Tim nazzjonali tal-futbol tar-Russja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Russja
Assoċċazzjoni Football Union of Russia
Konfederazzjoni UEFA, (Ewropa)
Kowċ Flag of Italy.svg Fabio Capello
Asst Kowċ Flag of Russia.svg Aleksandr Borodyuk
Captain Igor Denisov
L-Aktar Dehriet Viktor Onopko (109)
L-Aktar Gowls Vladimir Beschastnykh (26)
L-Ewwel Internazzjonali Flag of Finland.svg Finlandja 2 - 1 Russja Imperjali Flag of Russia.svg
(Stokkolma, Svezja; 30 ta' Ġunju, 1912)
Flag of Russia.svg Russja 2 -0 Messiku Flag of Mexico.svg
(Moska, Russja; 16 ta' Awwissu, 1992)
L-Ikbar Rebħa Flag of Russia.svg Russja 7 - 0 San Marino Flag of San Marino.svg
(San Marino, San Marino; 7 ta' Ġunju, 1995)
L-Ikbar Telfiet Flag of the German Empire.svg Ġermanja Imperjali 16 - 0 Russja Flag of Russia.svg
(Stokkolma, Svezja; 1 ta' Lulju, 1912)
Flag of Portugal.svg Portugall 7 - 1 Russja Flag of Russia.svg
(Lisbona, Portugall; 13 ta' Ottubru, 2004)

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tar-Russja hu t-tim nazzjonali tal-futbol tar-Russja u hu mmexxi mill-Football Union of Russia.

Mill-firda ta' l-Unjoni Sovjetika, il-futbol Russu bata biex juru l-livell tajjeb daqs kemm kien it-tim ta' l-Unjoni Sovjetika fil-passat. It-tim ikkwalifika għal żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja (1994, 2002) u żewġ edizzjonijiet tal-Kampjonati Ewropej (1996, 2004), imma naqset li tikkwalifika iktar mill-ewwel rawnd.

Il-FIFA ikkunsidrat lit-tim nazzjonali tar-Russja bħala d-dixxendent dirett tar-rekords tat-timijiet nazzjonali tal-Komunità ta' l-Istati Indipendenti u ta' l-Unjoni Sovjetika

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Wara l-firda mill-Unjoni Sovjetika, ir-Russja lagħbet l-ewwel logħba internazzjonali kontra l-Messiku fis-16 ta' Awwissu 1992 fejn rebħu 2-0. Ħafna plejers li kienu jilgħabu mat-tim ta' l-Unjoni Sovjetika lagħbu għar-Russja.

Fit-Tazza tad-Dinja 1994, ir-Russja spiċċat fi Grupp B flimkien mal-Kamerun, l-Isvezja u l-Brażil. Ir-Russja tilfet 2-0 kontra l-Brażil u 3-1 kontra l-Isvezja fl-ewwel żewġ logħbiet. Ir-Russja fl-aħħar logħba rebħet 6-1 kontra l-Kamerun fejn Oleg Salenko skorja rekord ta' ħames gowls. Ir-Russja kienu eliminati mill-kampjonat wara li kisbu tliet punti biss.

Sentejn wara, ir-Russja kkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej 1996 u spiċċaw fi Grupp Ċ li kien imsejjaħ "il-Grupp tal-Mewt" (bl-Ingliż: Group of Death). Dan kien jikkonsisti mill-Ġermanja, ir-Tim Nazzjonali tal-Futbol tar-Repubblika Ċeka u l-Italja. Ir-Russja tilfet 2-1 kontra l-Italja u 3-0 kontra l-Ġermanja, u fl-aħħar logħba r-Russja kisbu pari ta' 3-3 kontra r-Repubblika Ċeka.

Bejn l-1993 u l-1997, ir-Russja kienet fost l-aqwa għoxrin tar-Rankings Mondjali tal-FIFA, imma naqset li tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja 1998. Madanakollu, fil-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2000 ir-Russja kisbet rebħa prestiġjuża kontra Franza f'Pariġi fil-5 ta' Ġunju 1999.

Tazza tad-Dinja 2002[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-Tazza tad-Dinja 2002 fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun, ir-Russja spiċċaw fi Grupp H flimkien mal-Belġju, it-Tuniżija u l-Ġappun. Dan il-grupp kien ikkunsidrat bħala l-iktar wieħed dgħajfa bir-Russja u l-Ġappun favoriti li jikkwalifikaw għat-tieni rawnd. It-tim Russu, kien immexxi minn Olef Romantsev u kellu plejers veterani u kif ukoll debuttanti. Fl-ewwel logħa huma rebħu 2-0 lit-Tuniżija. Wara ħafna pressjoni dwar dan ir-riżultat kemm mill-media u kif ukoll mill-fans, ir-Russja kienu determinati li jirbħu lill-Ġappun. Però, fil-51 minuta l-Ġappun marru fil-vantaġġ u żammew dan il-vantaġġ sa l-aħħar ta' din il-logħba. Fl-aħħar logħba kontra l-Belġju, għal darb'oħra kien hemm determinazzjoni għal rebħa. Il-Belġjani marru fil-vantaġġ fis-7 minuta wara gowl ta' Johan Walem imma r-Russi kisbu l-pari minn gowl ta' Titov. Fl-aħħar tnax-il minuta, Belġju reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta' Wesley Sonck u fit-82 minuta marru żewġ gowls vantaġġ b'gowl ta' Marc Wilmots. Ir-Russja naqqsu d-distakk fit-88 minuta permezz ta' Dmitri Sychev, imma dan kien għalxejn meta huma ħarġu telliefa 3-2. Ir-Russi spiċċaw barra mill-kompetizzjoni bi tliet punti. Il-kampjonat ta' l-2002 kien imħares bħala li r-Russja setgħet naqqset żbalji sempliċi biex setgħu jikkwalifikaw għall-ewwel darba, għat-tieni rawnd.

Kampjonati Ewropej 2004[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-Kampjonati Ewropej 2004, ir-Russja ttelgħet fi Grupp A flimkien mal-Greċja, Spanja u l-Portugall. Ir-Russja tilfet l-ewwel żewġ logħbiet; 1-0 kontra Spanja u 2-0 kontra l-Portugal]]. Però fis-16 ta' Ġunju, ir-Russja b'sorpriża rebħet lill-Greċja 2-1 b'gowls minn Dmitri Kirichenko fit-2 minuta u ta' Bulykin fis-17-il minuta. Ir-Russja spiċċaw barra mill-kompetizzjoni b'total ta' tliet punti.

Tazza tad-Dinja 2006[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006, ir-Russja kienet fi Grupp 3 flimkien mal-Portugall, l-Islovakkja, l-Estonja, il-Latvja, il-Lussemburgu u mal-Liechtenstein. Il-Portigall mal-ewwel ħadu l-ewwel post fil-grupp bir-Russja u l-Islovakkja fit-tieni post. Fit-12 ta' Ottubur 2005, ir-Russja kellha bżonn ta' rebħa biex tikkwalifika. Hi rnexxiela tispiċċa pari ta' 0-0 ma' l-Islovakkja fi Bratislava, u b'hekk l-Islovakkja ħadet post fil-playoffs. Ir-Russja spiċċat it-tielet bi 23 punt minn sitt rebħiet, ħames pari u telfa (l-ikbar telfa li qatt kellhom, 7-1 kontra l-Portugall f'Lisbona). Huma tilfu posthom fil-playoffs b'punt wieħed biss.

Kampjonati Ewropej 2008[immodifika | immodifika s-sors]

Waqt il-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 huma qegħdin jikkompetu fi Grupp E flimkien ma' l-Ingilterra, il-Kroazja, l-Iżrael, il-Maċedonja, l-Estonja u l-Andorra. Ir-Russja bdiet b'żewġ pari ta' 0-0 u 1-1 kontra l-Kroazja u l-Iżrael rispettivament. Huma wara bdew juru s-saħħa tagħhom b'rebħa ta' 2-0 fuq il-Maċedonja, u rebħa oħra ta' 2-0 din id-darba kontra l-Estonja. F'Ġunju 2007, ir-Russja rebħu 4-0 lill-Andorra b'Aleksandr Kerzhakov jiskorja tripletta. Il-mixja tagħhom ħadet daqqa meta tilfu 3-0 kontra l-Ingilterra f'Wembley, fejn tilfu t-tieni post. Però fil-partita ta' ritorn f'Moska huma dawru telfa f'rebħa meta b'doppjjeta ta' Roman Pavlyuchenko huma rebħu 2-1 u reġgħu fetħu l-ġlieda għat-tieni post. Il-kwalifikazzjoni ġiet aktar f'riskju meta b'sorpriża tilfu kontra l-Iżrael 2-1. Però l-Kroazja rnexxiela tirbaħ lill-Ingilterra ġewwa Wembley Stadium, u b'hekk ġabet lir-Russja b'24 punt wara r-rebħa li kellhom kontra l-Andorra 1-0. L-Ingilterra spiċċaw punt warajhom.

L-Iskwadra tar-Russja[immodifika | immodifika s-sors]

Gowlers:

Difensuri:

Midfielders:

Attakkanti:

Storja tal-Kompetizzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tad-Dinja[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1930 sa l-1990 - Ara Unjoni Sovjetika
  • 1994 - L-Ewwel Rawnd
  • 1998 - Ma kkwalifikatx
  • 2002 - L-Ewwel Rawnd
  • 2006 - Ma kkwalifikatx
Lev Yashin (xellug) u Igor Netto (lemin) bit-Tazza tal-Kampjonati Ewropej 1960

Kampjonati Ewropej[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1960 - Rebbieħa
  • 1964 - Finalista Telliefa
  • 1968 - Raba' Post
  • 1972 - Finalista Telliefa
  • 1976 sa l-1984 - Ma kkwalifikatx
  • 1988 - Finalista Telliefa
  • 1992 - L-Ewwel Rawnd
  • 1996 - L-Ewwel Rawnd
  • 2000 - Ma kkwalifikatax
  • 2004 - L-Ewwel Rawnd

Plejers[immodifika | immodifika s-sors]

Plejer famużi tal-passat[immodifika | immodifika s-sors]

Din il-lista għandha l-isem tal-plejers li lagħbu l-akbar parti jew l-preżenzi kollha għall-era Russa. Għall-plejers ta' l-era ta' l-Unjoni Sovjetika, ara Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Unjoni Sovjetika.

  • Dmitri Alenichev
  • Vladimir Beschastnykh
  • Andrei Kanchelskis
  • Valery Karpin
  • Andrei Karyaka
  • Dmitry Khokhlov
  • Igor Kolyvanov
  • Igor Korneev
  • Yury Kovtun
  • Dmitri Loskov
 
  • Alexander Mostovoi
  • Yury Nikiforov
  • Viktor Onopko
  • Oleg Salenko
  • Igor Shalimov
  • Igor Simutenkov
  • Alexey Smertin
  • Andrey Tikhonov
  • Egor Titov
  • Ilia Tsymbalar

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq Oħra[immodifika | immodifika s-sors]