Tim nazzjonali tal-futbol tal-Gżejjer Faroe

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gżejjer Faroe
Assoċjazzjoni Fótbóltsamband Føroya
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Danimarka Lars Olsen
Kaptan Fródi Benjaminsen
Stadju prinċipali Tórsvøllur, Svangaskarð
Kodiċi tal-FIFA FRO
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
Teamchef Lars Olsen

Il-Gżejjer Faroe għalkemm jagħmlu man-nazzjon tad-Danimarka għandhom it-tim tal-futbol nazzjonali għalihom. Jitqiesu bħala tim daqs l-istess tim nazzjonali tad-Danimarka u kwalinkwa tim nazzjonali ieħor fl-Ewropa. Dan it-tim ilu jeżisti mill-1930, iżda l-ewwel logħba uffiċjali li lagħab saret fl-24 t'Awissu 1988 kontra l-Islanda. Il-Gżejjer Faroe fl-ewwel logħba sofrew telfa b'1 b'xejn (Islanda 1 - 0 Gżejjer Faroe). L-agħar skor sofrewh ukoll ma' l-Islanda meta l-Islandiżi skurjawlhom disa' gowls (Islanda 9 - 0 Gżejjer Faroe), fl-10 ta' Lulju 1985, qabel l-ewwel logħba uffiċjali. Fil-25 ta' Mejju 1995 kontra San Marino rebħu bl-ikbar skor dak ta' tliet gowls minn fuq (Gżejjer Faroe 3 - 0 San Marino).

Informazzjoni dwar it-tim tal-Gżejjer Faroe:

Assoċjazzjoni: Faroe Islands Football Association (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Gżejjer Faroe)

Il-Kowċ Attwali: Lars Olsen (2011- )

It-Top Scorer: Rógvi Jacobsen (b' 10 gowls)

Il-Kodiċi tal-FIFA: FRO

L-Aħjar Ranking: 104 post (Lulju ta' l-1999)

L-Agħar Ranking: 185 post (Ottubru ta' l-2006)