Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iżrael

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Ġeografikament, l-Iżrael jagħmel parti ma' l-Asja, iżda huwa membru tal-UEFA l-għaqda li tieħu ħsieb il-futbol Ewropew. Fis-16 ta' Marzu 1934 hu l-jum li lagħab l-ewwel darba l-Iżrael, iżda dak iż-żmien it-tim kien jismu Palestina/Erets Yisrael u kien lagħab kontra l-Eġittu (Eġittu 7 - 1 Palestina/Erets Yisrael). B'hekk nistgħu ngħidu li l-ewwel logħba uffiċjali bl-isem t'Iżrael biss kienet dik tas-26 ta' Settembru 1948 kontra l-Istati Uniti (Stati Uniti 3 - 1 Iżrael). Bħala l-agħar logħob nsibu tnejn, dik li kienet l-ewwel logħba kontra l-Eġittu bl-isem ta' Palestina/Erets Yisrael; u l-oħra ntlagħbet fit-13 ta' Frar 2002 kontra t-tim Ġermaniż (Ġermanja 7 - 1 Iżrael). Imma l-ikbar rebħa li għamlu kienet bi skor ikbar minn dak ta' l-agħar żewġ telfiet, għax fit-23 ta' Marzu 1988 rebħu lit-tim ta' Tajwan bl-iskor ta' 9 b'xejn (Iżrael 9 - 0 Tajwan).

Fit-Tazza tad-Dinja, Iżrael ħa sehem darba biss fl-1970 meta dak iż-żmien ma kienx membru tal-UEFA, iżda ta' l-għaqda Asjatika tal-futbol.

Informazzjoni oħra dwar dan it-tim bil-laqam ta' The Holy XI (Il-Ħdax Imqaddsa):

Assoċjazzjoni: Israel Football Association (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol t'Iżrael)

Il-Kowċ Attwali: Dror Kashtan (2006- )

It-Top Scorer: Mordechal Spiegler (b'32 gowl)

Il-Kodiċi tal-FIFA: ISR

Ir-Ranking tal-FIFA: 22 post

L-Aħjar Ranking: 20 post (Ġunju ta' l-2008)

L-Agħar Ranking: 71 post (Settembru ta' l-1993)

Ir-Ranking tal-Elo: 42