Tim nazzjonali tal-futbol tas-Serbja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Serbja
L-Emblema ta' l-Assoċċazzjoni
Assoċċazzjoni Football Association of Serbia
Konfederazzjoni UEFA, (Ewropa)
Kowċ Flag of Spain.svg Javier Clement
Captain Dejan Stanković
L-Aktar Dehriet Savo Milošević (101)
L-Aktar Gowls Savo Milošević (35)
Grawnd Nazzjonali Stadion Crvena Zvezda
L-Ewwel Internazzjonali Flag of Brazil.svg Brażil 2-0 Jugożlavja Flag of FR Yugoslavia.svg
(Porto Alegre, Brażil; 23 ta' Diċembru, 1994)
Serbja u Montenegro
Flag of Serbia and Montenegro.svg Serbja u Montenegro 2-2 Ażerbajġan Flag of Azerbaijan.svg
(Podgorica, SCG; 12 ta' Frar, 2003)
Serbja
Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka 1-3 Serbja Flag of Serbia.svg
(Uherské Hradiště, Rep Ċeka; 16 ta' Awwissu, 2006)
L-Ikbar Rebħa Flag of the Faroe Islands.svg Gżejjer Faroe 1 - 8 Jugożlavja Flag of SFR Yugoslavia.svg
(Toftir, Gżejjer Faroe; 6 ta' Ottubru, 1996)
L-Ikbar Telfa Flag of Argentina.svg Arġentina 6 - 0 Serbja u Montenegro Flag of Serbia and Montenegro.svg
(Gelsenkirchen, Ġermanja; 16 ta' Ġunju, 2006)

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tas-Serbja hu t-tim nazzjonali tal-futbol tas-Serbja u hu mmexxi mill-Football Association of Serbia. Qabel dan it-tim kien magħruf bħala t-Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Jugożlavja sa Frar 2003 u t-Tim Nazzjonali tal-Futbol tas-Serbja u Montenegro sa Ġunju 2006, meta s-Serbja ddikjarat indipendeza u hi s-suċċessur tar-rekords kollha tas-Serbja u Montenegro. Fit-28 ta' Ġunju 2006, it-tim issemma Tim Nazzjonali tal-Futbol tas-Serbja, flimkien ma' dak ta' Montenegro li kien se jirrapreżenta l-istat il-ġdid ta' Montenegro.

Il-FIFA ikkunsidrat lit-tim nazzjonali tas-Serbja bħala s-suċċessur kemm tat-tim tas-Serbja u Montenegro u kif ukoll tat-tim nazzjonali tal-Jugożlavja.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Serbja se tilgħab kontra l-Belġju f'Marakana fis-7 ta' Ottubru 2006

Minkejja li r-Repubblika Federali tal-Jugożlavja kienet iffurmata fit-28 ta' April 1992, u minħabba xi sanzjonijiet internazzjonali wara s-sospensjoni minħabba l-gwerer, il-pajjiż lagħab l-ewwel logħba internazzjonali fit-23 ta' Diċembru 1994, fejn tilfu kontra l-TIm Nazzjonali tal-Futbol tal-Brażil. Sa dak iż-żmien it-tim ikkwalifika darbtejn għat-Tazza tad-Dinja, fl-1998 u fl-2006, u għall-Kampjonati Ewropej darba, fis-sena 2000. Fl-2003, wara r-rikostruzzjoni tal-pajjiż tas-Serbja u Montenegro, it-tim biddel ismu.

Fil-21 ta' Mejju 2006, il-Montenegro ivvota biex l-għaqda politika bejnhom u bejn is-Serbja tispiċċa. Fit-3 ta' Ġunju, Montenegro sar stat sovran jiġifieri li kien se jkun hemm żewġ timijiet nazzjonali. Dan il-fatt ma affetwax it-Tazza tad-Dinja 2006, hekk kif iż-żewġ stati ġodda kkompetew flimkien taħt l-istess bandiera imma ma rnexxielhomx jikkwalifikaw mill-fażi tal-gruppi.

Fis-16 ta' Awwissu 2006, it-tim il-ġdid tas-Serbja lagħab l-ewwel logħba internazzjonali; rebħa ta' 3-1 kontra r-Repubblika Ċeka.

L-Iskwadra tas-Serbja[immodifika | immodifika s-sors]

Gowlers:

Difensuri:

Midfielders:

Attakkanti:

Storja tal-Kompetizzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tad-Dinja[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1930 sa l-1990 - Ara Jugożlavja
  • 1994 - Sospiża minħabba sanzjonijiet internazzjonali fuq il-gwerer Jugożlavi
  • 1998 - L-Ewwel Rawnd (bħala l-Jugożlavja)
  • 2002 - Ma kkwalifikatax (bħala l-Jugożlavja)
  • 2006 - L-Ewwel Rawnd (bħala s-Serbja u Montenegro)

Kampjonati Ewropej[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1960 sa l-1992 - Ara Jugożlavja
  • 1996 - Sospiża minħabba sanzjonijiet internazzjonali fuq il-gwerer Jugożlavi
  • 1998 - It-Tieni Rawnd (bħala l-Jugożlavja)
  • 2004 - Ma kkwalifikatax (bdiet il-kwalifikazzjoni bħala Jugożlavja u spiċċat bħala Serbja u Montenegro)
  • 2008 - Applikat bħala s-Serbja u Montenegro; bħalissa qed tikkompeti bħala Serbja

Plejers Famużi[immodifika | immodifika s-sors]

Bħala Jugożlavja (Serbja u Montenegro)[immodifika | immodifika s-sors]

Serbja
  • Goran Bunjevčević
  • Goran Đorović
  • Nenad Đorđević
  • Predrag Đorđević
  • Ljubinko Drulović
  • Miroslav Đukić
  • Goran Gavrančić
  • Dejan Govedarica
  • Vladimir Jugović
  • Mateja Kežman
  • Slobodan Komljenović
 
  • Darko Kovačević
  • Nikola Lazetić
  • Siniša Mihajlović
  • Savo Milošević
  • Zoran "Bata" Mirković
  • Albert Nađ
  • Dragan "Piksi" Stojković
  • Dejan Stefanović
  • Slaviša Jokanović
  • Dragoslav Jevrić
  • Zvonimir Vukić
  Montenegro
  • Branko Brnović
  • Nenad Brnović
  • Ivica Kralj
  • Predrag Mijatović
  • Željko Petrović
  • Niša Saveljić
  • Dejan Savićević

Bħala Serbja[immodifika | immodifika s-sors]

  • Ivica Dragutinović
  • Igor Duljaj
  • Saša Ilić
  • Ognjen Koroman
  • Mladen Krstajić
  • Dejan Stanković
  • Nemanja Vidić
  • Nikola Žigić

Ħoloq Oħra[immodifika | immodifika s-sors]