Aqbeż għall-kontentut

Tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Spanja
Spanja
Psewdonimu La Roja
La Furia Roja
Assoċjazzjoni Real Federación Española de Fútbol
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Luis Enrique
Kaptan Sergio Busquets
Rekord ta' preżenzi Sergio Ramos (180)
Rekord ta' gowls David Villa (59)
Kodiċi tal-FIFA ESP
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
Klassifika tal-FIFA
Pożizzjoni attwali 6 (Awwissu 2022)
L-ogħla 1 (Lulju 2008 – Ġunju 2009, Ottubru 2009 – Marzu 2010, Lulju 2010 – Lulju 2011, Ottubru 2011 – Lulju 2014)
L-inqas 25 (Marzu 1998)
L-ewwel logħba
Spanja Spanja 1–1 Franza 
(Hondarribia, Spanja; 25 ta' Mejju 1913)
L-ikbar rebħa
Spanja Spanja 13–0 Bulgarija 
(Madrid, Spanja; 22 ta' Awwissu 1933)
L-ikbar telfa
 Italja 7–1 Spanja Spanja
(Amsterdam, Netherlands; 4 ta' Ġunju 1928)
Tazza tad-Dinja
Preżenzi 16 (l-ewwel fl-1934)
L-aqwa riżultat Rebbieħa (2010)
Kampjonati Ewropej
Preżenzi 11 (l-ewwel fl-1964)
L-aqwa riżultat Rebbieħa (1964, 2008, 2012)

It-tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja (bl-Ispanjol: Selección Española de Fútbol) jirrappreżenta lil Spanja fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola. Spanja huma wieħed fost it-tmien timijiet nazzjonali li ġew inkurunati ċampjins tad-dinja u kkwalifikaw b'mod kostanti għat-Tazza tad-Dinja mill-1978, kif ukoll huma rebbieħa ta' tliet titli kontinentali.

Spanja huwa l-ewwel tim nazzjonali li rebaħ tliet titli maġġuri konsekuttivi, wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2010 (l-ewwel tim Ewropew li rebaħ it-Tazza tad-Dinja barra l-kontinent Ewropew) bejn il-Kampjonati Ewropej tal-2008 u l-2012.[1] Mill-bidu tal-2007 sa tmiem l-2009, it-tim Spanjol lagħab 35 logħba konsekuttiva mingħajr telfa, rekord li jżommu mal-Brażil.[2] Dawn is-suċċessi wasslu lil ħafna esperti u kummentaturi sportivi li jeleġġu lill-iskawdra Spanjola ta' bejn l-2008 u l-2012 bħala fost l-aqwa timijiet fl-istorja tal-futbol.[3][4][5][6][7]

It-tim nazzjonali Spanjol waqt il-Logħob Olimpiku tas-sajf tal-1920 f'Antwerp

Spanja ilha membru tal-FIFA mill-fundazzjoni ta' din l-assoċjazzjoni fl-1904 anke jekk il-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola ġiet stabbilita biss fl-1909. L-ewwel tim nazzjonali Spanjol ġie ffurmat fl-1920 bl-objettiv prinċipali li jikkompeti fl-Olimpjadi tas-sajf tal-Belġju. Spanja lagħbu l-ewwel logħba fit-turnew kontra d-Danimarka fit-28 ta' Awwissu 1920. Spanja rnexxielha tirbaħ 1–0 u eventwalment kisbet il-midalja tal-fidda.[8] Spanja kkwalifikat għall-ewwel darba għat-Tazza tad-Dinja tal-1934, fejn rebħet lill-Brażil fl-ewwel logħba u tilfet f'logħba ripetuta kontra l-Italja, l-ospiti u r-rebbieħa eventwali tal-kompetizzjoni.[9] Il-Gwerra Ċivili Spanjola u t-Tieni Gwerra Dinjija ma ħallietx lil Spanja tilgħab logħbiet oħra kompetittivi bejn it-Tazza tad-Dinja tal-1934 u l-kwalifiki għall-edizzjoni tal-1950. F'din l-edizzjoni li saret fil-Brażil, huma temmew il-fażi tal-gruppi fl-ewwel post u kklassifikaw fir-raba' post.[10] Il-fatt li sal-2010 din kienet l-aqwa prestazzjoni tagħhom fit-Tazza tad-Dinja wasslet sabiex Spanja tiġi meqjusa bħala tim b'rendiment baxx fix-xena internazzjonali.[11]

Spanja rebħet l-ewwel titlu internazzjonali meta ospitat il-Kampjonati Ewropej tal-1964. Fil-finali hi għelbet lill-Unjoni Sovjetika 2–1 b'Marcelino Martínez jiskorja l-gowl tar-rebħa.[12] Din ir-rebħa baqgħet l-unika suċċess internazzjonali għal 44 sena. Spanja ġiet magħżula biex tospita t-Tazza tad-Dinja tal-1982 fejn waslet sat-tieni rawnd u erba' snin wara laħqet il-kwarti tal-finali qabel ma tilfet fil-lotterija tal-penalties kontra l-Belġju.[13] Fl-Ewropej tal-1984 huma tilfu l-finali kontra Franza.[14]

Fit-Tazza tad-Dinja tal-1994, Spanja laħqet il-kwarti tal-finali. Il-logħba kontra l-Italja kienet waħda kontroversjali meta d-difensur Taljan Mauro Tassotti laqt bil-minkeb lil Luis Enrique fil-kaxxa Spanjola u wassal biex Enrique ħariġlu ħafna demm minn imnieħru u ħalqu; il-fawl ma ġiex imsejjaħ mir-referì.[15] Spanja reġgħet sabet ruħha f'kontroversja oħra din id-darba fl-edizzjoni tal-2002: wara r-rebħ tat-tliet logħbiet fil-fażi tal-gruppi u r-rebħa bil-penalties fuq ir-Repubblika tal-Irlanda, hi lagħbet kontra l-Korea t'Isfel fil-kwarti tal-finali. Din il-logħba kienet mifnija minn deċiżjonijiet dubjużi fosthom iż-żewġ gowls ta' Spanja li ġew imħassrin.[16]

Parata f'Madrid biċ-ċelebrazzjonijiet wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2010

Fil-Kampjonati Ewropej tal-2008, Spanja rebħet il-logħbiet kollha fil-grupp. Fl-istadji ta' wara għelbet lill-Italja u lir-Russja fil-kwarti tal-finali u s-semifinali rispettivament.[17] Fil-finali, Spanja rebħet lill-Ġermanja b'gowl uniku ta' Fernando Torres.[18] Dan kien l-ewwel titlu maġġuri ta' Spanja mill-Ewropej tal-1964. Is-sena ta' wara, it-tim spiċċa t-tielet post fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet fejn intemmet is-serje ta' 35 logħba mingħajr telfa li kienet bdiet f'Novembru tal-2006.[19] Fit-Tazza tad-Dinja 2010, Spanja avvanzat għall-finali għall-ewwel darba meta rebħet lill-Ġermanja 1–0 fis-semifinali. Fil-logħba deċiżiva kontra n-Netherlands, Andrés Iniesta skorja l-uniku gowl fil-ħin barrani biex b'hekk Spanja saret it-tielet tim li qatt rebaħ it-Tazza tad-Dinja barra l-kontinent tiegħu u l-ewwel Ewropew li għamel hekk. Għar-rebħa kienu kruċjali l-gowler Iker Casillas li sofra biss żewġ gowls u l-attakkant David Villa li spiċċa l-aqwa skorer flimkien ma' tliet plejers oħra b'ħames gowls. Is-suċċessi komplew fil-Kampjonati Ewropej tal-2012, fejn wara fażi ta' kwalifikazzjoni perfetta (tmien rebħiet minn tmienja),[3] Spanja saret l-ewwel tim li żamm it-titlu tal-Kampjonati Ewropej meta fil-finali kontra l-Italja rebħu bl-iskor ta' 4–0.[20]

Rekord kompetittiv

[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tad-Dinja

[immodifika | immodifika s-sors]
Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
Urugwaj 1930 Ma daħlux
Italja 1934 Kwarti tal-finali 5 3 1 1 1 4 3
Franza 1938 Ma daħlux
Brażil 1950 Ir-raba' post 4 6 3 1 2 10 12
Żvizzera 1954 Ma kkwalifikawx
Żvezja 1958
Ċili 1962 Fażi tal-gruppi 13 3 1 0 2 2 3
Ingilterra 1966 10 3 1 0 2 4 5
Messiku 1970 Ma kkwalifikawx
Ġermanja tal-Punent 1974
Arġentina 1978 Fażi tal-gruppi 10 3 1 1 1 2 2
Spanja 1982 It-tieni fażi tal-gruppi 12 5 1 2 2 4 5
Messiku 1986 Kwarti tal-finali 7 5 3 1 1 11 4
Italja 1990 L-aħħar sittax 10 4 2 1 1 6 4
Stati Uniti 1994 Kwarti tal-finali 8 5 2 2 1 10 6
Franza 1998 Fażi tal-gruppi 17 3 1 1 1 8 4
Korea t'Isfel Ġappun 2002 Kwarti tal-finali 5 5 3 2 0 10 5
Ġermanja 2006 L-aħħar sittax 9 4 3 0 1 9 4
Afrika t'Isfel 2010 Rebbieħa 1 7 6 0 1 8 2
Brażil 2014 Fażi tal-gruppi 23 3 1 0 2 4 7
Russja 2018 L-aħħar sittax 10 4 1 3 0 7 6
Qatar 2022
Kanada Messiku Stati Uniti 2026
Total Titlu wieħed 16/22 63 30 15 18 99 72

Kampjonati Ewropej

[immodifika | immodifika s-sors]
Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
Spanja 1964 Rebbieħa 1 2 2 0 0 4 2
Italja 1968 Ma kkwalifikawx
Belġju 1972
Jugożlavja 1976
Italja 1980 Fażi tal-gruppi 7 3 0 1 2 2 4
Franza 1984 Finalisti telliefa 2 5 1 3 1 4 5
Ġermanja tal-Punent 1988 Fażi tal-gruppi 6 3 1 0 2 3 5
Żvezja 1992 Ma kkwalifikawx
Ingilterra 1996 Kwarti tal-finali 6 4 1 3 0 4 3
Belġju Netherlands 2000 5 4 2 0 2 7 7
Portugall 2004 Fażi tal-gruppi 10 3 1 1 1 2 2
Awstrija Żvizzera 2008 Rebbieħa 1 6 5 1 0 12 3
Polonja Ukrajna 2012 Rebbieħa 1 6 4 2 0 12 1
Franza 2016 L-aħħar sittax 10 4 2 0 2 5 4
Ewropa 2020 Semifinali 3 6 2 4 0 13 6
Ġermanja 2024
Total 3 titli 11/17 46 21 15 10 68 42

Rekords tal-plejers

[immodifika | immodifika s-sors]
Aġġornati sat-12 ta' Ġunju 2022.[21][22]

L-aktar preżenzi

[immodifika | immodifika s-sors]
Sergio Ramos iżomm ir-rekord tal-aktar numru ta' preżenzi ma' Spanja b'180 logħba
Poż. Plejer Preżenzi Gowls Perjodu
1 Sergio Ramos 180 23 2005–
2 Iker Casillas 167 0 2000–2016
3 Sergio Busquets 137 2 2009–
4 Xavi 133 13 2000–2014
5 Andrés Iniesta 131 13 2006–2018
6 Andoni Zubizarreta 126 0 1985–1998
7 David Silva 125 35 2006–2018
8 Xabi Alonso 114 16 2003–2014
9 Cesc Fàbregas 110 15 2006–2016
Fernando Torres 110 38 2003–2014

L-aktar gowls

[immodifika | immodifika s-sors]
David Villa huwa l-aqwa skorer fl-istorja ta' Spanja b'59 gowl
Poż. Plejer Gowls Preżenzi Perjodu
1 David Villa 59 98 2005–2017
2 Raúl 44 102 1996–2006
3 Fernando Torres 38 110 2003–2014
4 David Silva 35 125 2006–2018
5 Fernando Hierro 29 89 1989–2002
6 Fernando Morientes 27 47 1998–2007
7 Álvaro Morata 26 56 2014–
Emilio Butragueño 26 69 1984–1992
9 Alfredo Di Stéfano 23 31 1957–1961
Sergio Ramos 23 180 2005–
Kontinentali
Interkontinentali
  1. ^ "Are Spain the greatest international team of all time?" (bl-Ingliż). Goal. 2012-07-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-09-22.
  2. ^ "Spain dominate the decade: national-team winners" (bl-Ingliż). UEFA. 2019-12-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-08-09. Miġbur 2022-09-18.
  3. ^ a b "Euro 2012: Are Spain the best team of all time?" (bl-Ingliż). BBC Sport. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-05. Miġbur 2022-09-18.
  4. ^ "Klinsmann: Spain win over Italy would make them team of century" (bl-Ingliż). BBC Sport. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-07. Miġbur 2022-09-18.
  5. ^ "The greatest team of all time: Brazil 1970 v Spain 2012" (bl-Ingliż). The Independent. 2012-07-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-10 July 2013. Miġbur 2022-09-18.
  6. ^ "Why this Spain side is all-time best" (bl-Ingliż). ESPN. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-06. Miġbur 2022-09-18.
  7. ^ "Spain have reached end of an era, but their gift will not be forgotten - they forced all countries to raise their game" (bl-Ingliż). Telegraph. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-06-22. Miġbur 2022-09-18.
  8. ^ "Antwerp, 1920" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-06-14. Miġbur 2022-09-18.
  9. ^ "Delight for the Azzurri as home advantage tells" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-09-05. Miġbur 2022-09-18.
  10. ^ "Uruguay triumph brings heartbreak for Brazil" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-12-17. Miġbur 2022-09-18.
  11. ^ Bull, JJ. "Xavi: The greatest midfielder of a generation" (bl-Ingliż). The Daily Telegraph. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-09-07. Miġbur 2022-09-18.
  12. ^ Sanghera, Mandeep (2012-05-12). "Euro 1964: A forgotten Spanish triumph" (bl-Ingliż). BBC Sport. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-01-07. Miġbur 2022-09-18.
  13. ^ Estepa, Javier. "Los penaltis cerraron las puertas de las 'semis' a La Roja" [Penalties close the doors to the semis for La Roja] (bl-Ispanjol). Marca. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-01-07. Miġbur 2022-09-18.
  14. ^ "France v Spain, 27 June 1984". 11v11.com (bl-Ingliż). AFS Enterprises. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-07-02. Miġbur 2022-09-18.
  15. ^ Jurado, J. Carlos. "El perdón de Luis Enrique a Tassotti que nunca llegó" [The pardon from Tassotti to Luis Enrique which never arrived] (bl-Ispanjol). Marca. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-06-12. Miġbur 2022-09-18.
  16. ^ Hayward, Paul (2002-06-23). "Korean miracle spoilt by refereeing farce" (bl-Ingliż). The Telegraph. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-03-08. Miġbur 2022-09-18.
  17. ^ "Euro 2008 Final Preview: Germany vs Spain" (bl-Ingliż). 2008-06-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-12-29. Miġbur 2022-09-18.
  18. ^ McNulty, Phil (2008-06-29). "Germany 0–1 Spain" (bl-Ingliż). BBC Sport. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-08-06. Miġbur 2022-09-18.
  19. ^ Longman, Jeré (2009-06-24). "Americans Stun Spain and the Soccer World". The New York Times. Miġbur 2022-09-18.
  20. ^ "Euro 2012: Spain striker Fernando Torres wins Golden Boot award" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2012-07-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-04. Miġbur 2022-09-18.
  21. ^ "Ranking – Played Matches" (bl-Ingliż). BDFUTBOL. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-13. Miġbur 2022-09-18.
  22. ^ "Ranking – Goals" (bl-Ingliż). BDFUTBOL. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-01-07. Miġbur 2022-09-18.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]