni tagħhom, filwaqt li l-ebda pajjiż kien għadu ma ttestja iktar minn 14 % tal-popolazzjoni.[13]
F'analiżi li saret fiċ-Ċina wriet li l-propozjon ta' każijiet li jaffettwaw individwi iżgħar minn 20 sena huwa wieħed żgħir. Għadu mhuwiex ċert jekk dan ifissirx li ż-żgħażagħ huma inqas suxxettibbli għall-infezzjoni, jew għandhom inqas ċans li jiżviluppaw sintomi serji u jirrikorru għal għajnuna medika.[14]
Imwiet
[immodifika | immodifika s-sors]Sad-9 ta' Mejju 2020, madwar 275,000 imwiet ġew attribwiti bħala kawża tal-COVID-19. L-ewwel mewta ġiet konfermata f'Wuhan fid-9 ta' Jannar 2020,[15] u l-ewwel mewta barra ċ-Ċina seħħet fil-Filippini nhar l-1 ta' Frar 2020.[16]
L-istatistika uffiċjali tal-imwiet bil-COVID-19 ġeneralment tirreferi għal nies li mietu wara li jkunu ttestjaw pożittiv skont il-protokolli. Din tista' teskludi mwiet ta' nies li mietu mingħajr ittestjar, eżempju f'darhom jew fid-djar tal-anzjani. Min-naħa l-oħra, imwiet ta' nies li kellhom kundizzjonijiet oħra tas-saħħa jista' jwassal għal numri ikbar. Meta jitqabblu l-istatistika tal-imwiet tal-każijiet kollha mal-medja staġjonali dawn juru mwiet eċċessivi f'ħafna pajjiżi.[17]
Sintomi
[immodifika | immodifika s-sors]Is-sintomi tal-COVID-19 jistgħu ma jkunux speċifiċi u persuni infettati jistgħu jkunu mingħajr sintomi. L-aktar żewġ sintomi komuni huma deni (88 %) u sogħla vojta (68 %). Sintomi oħra inqas komuni huma l-għeja, it-telf tas-sens tax-xamm, it-telf tas-sens tat-togħma, in-nuqqas ta' nifs, l-uġigħ fil-muskoli u l-ġogi, l-uġigħ fil-griżmejn, l-uġigħ ta' ras, bard, remettar, emoptisi u dijarea.[18][19]
Uħud mill-infettati jistgħu ma jurux sintomi u huma biss ir-riżultati tat-test li jikkonfermaw l-infezzjoni. Għalhekk, ir-riċerkaturi avżaw li dawk li jkunu f'kuntatt qarib ma' persuni oħra infettati għandhom ikunu osservati mill-qrib u eżaminati. Il-perjodu ta' inkubazzjoni (iż-żmien bejn l-infezzjoni u meta jibdew jidhru s-sintomi) ivarja bejn ġurnata u erbatax-il ġurnata.[20] Aktar ma tiżviluppa l-marda, aktar iwassal għal kumplikazzjonijiet fatali fosthom polmonite, sepsi, xokk settiku u insuffiċjenza tal-kliewi.[19]
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Numri aġġornati sat-8 ta' Awwissu 2021[21]
Postijiet | Każijiet | Imwiet | Irkupri |
---|---|---|---|
226 | 202,490,807 | 4,291,462 | — |
Stati Uniti | 36,274,881 | 626,843 | — |
Indja | 31,895,385 | 427,371 | 31,055,861 |
Brażil | 20,151,779 | 562,752 | 18,894,631 |
Russja | 6,447,750 | 164,881 | 5,755,507 |
Franza | 6,305,158 | 112,250 | — |
Renju Unit | 6,069,362 | 130,320 | — |
Turkija | 5,895,841 | 52,088 | 5,498,520 |
Arġentina | 5,012,754 | 107,302 | 4,658,028 |
Kolombja | 4,834,634 | 122,277 | 4,643,087 |
Spanja | 4,588,132 | 82,006 | — |
… | |||
Malta | 34,846 | 426 | 33,079 |
Rispons internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar
[immodifika | immodifika s-sors]Kawża tal-pandemija, diversi pajjiżi u reġjuni imponew kwarantina, projbizzjonijiet fuq id-dħul u restrizzjonijiet oħra għal ċittadini jew viżitaturi riċenti ta' żoni affettwati. Pajjiżi u reġjuni oħra imponew restrizzjonijiet globali li japplikaw għall-pajjiżi u għat-territorji barranin kollha, jew jipprevjenu liċ-ċittadini tagħhom milli jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom.
Flimkien man-nuqqas ta' rieda li wieħed jivvjaġġa, ir-restrizzjonijiet kellhom impatt ekonomiku u soċjali negattiv fis-settur tal-ivvjaġġar f'dawk ir-reġjuni.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Università Johns Hopkins (ed.). "COVID-19 Dashboard by the Center for Systems Science and Engineering (CSSE) at Johns Hopkins University (JHU)" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ Times of Malta (ed.). "Malta's first coronavirus cases are girl and parents" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa (ed.). "WHO Director-General's opening remarks at the media briefing on COVID-19—11 March 2020" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ a b Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (ed.). "Q&A on coronaviruses" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ Fuljett maħruġ mill-Uffiċċju tad-Deputat Ministru u Ministru tas-Saħħa, intitolat "Informazzjoni għal persuni li jagħmlu t-test tal-COVID-19 fil-COVID Ċentru tal-Ittestjar Ħal Luqa"
- ^ US Centers for Disease Control and Prevention (Stati Uniti) (ed.). "Symptoms of Novel Coronavirus (2019-nCoV)" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ The New York Times (ed.). "Here Comes the Coronavirus Pandemic: Now, after many fire drills, the world may be facing a real fire" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ The New York Times (ed.). "A List of What's Been Canceled Because of the Coronavirus" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ UNESCO (ed.). "COVID-19 Educational Disruption and Response" (bl-Ingliż).
- ^ news.cgtn.com (ed.). "27 cases of viral pneumonia reported in central China's Wuhan City" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-03-10. Miġbur 2020-05-03. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ Scripps Research Institute (ed.). "The COVID-19 coronavirus epidemic has a natural origin, scientists say—Scripps Research's analysis of public genome sequence data from SARS‑CoV‑2 and related viruses found no evidence that the virus was made in a laboratory or otherwise engineered" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-04-03. Miġbur 2020-05-03. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ Joseph, Andrew. Stat (ed.). "New coronavirus can cause infections with no symptoms and sicken otherwise healthy people, studies show" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ Our World in Data (ed.). "Total tests for COVID-19 per 1,000 people" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ Statista (ed.). "China: age distribution of novel coronavirus patients 2020" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ The New York Times (ed.). "Coronavirus Death Toll Climbs in China, and a Lockdown Widens" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
u|date=
(għajnuna) - ^ Ramzy, Austin. The New York Times (ed.). "Philippines Reports First Coronavirus Death Outside China" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ The Economist (ed.). "Tracking covid-19 excess deaths across countries" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ Centers for Disease Control and Prevention (Stati Uniti) (ed.). "Symptoms of Coronavirus" (bl-Ingliż).
- ^ a b Centers for Disease Control and Prevention (Stati Uniti) (ed.). "Interim Clinical Guidance for Management of Patients with Confirmed Coronavirus Disease (COVID-19)" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna) - ^ Pan X, Chen D, Xia Y, Wu X, Li T, Ou X, Zhou L, Liu J (April 2020). "Asymptomatic cases in a family cluster with SARS‑CoV‑2 infection". The Lancet. Infectious Diseases. 20: 410–411.
- ^ "COVID-19 Dashboard by the Center for Systems Science and Engineering (CSSE) at Johns Hopkins University (JHU)". arcgis.com (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna)
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Informazzjoni dwar il-Coronavirus, fuq il-Ministeru tas-Saħħa
- (EN) Rapporti tas-sitwazzjoni tal-COVID-19, fuq l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa
- (EN) Mapep u statistika diretta bin-numru ta' każijiet, tal-mejta u tal-fejqan maqsumin għal kull pajjiż u reġjun