Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930
1er Campeonato Mundial de Futbol | |
---|---|
![]() Logo uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 1930 | |
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
Pajjiż ospitanti |
![]() |
Dati | 13 ta' Lulju – 30 ta' Lulju |
Parteċipanti | 13 (minn 6 konfederazzjonijiet) |
Grawnds | 3 (f'belt ospitanti) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ ![]() |
![]() |
It-Tieni post ![]() |
![]() |
It-Tielet post ![]() |
![]() |
Ir-Raba' post |
![]() |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 18 |
Gowls skorjati | 80 (4.44 kull logħba) |
Attendenza | 434,500 (24,139 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) |
![]() |
1934 → |
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930 kienet l-edizzjoni inawgurali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, il-kampjonat internazzjonali għat-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-irġiel. Din saret ġewwa l-Urugwaj bejn it-13 u t-30 ta' Lulju 1930. Il-FIFA, il-federazzjoni internazzjonali li tiggverna l-futbol, għażlet l-Urugwaj bħala l-pajjiż ospitu minħabba li l-pajjiż kien se jiċċelebra ċ-ċentinarju mill-ewwel kostituzzjoni tiegħu, u t-tim nazzjonali tal-Urugwaj irnexxielu jirbaħ il-kompetizzjoni tal-futbol fil-Logħob Olimpiku tas-sajf 1928. Il-logħbiet kollha ntlagħbu fil-kapitali Urugwajana, Montevideo, il-maġġornaza fl-Estadio Centenario, li ġie mibni speċifikament għal dan il-kampjonat.
Tlettax-il tim, sebgħa mill-Amerika t'Isfel, erbgħa mill-Ewropa u tnejn mill-Amerika ta' Fuq daħlu għal din il-kompetizzjoni. In-nuqqas fin-numru ta' timijiet Ewropej kien minħabba d-diffikultajiet sabiex jivvjaġġaw lejn l-Amerika t'Isfel. It-timijiet ġew maqsuma f'erba' gruppi, bir-rebbieħ ta' kull wieħed minnhom jgħaddi għas-semifinali. L-ewwel żewġ logħbiet tat-Tazza tad-Dinja intlagħbu fl-istess ħin u ġew mirbuħa minn Franza u l-Istati Uniti, li għelbu lill-Messiku 4–1 u lill-Belġju 3–0, rispettivament. Lucien Laurent ta' Franza kien li skorja l-ewwel gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, waqt li l-gowler Amerikan Jimmy Douglas żamm l-ewwel xibka mhux mittiefsa tal-kampjonat.
L-Arġentina, l-Urugwaj, l-Istati Uniti u l-Jugożlavja ilkoll rebħu l-gruppi rispettivi tagħhom sabiex ikkwalifikaw għas-semifinali. Fil-finali, il-favoriti Urugwaj għelbu lill-Arġentina 4–2 quddiema 93,000 ruħ, u b'hekk sar l-ewwel pajjiż li rebħu t-Tazza tad-Dinja.
Parteċipanti[immodifika | immodifika s-sors]
L-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja kienet l-unika waħda mingħajr kwalifikazzjoni. Kull pajjiż affiljat mal-FIFA ġie mistieden biex jikkompeti u kellu jagħti d-deċiżjoni tiegħu sat-28 ta' Frar 1930. Kienu ħafna pajjiżi fl-Amerika li wrew interess: l-Arġentina, il-Brażil, il-Bolivja, iċ-Ċili, il-Messiku, il-Paragwaj, il-Perù u l-Istati Uniti kollha daħlu. Total ta' seba' pajjiżi mill-Amerika t'Isfel ħadu sehem, b'dan in-numru jibqa' l-iktar wieħed fl-istorja ta' pajjiżi minn dan ir-reġjun. Madanakollu, minħabba t-tul u l-ispiża tal-vjaġġ fuq l-Oċean Atlantiku, kienu ftit il-pajjiżi Ewropej li xtaqu jipparteċipaw. Fil-fatt, sal-aħħar ta' Frar l-ebda pajjiż Ewropew ma rrisponda għall-istedina li saret. F'tentattiv sabiex tikseb parteċipazzjoni Ewropea, il-federazzjoni tal-futbol Urugwajana bagħtet ittra lill-Football Association tal-Ingilterra, anke jekk il-Home Nations ma kinux membri tal-FIFA sa dakinhar. Din ġiet rifjutata mill-Kumitat tal-FA fit-18 ta' Novembru 1929.[1] Xahrejn qabel il-bidu tal-kampjonat, l-ebda tim Ewropew ma kien għadu daħal.[2]
Wara l-intervent tal-president tal-FIFA Jules Rimet, erba' pajjiżi għamlu l-vjaġġ fuq il-baħar: il-Belġju, Franza, ir-Rumanija u l-Jugożlavja. Ir-Rumeni, immexxiha minn Constantin Rădulescu u kkowċjati mill-kaptan tagħhom Rudolf Wetzer u Octav Luchide, daħlu fil-kompetizzjoni wara l-intervent tar-re l-ġdid tagħhom, Karlu II. Hu għażel l-iskwadra personalment u għamel qbil mal-impjegati sabiex jassiguraw illi l-plejers ikollhom xorta waħda x-xogħol mar-ritorn tagħhom.[3] Il-Franċiżi daħlu wara l-intervent personali ta' Rimet, però la d-difensur stilla Manuel Anatol u l-anqas il-kowċ Gaston Barreau ma ġew persważi biex jagħmlu l-vjaġġ.[4] Il-parteċipazzjoni tal-Belġjani ġiet instigata mill-viċi-president tal-FIFA Rudolf Seedrayers.[5]
Ir-Rumeni mbarkaw l-SS Conte Verde minn Ġenova, il-Franċiżi telgħu abbord f'Villefranche-sur-Mer fil-21 ta' Ġunju 1930,[6] u l-Belġjani nġabru minn Barċellona.[7] Dan il-vapur kellu fuqu wkoll lil Rimet, it-trofew u tlett referis Ewropej: il-Belġjani Jean Langenus u Henri Christophe, flimkien mal-Franċiż Thomas Balway.[8] It-tim Brażiljan imbarka meta l-vapur trakka f'Rio de Janeiro fid-29 ta' Ġunju qabel ma wasal l-Urugwaj fl-4 ta' Lulju.[2] Il-Jugożlavi vvjaġġaw f'vapur bil-fwar Florida minn Marsilja.[7]
“ Qattajna ħmistax-il jum fuq il-Conte Verde sabiex nilħqu l-Amerika t'Isfel. L-eżerċizzji bażiċi konna nagħmluhom isfel u konna nittħarġu fuq il-gverta tal-vapur. Il-kowċ tagħna qatt ma kien ikellimna dwar tattika għal kollox...[9] ”
—Lucien Laurent, plejer Franċiż
Taqsira tat-turnew[immodifika | immodifika s-sors]
Grupp 1[immodifika | immodifika s-sors]
“ Konna qegħdin naffrontaw il-Messiku u kien nieżel is-silġ, minħabba li fl-emisferu tan-Nofsinhar kien ix-xitwa. Wieħed minn sħabi qassam il-ballun u jien segwejt it-trajettorja b'attenzjoni u ilqattu fil-għoli bil-lemin. Konna kollha kuntenti, imma ma ċċelebrajniex – ħadd ma fehem li konna għaddejna fl-istorja. Kemm ħadna b'idejn xulxin u komplejna nilgħabu. Lanqas ma ngħatajna xi kumpens partikulari: f'dak iż-żmien konna biss dilettanti.[9] ”
—Lucien Laurent dwar il-gowl tiegħu, l-ewwel wieħed fl-istorja ta' din il-kompetizzjoni
L-ewwel grupp kien l-uniku grupp li kellu erba' timijiet: l-Arġentina, iċ-Ċili, Franza u l-Messiku. Jumejn wara l-ewwel rebħa kontra l-Messiku, il-Franċiżi sabu quddiem wiċċhom il-favorita tal-grupp: l-Arġentina. Il-Franċiżi ġew imblukkati bi plejers li sofrew problemi fiżiċi: il-gowler Thépot kellu jabbanduna l-logħba wara 20 minuta u Laurent, wara daħla minn Luis Monti, zappap matul il-logħba kollha. Madanakollu, l-Arġentini kellhom jistennew sal-81 minuta biex jiskorjaw meta l-istess Monti skorja frikik minn 25 metru.[10] Il-partita kienet karatterizzata minn episodju kontroversjali: ir-referì Almeida Rêgo bi żball saffar tmiem il-partita sitt minuti qabel, proprju meta l-attakkant Franċiż Marcel Langiller kien se jiskorja. Kien wara invażjoni fil-grawnd u l-protesti tal-pubbliku u xi membri tal-eżekuttiv Franċiżi li kkonvinċew lill-uffiċċjal tal-logħba sabiex jilgħab is-sitt minuti li kien għad baqa'.
Minkejja li Franza kienu niżlu jilgħabu darbtejn f'temp ta' 48 siegħa, iċ-Ċili kien għadu ma ġiex involuti. It-tim mill-Amerika t'Isfel lagħab il-Messiku fil-ġurnata ta' wara, fejn rebħu bl-iskor konvinċenti ta' 3–0.
Fit-tieni partita tal-Arġentina, kontra l-Messiku, ġie msaffar l-ewwel penalty tal-istorja tal-kampjonat. Skont kif irrakkuntat minn John Langenus – ir-referì tal-finali u xhieda okulari tal-partita – ġew mogħtija total ta' ħames penalties, tlieta minnhom kontroversjali, f'logħba rrefjata mill-kowċ tal-Bolivja Ulises Saucedo. Barra minn hekk il-ballun ġie pożizzjonat 14-il metru 'l bogħod mil-linja tal-gowl, minflok 11-il metru skont ir-regoli. Mill-ħames penalties, wieħed biss ġie skurjat. Guillermo Stábile skorja tripletta fid-debutt tiegħu u l-Arġentina rebħu 6–3 minkejja n-nuqqas tal-kaptan Manuel Ferreira, li kellu jirritorna lura lejn Buenos Aires sabiex jagħmel eżami tal-liġi. Zumelzú impressjona wkoll b'doppjetta.
Il-kwalifikazzjoni ġiet deċiża fl-aħħar ġurnata tal-grupp, milgħuba bejn l-Arġentina u ċ-Ċili fit-22 ta' Lulju. Stábile ikkonferma lilu nnifsu bħala attakkant prim fejn fil-bidu tal-logħba skorja darbtejn. Fil-15-il minuta, iċ-Ċili naqqsu d-distakk b'Subiabre li sfrutta żball tal-gowler Bossio.[11] Il-partita involviet ġlieda li faqqet wara daħla ta' Monti fuq Arturo Torres. Din qajjmet għagħa sħiħa fit-tribuna qalb il-partitarji li involviet daqqiet ta' ponn, bżieq u daqqiet ta' saqajn li kellha tiġi kkontrollata mill-pulizija fuq iż-żwiemel.[11] Lejn tmiem il-logħba Evaristo għeleb għat-tielet darba lil Cortés sabiex l-Arġentina ħarġu rebbieħa 3–1 u kisbu post fis-semifinali.
Grupp 2[immodifika | immodifika s-sors]

It-tieni grupp kien iffurmat mill-Brażil, il-Bolivja u l-Jugożlavja. Il-Brażil ġabu magħhom skawdra ffurmata kollha minn futbolers tal-Campeonato Carioca, bl-eċċezzjoni ta' Araken ta' Santos li kien jilgħab fil-Campeonato Paulista.[10] Is-Seleção, li ħafna kienu qegħdin jistennew li jirbħu l-grupp, tilfu l-logħba inawgurali kontra l-Jugożlavja bl-iskor ta' 2–1, li kellha tkun ir-rebbieħa eventwali tal-grupp.
L-iskadwra Slava kienet tinkludi diversi plejers emigranti u sejjħet minn Franza lil Bek, Stefanović u Sekulić. Il-midfilder laterali Tirnanić, li aktar tard kellu jservi bħala kowċ tat-tim nazzjonali, u Marjanović kienu fost il-pedini importanti u l-gowler Jakšić ikkonferma ruħu bħala wieħed mill-aqwa fit-turnew.[10]
Fil-logħba segwenti, il-Bolivja, li kienet għadha qiegħda tistenna l-ewwel rebħa internazzjonali tagħha, niżlet fil-grawnd kontra l-Ewropej. Is-Sud-Amerikani għal din l-okkażjoni libsu flokkijiet partikulari – kull waħda minnhom kellha ittra fuqha – li bl-iskawdra f'linja kienet taqra "Viva Uruguay" bħala ġieħ lejn l-ospiti tal-kompetizzjoni. Minkejja dan, il-Bolivja ftit li xejn ħalliet marka hekk kif tilfet iż-żewġ partiti tagħha bi skor kbir. Kontra l-Jugożlavja rnexxielhom jżommu sod sa siegħa logħba, sakemm sat-tisfira finali r-riżultat kien juri telfa ta' 4–0. Diversi gowls tal-Bolivjani ġew imħassra. Il-partita ntlagħbet f'temperatura ta' 10 gradi taħt iż-żero.[12]
Kontra l-Brażil, fl-aħħar logħba li ma kienet issarraf xejn minħabba li ż-żewġ timijiet kienu diġà eliminati, ir-riżultat sa tmiem l-ewwel taqsima kien juri vantaġġ ta' 1–0 għall-Brażil. Matul l-ewwel 45 minuta kien hemm konfużjoni sħiħa bejn il-plejers fil-grawnd li kellhom flokkijiet tal-istess kulur. Ulises Saucedo daħħal il-plejers tiegħu wara l-mistrieħ bi flokkijiet oħrajn; fit-tieni taqsima, il-Brażiljani skorjaw tliet darbiet oħra, tnejn minnhom mill-atleta Preguinho.
Grupp 3[immodifika | immodifika s-sors]
L-ospiti tal-Urugwaj, ikkunsidrati bħala l-favoriti għar-rebħ tat-titlu quddiem l-Arġentina u l-Brażil,[10] kienu jiffurmaw it-tielet grupp mal-Perù u r-Rumanija. Fl-ewwel logħba bejn ir-Rumanija u l-Perù kien hemm l-ewwel tkeċċija, dik tal-Peruvjan Plácido Galindo fis-70 minuta. Ir-Rumeni sfruttaw il-vantaġġ numeriku u skorjaw żewġ gowls fl-aħħar minuti u ħarġu rebbieħa 3–1. Din il-logħba tibqa' mfakkra għall-iżgħar attendenza qatt rikordjata fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja. L-ispettaturi – uffiċjalment 2,549 – kienu fil-verita madwar 300.
Qabel id-debutt, l-Urugwajani għamlu erba' ġimgħat ta' taħriġ u skeda riġida.[11] Il-gowler Mazali (diġà ċampjin Olimpiku għal darbtejn) inqabad mill-kowċ Suppici dieħel tard filgħaxija wara li kien żar lil martu, u b'konsegwenza t'hekk ġie eskluż mill-iskwadra. Postu ħadu Ballesteros.
Kawża tad-dewmien fil-preparazzjoni tal-Estadio Centenario, id-debutt tal-Urugwaj ġie pospost għal ħamest ijiem wara l-bidu tal-kompetizzjoni. L-inawgurazzjoni tal-impjant, eżattament 100 sena wara t-twelid tal-Kostituzzjoni Urugwajana, ġiet preċeduta minn ċerimonja sabiex tiċċelebra ċ-ċenitarju tar-Repubblika. L-ospiti rebħu bl-iskor minimu ta' 1–0 kontra l-Perù. L-istampa tal-pajjiż ftit li xejn ħadet gost bil-prestazzjoni tat-tim, waqt li fil-Perù l-ġurnalisti taw ġieħ lill-kompatrijotti tagħhom.
L-Urugwaj għelbu lir-Rumanija b'mod iktar faċli, b'riżultat ta' 4–0 li wasal fl-ewwel taqsima u li nżamm sal-aħħar. B'hekk l-Urugwaj kisbu post fis-semifinali.
Grupp 4[immodifika | immodifika s-sors]
L-Istati Uniti, li fosthom kellhom diversi plejers Brittaniċi emigranti,[13] iddominaw ir-raba' grupp b'żewġ rebħiet konvinċenti kontra l-Belġju u l-Paragwaj. Il-plejers Amerikani, ħafna minnhom debuttanti, spikkaw rwieħhom għall-fiżiċità imponenti tagħhom. Fl-ewwel logħba għelbu b'riżultat mhux mistenni ta' 3–0 kontra l-Belġjani. Il-gazzetta Urugwajana Imparcial kitbet: "ir-rebħa kbira tal-Amerikani tassew issorprendiet lill-esperti". Il-Belġajni – li kellhom jirrinunzjaw għal Raymond Braine, wieħed mill-aħjar minn tagħhom – ilmentaw fuq il-kundizzjonijiet tal-grawnd u d-deċiżjonijiet tar-referì fejn saħqu li kien hemm offside fl-azzjoni li wasslet għat-tieni gowl.
It-tieni konfront tal-grupp bejn l-Istati Uniti u l-Paragwaj (3–0), li ntlagħbet f'kundizzjonijiet ta' riħ qawwi, rat l-ewwel tripletta tal-kompetizzjoni skorjata minn Bert Patenaude.[14][15] Bl-Istati Uniti diġà kwalifikati, l-aħħar partita kienet inutli, bil-Paragwajani joħorġu rebbieħa kontra l-Belġani.
Semifinali[immodifika | immodifika s-sors]
L-erbgħa rebbieħa tal-grupp rispettiv tagħhom (l-Arġentina, il-Jugożlavja, l-Urugwaj u l-Istati Uniti) għaddew għas-semifinali fejn iż-żewġ konfronti spiċċaw bl-istess riżultat.
L-ewwel li ntlagħbet kienet dik bejn l-Arġentina u l-Istati Uniti fis-26 ta' Lulju ġewwa l-Estadio Centenario, liema grawnd kien mgħarraq bl-ilma tax-xita. Kienet partita vjolenti; l-Amerikani tilfu lill-midfilder tagħhom Raphael Tracy li kiser saqajh wara 10 minuti logħob. L-ewwel taqsima għalqet bl-Arġentina gowl vantaġġ grazzi għal gowl ta' Monti fl-20 minuta. Fit-tieni taqsima l-Amerikani ġew assedjati u sofrew mill-veloċità tal-attakkanti tal-albiceleste. Il-partita ntemmet 6–1 favur l-Arġentini.
Is-semifinali l-oħra bejn l-Urugwaj u l-Jugożlavja saret il-ġurnata ta' wara. L-Islavi marru fil-vantaġġ wara ftit minuti b'gowl ta' Vujadinović. F'temp ta' kwarta l-Urugwaj qallbu l-iskor għal 2–1. Lejn tmiem l-ewwel taqsima l-Jugożlavja raw gowl tagħhom jiġi mħassar fuq dubju ta' offside. B'erba' gowls oħra, l-ospiti ġabu l-iskor finali għal 6–1, bil-protagonista jkun Pedro Cea, awtur ta' tripletta.
Kontroversja fuq il-finali għat-3/4 post[immodifika | immodifika s-sors]
Il-finali tradizzjoni għat-tielet u r-raba' post ġiet imnedija fl-edizzjoni tal-1934. B'hekk, it-Tazza tad-Dinja 1930 hija l-unika waħda mingħajr din il-partita, li dejjem intlagħbet bejn is-semifinali u l-finali. Xi fonti, b'mod partikulari l-gazzetta tal-FIFA tal-1984, taw ħjiel li kien hemm xi forma ta' konfront validu għat-tielet u r-raba' post, mirbuħ mill-Jugożlavja 3–1.[16] Min-naħa l-oħra, skont sorsi oħrajn, il-konfront kien fil-programm però qatt ma ntlagħab. Skont x'ġie miktub mill-ġurnalist Urugwajan Hyder Jawad fil-ktieb tiegħu Four Weeks In Montevideo: The Story of World Cup 1930, ippubblikat fl-2009, il-Jugożlavja rrifjuatat li tilgħab minħabba li m'għoġobiex l-irreffjar tas-semifinali kontra l-ospiti tal-kompetizzjoni, fejn ikkunsidrawh bħala imparzjali.[17]
Kummissjoni teknika tal-FIFA irrappurtat fl-1986 il-pożizzjoni finali tat-timijiet kollha li ħadu sehem fl-edizzjonijiet preċedenti tat-Tazza tad-Dinja: f'din il-klassifika l-Istati Uniti huma fit-tielet u l-Jugożlavja r-raba',[18] kif għandhom jiġu kkunsidrati llum il-ġurnata.[19]
Fl-2010, it-tifel ta' Kosta Hadži, kap tad-delegazzjoni fit-Tazza tad-Dinja 1930 u viċi-president tal-federazzjoni tal-futbol tal-Jugożlavja ta' dak iż-żmien, iddikjara li l-Jugożlavja, bħala tim, ġiet ippremjata b'midalja tal-bronż miżmuma sal-lum il-ġurnata mill-familja Hadži. Dejjem skont Hadži, il-Jugożlavja ġiet ikkunsidrata bħala t-tielet minħabba li tilfet is-semifinali kontra ċ-ċampjins eventwali tal-Urugwaj.[20][21] L-oriġini u l-awtentiċità ta' din il-midalja għadhom mhumiex rikonoxxuti.
Finali[immodifika | immodifika s-sors]
Ir-rebħiet tal-Urugwaj u l-Arġentina fis-semifinali wasslu lit-tnejn li huma sal-finali. Sentejn qabel it-tnejn li huma kienu protagonisti tal-finali tal-Olimpjadi tal-1928, f'partita li baqgħet tissejjaħ bħala "l-isbaħ partita tal-futbol ta' kull żmien", mirbuħa mis-Celeste 2–1. Il-finali ntlagħbet fit-30 ta' Lulju ġewwa l-Estadio Centenario, taħt xita ta' borra (avveniment rari f'Montevideo).[22][23]
Il-port ta' La Plata kien mimli attività. L-għaxar vapuri li kellhom jittrasportaw il-partitarji Arġentini ta' Buenos Aires lejn Montevideo u l-biċċiet tal-baħar l-oħra li ġew magħmula disponibbli ma kinux biżżejjed. Huwa stmat li bejn 10,000 u 15,000 Arġentin għamlu l-vjaġġ,[24] imma l-port ta' Montevideo kien tassew mimli li ħafna żbarkaw biss fit-tisfira tal-bidu tal-partita, fejn kien għad baqalhom jilħqu l-grawnd.[25] Fid-dħul fil-grawnd kull spettatur ġie mfittex sabiex jaċċertaw li ma jkunx hemm armi.[26] Il-gradi nfetħu fit-tmienja ta' filgħodu, sitt sigħat qabel il-bidu, u f'nofsinhar il-grawnd kien mimli. L-attendenza uffiċjali kienet ta' 93,000 ruħ.[27]
Il-jiem li ppreċedew il-logħba kienu mimlija tensjoni.[28] Ħafna plejers Urugwajani rċevew theddid ta' mewt min-naħa ta' partitarji Arġentini. Fis-sigħat ta' qabel il-finali xi nies marru qrib il-post fejn kienu qegħdin jitħarrġu l-Arġentini fejn iddisturbawhom b'kant u theddid. Luis Monti ġie intimidit, però xorta waħda niżel fil-grawnd. L-istess xorti messet lir-referì tal-logħba, il-Belġjan John Langenus, li mpona lill-FIFA ftit sigħat qabel il-bidu tal-logħba li jkollu sigurtà fuq ħajtu.[29] Hu ngħata mal-mitt pulizija għad-dispożizzjoni[28] u vapur lest li jitlaq madwar siegħa minn tmiem il-logħba f'każ li jkollu bżonn jaħrab.
L-Urugwaj għamlu bidla fil-formazzjoni minn dik li ntlagħbet fis-semifinali minħabba li Anselmo kellu jaqbeż din il-logħba kawża ta' attakk ta' paniku. Skont fonti oħrajn, Anselmo – fost l-aħjar tal-Uruguwaj – talab li ma jinżilx fil-grawnd mingħajr ma ta raġuni partikulari, li probabilment kienet il-biża' li jaffronta l-markatura aggressiva ta' Monti.[28] Postu ħadu Castro, attakkant nieqes minn idu l-leminija li kien tilifha f'inċident fuq il-post tax-xogħol fl-età ta' 13-il sena,[13] li għan-nuqqas fuq il-lat tekniku kien jagħel għaliha fil-ġiri kontinwu.[28] L-Arġentina kellha tilgħab mingħajr l-imweġġa' Zumelzú u Varallo,[28] imma t-tieni wieħed xorta waħda ġie skjerat mal-ewwel ħdax.
Il-kronaki ta' dak iż-żmien irrakuntaw fuq logħba li ma ddiżappuntatx l-aspettativi, fejn iż-żewġ timijiet ħarġu fuq l-offensivi bit-tnejn jilgħabu b'ħames attakkanti.[30]
Pablo Dorado għall-Urugwaj skorja l-ewwel gowl b'xutt fil-baxx mil-lemin.[31] Ir-risposta tal-Arġentina ma tantx damet ma waslet u tmien minuti wara ġabu l-iskor indaqs: Carlos Peucelle irċieva ballun minn Ferreira, qabeż plejer u skorja minn xutt qawwi li l-gowler Urugwajan Ballesteros ma seta' jagħmel xejn.[31] Aktar tard Stábile, l-aqwa skorer tat-turnew, skorja t-tmien u l-aħħar gowl tiegħu, fejn tefa' lill-Arġentina 2–1 minn fuq. Il-kaptan Urugwajan Nasazzi ipprotesta għalxejn wara li sostna li Stábile kien f'pożizzjoni irregolari.[29] Fit-tieni taqsima l-Urugwaj sar aktar kuraġġjuż u tejjeb il-logħob tiegħu. Monti falla l-okkażjoni għat-3–1 għall-Arġentina u fl-azzjoni li segwiet, l-Urugwaj ġabu l-gowl tad-dro permezz ta' Pedro Cea.[31] Għaxar minuti wara gowl ta' Santos Iriarte ta vantaġġ lill-Urugwaj u lejn l-aħħar Castro kien imissu biex jiskorja l-gowl li ssiġilla r-rebħa ta' 4–2.[29] Langenus saffar it-tisfira finali u l-Urugwaj żiedu t-titlu ta' ċampjins tad-dinja wara t-titlu ta' ċampjins Olimpiċi.
Jules Rimet ippreżenta t-trofew tat-Tazza tad-Dinja – li aktar tard ħa ismu – lill-president tal-Federazzjoni tal-futbol tal-Urugwaj Raúl Jude.[32] Il-ġurnata ta' wara ġiet iddikjarata bħala festa nazzjonali fl-Urugwaj;[27] fil-kapitali Arġentina Buenos Aires ġemgħa bdiet titfa' l-ġebel lejn il-konsolat Urugwajan.[33]
Skont l-analisi tal-kritika u tal-istess plejers Arġentini, l-albiceleste – li fuq il-pjan tekniku kienu superjuri[31] – tilfet il-finali kawża tan-nuqqas ta' organizzazzjoni fid-difiża. Kollha kienu qegħdin jaħsbu biex jattakkaw.[28] L-Urugwaj, min-naħa l-oħra, għażlet li tilgħab fuq il-kontrattakk fejn sfruttat l-ispazji vojta li tħallew mill-avversarji, u dan kien il-punt kruċjali tas-suċċess.[28]
Fi tmiem it-Tazza tad-Dinja, Franza, il-Jugożlavja u l-Istati Uniti kollha lagħbu logħbiet ta' ħbiberija fl-Amerika t'Isfel. Il-Brażil lagħab ma' Franza nhar l-1 ta' Awwissu, mal-Jugożlavja fl-10 ta' Awwissu u mal-Istati Uniti fis-17 ta' Awwissu.[34] L-Arġentina ospitat lill-Jugożlavja fit-3 ta' Awwissu.[35]
Impjanti[immodifika | immodifika s-sors]

Il-partiti kollha ntlagħbu f'Montevideo u ġew użati tliet grawnds: Estadio Centenario, Estadio Pocitos, u Estadio Parque Central. Estadio Centenario ġie mibni kemm minħabba dan il-kampjonat u wkoll bħala ċelebrazzjoni taċ-ċentinarju mill-indipendenza tal-Urugwaj. Iddisinjat minn Juan Scasso,[4] dan kien il-grawnd prinċipali tal-kampjonat, li fi kliem Rimet kien "it-tempju tal-futbol".[36] B'wisa' ta' 90,000 dan kien l-ikbar grawnd tal-futbol barra mill-Gżejjer Brittaniċi. F'dan il-grawnd intlagħby 10 minn 18-il partita, fosthom iż-żewġ semifinali u l-finali. Minħabba l-iskeda magħfusa ta' kostruzzjoni u l-istaġun ta' xita li laqat, is-Centenario ma kienx lest biex jintuża sa ħamest ijiem qabel il-kampjonat. Il-partiti tal-bidu ntlagħbu fi grawnds iżgħar użati mill-klabbs minn Montevideo, Nacional u Peñarol, il-Parque Central u l-Pocitos.
Uffiċċjali tal-partiti[immodifika | immodifika s-sors]
Ħmistax-il referì ħadu sehem fil-kompetizzjoni. Sabiex kull wieħed minnhom ikollu idea ċara tal-applikazzjoni tar-Regoli tal-Logħba, ir-referis ġew mistiedna għal laqgħa żgħira sabiex jiġu ċċarati ċerti kunflitti u dilemmi. Ir-referis kienu jirrefjaw il-logħba lebsin ġlekk u ingravata.
Mill-ħatriet kollha tar-referis kien hemm xi wħud li ġibdu l-attenzjoni. Il-Bolivjan Ulises Saucedo irrefja l-logħba Arġentina–Messiku, li l-Arġentina rebħu 6–3. Matul din il-logħba Saucedo, li kien ukoll iservi bħala l-kowċ tal-Bolivja,[37] ta tliet penalties. Saucedo ma kienx l-uniku li kellu rwol doppju fil-kompetizzjoni: Constantin Rădulescu, il-kowċ tar-Rumanija, ġie wżat darbtejn bħala assistent fl-ewwel grupp.[37]
Il-lista segwenti turi l-uffiċċjali kollha li servew bħal referis jew assistenti. Uffiċċjali miktuba bil-korsiv kienu wżati biss bħala assistenti matul il-kampjonat.
- Ewropa
- Amerika ta' Fuq
- Amerika t'Isfel
Gualberto Alonso
Martin Aphesteguy
Domingo Lombardi
Jose Macias
Francisco Mateucci
Almeida Rêgo
Ulises Saucedo
Anibal Tejada
Ricardo Vallarino
Alberto Warnken
Riżultati[immodifika | immodifika s-sors]
Fażi tal-gruppi[immodifika | immodifika s-sors]
Grupp 1[immodifika | immodifika s-sors]
Tim | L | R | D | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
![]() |
3 | 3 | 0 | 0 | 10 | 4 | +6 | 6 |
![]() |
3 | 2 | 0 | 1 | 5 | 3 | +2 | 4 |
![]() |
3 | 1 | 0 | 2 | 4 | 3 | +1 | 2 |
![]() |
3 | 0 | 0 | 3 | 4 | 13 | −9 | 0 |
13 ta' Lulju 1930 15:00 UYT (UTC−3:30) |
Franza ![]() |
4–1 | ![]() |
Estadio Pocitos, Montevideo Attendenza: 3,000 |
---|---|---|---|---|
L. Laurent ![]() Langiller ![]() Maschinot ![]() |
Rapport | Carreño ![]() |
15 ta' Lulju 1930 16:00 UYT (UTC−3:30) |
Arġentina ![]() |
1–0 | ![]() |
Estadio Parque Central, Montevideo Attendenza: 18,000 |
---|---|---|---|---|
Monti ![]() |
Rapport |
16 ta' Lulju 1930 14:45 UYT (UTC−3:30) |
Ċili ![]() |
3–0 | ![]() |
Estadio Parque Central, Montevideo Attendenza: 7,000 |
---|---|---|---|---|
Vidal ![]() M. Rosas ![]() |
Rapport |
19 ta' Lulju 1930 12:50 UYT (UTC−3:30) |
Ċili ![]() |
1–0 | ![]() |
Estadio Centenario, Montevideo Attendenza: 50,000 |
---|---|---|---|---|
Subiabre ![]() |
Rapport |
19 ta' Lulju 1930 15:00 UYT (UTC−3:30) |
Arġentina ![]() |
6–3 | ![]() |
Estadio Centenario, Montevideo Attendenza: 50,000 |
---|---|---|---|---|
Stábile ![]() Zumelzú ![]() Varallo ![]() |
Rapport | M. Rosas ![]() Gayón ![]() |
22 ta' Lulju 1930 14:45 UYT (UTC−3:30) |
Arġentina ![]() |
3–1 | ![]() |
Estadio Centenario, Montevideo Attendenza: 35,000 |
---|---|---|---|---|
Stábile ![]() M. Evaristo ![]() |
Rapport | Subiabre ![]() |
Grupp 2[immodifika | immodifika s-sors]
Tim | L | R | D | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
![]() |
2 | 2 | 0 | 0 | 6 | 1 | +5 | 4 |
![]() |
2 | 1 | 0 | 1 | 5 | 2 | +3 | 2 |
![]() |
2 | 0 | 0 | 2 | 0 | 8 | −8 | 0 |
14 ta' Lulju 1930 12:45 UYT (UTC−3:30) |
Jugożlavja ![]() |
2–1 | ![]() |
Estadio Parque Central, Montevideo Attendenza: 5,000 |
---|---|---|---|---|
Tirnanić ![]() Bek ![]() |
Rapport | Preguinho ![]() |
17 ta' Lulju 1930 12:45 UYT (UTC−3:30) |
Jugożlavja ![]() |
4–0 | ![]() |
Estadio Parque Central, Montevideo Attendenza: 800 |
---|---|---|---|---|
Bek ![]() Marjanović ![]() Vujadinović ![]() |
Rapport |
20 ta' Lulju 1930 13:00 UYT (UTC−3:30) |
Brażil ![]() |
4–0 | ![]() |
Estadio Centenario, Montevideo Attendenza: 1,200 |
---|---|---|---|---|
Moderato ![]() Preguinho ![]() |
Rapport |
Grupp 3[immodifika | immodifika s-sors]
Tim | L | R | D | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
![]() |
2 | 2 | 0 | 0 | 5 | 0 | +5 | 4 |
![]() |
2 | 1 | 0 | 1 | 3 | 5 | −2 | 2 |
![]() |
2 | 0 | 0 | 2 | 1 | 4 | −3 | 0 |
14 ta' Lulju 1930 14:50 UYT (UTC−3:30) |
Rumanija ![]() |
3–1 | ![]() |
Estadio Pocitos, Montevideo Attendenza: 300 |
---|---|---|---|---|
Deșu ![]() Stanciu ![]() Kovács ![]() |
Rapport | Souza Ferreira ![]() |
18 ta' Lulju 1930 14:30 UYT (UTC−3:30) |
Urugwaj ![]() |
1–0 | ![]() |
Estadio Centenario, Montevideo Attendenza: 70,000 |
---|---|---|---|---|
Castro ![]() |
Rapport |
21 ta' Lulju 1930 14:50 UYT (UTC−3:30) |
Urugwaj ![]() |
4–0 | ![]() |
Estadio Centenario, Montevideo Attendenza: 80,000 |
---|---|---|---|---|
Dorado ![]() Scarone ![]() Anselmo ![]() Cea ![]() |
Rapport |
Grupp 4[immodifika | immodifika s-sors]
Tim | L | R | D | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
![]() |
2 | 2 | 0 | 0 | 6 | 0 | +6 | 4 |
![]() |
2 | 1 | 0 | 1 | 1 | 3 | −2 | 2 |
![]() |
2 | 0 | 0 | 2 | 0 | 4 | −4 | 0 |
13 ta' Lulju 1930 15:00 UYT (UTC−3:30) |
Stati Uniti ![]() |
3–0 | ![]() |
Estadio Parque Central, Montevideo Attendenza: 10,000 |
---|---|---|---|---|
McGhee ![]() Florie ![]() Patenaude ![]() |
Rapport |
17 ta' Lulju 1930 14:45 UYT (UTC−3:30) |
Stati Uniti ![]() |
3–0 | ![]() |
Estadio Parque Central, Montevideo Attendenza: 800 |
---|---|---|---|---|
Patenaude ![]() |
Rapport |
20 ta' Lulju 1930 15:00 UYT (UTC−3:30) |
Paragwaj ![]() |
1–0 | ![]() |
Estadio Centenario, Montevideo Attendenza: 900 |
---|---|---|---|---|
Vargas Peña ![]() |
Rapport |
Fażi eliminatorja[immodifika | immodifika s-sors]
Semifinali | Finali | ||||||
26 ta' Lulju – Montevideo | |||||||
![]() |
6 | ||||||
![]() |
1 | ||||||
30 ta' Lulju – Montevideo | |||||||
![]() |
2 | ||||||
![]() |
4 | ||||||
27 ta' Lulju – Montevideo | |||||||
![]() |
6 | ||||||
![]() |
1 |
Semifinali[immodifika | immodifika s-sors]
26 ta' Lulju 1930 14:45 UYT (UTC−3:30) |
Arġentina ![]() |
6–1 | ![]() |
Estadio Centenario, Montevideo Attendenza: 72,886 |
---|---|---|---|---|
Monti ![]() Scopelli ![]() Stábile ![]() Peucelle ![]() |
Rapport | Brown ![]() |
27 ta' Lulju 1930 14:45 UYT (UTC−3:30) |
Urugwaj ![]() |
6–1 | ![]() |
Estadio Centenario, Montevideo Attendenza: 79,867 |
---|---|---|---|---|
Cea ![]() Anselmo ![]() Iriarte ![]() |
Rapport | Vujadinović ![]() |
Finali[immodifika | immodifika s-sors]
30 ta' Lulju 1930 15:30 UYT (UTC−3:30) |
Urugwaj ![]() |
4–2 | ![]() |
Estadio Centenario, Montevideo Attendenza: 93,000 |
---|---|---|---|---|
Dorado ![]() Cea ![]() Iriarte ![]() Castro ![]() |
Rapport | Peucelle ![]() Stábile ![]() |
L-aqwa skorers[immodifika | immodifika s-sors]
- 8 gowls
- 5 gowls
- 4 gowls
- 3 gowls
- 2 gowls
- gowl
- awtogowls
Manuel Rosas (kontra ċ-Ċili)
Aqra iktar[immodifika | immodifika s-sors]
- Goldblatt, David (2008). Penguin (ed.). The Ball Is Round: A Global History of Soccer. ISBN 978-1-59448-296-0.
- Freddi, Cris (2006). HarperCollins (ed.). Complete Book of the World Cup 2006. Parametru mhux magħruf
|belt=
injorat (għajnuna)
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ (Ingliż) Uruguay 1930. Fourfourtwo. Aċċess tal-URL: 20-06-2009. (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-20-06-2009)
- ^ a b (Ingliż) FIFA World Cup – Classic Moments from FIFA World Cup History. FIFA. Aċċess tal-URL: 14-06-2009. (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-26-04-2006)
- ^ Seddon, Peter (2005). Robson (ed.). The World Cup's Strangest Moments. pp. 8–9. ISBN 978-1-86105-869-0. Parametru mhux magħruf
|belt=
injorat (għajnuna) - ^ a b Goldblatt, David (2007). Penguin (ed.). The Ball is Round: A Global History of Football. p. 248. ISBN 978-0-14-101582-8. Parametru mhux magħruf
|belt=
injorat (għajnuna) - ^ Goldblatt (2008), p. 249
- ^ (Ingliż) 1930 FIFA World Cup Uruguay. FIFA. Aċċess tal-URL: 15-06-2009.
- ^ a b Miguel A Lara. (Spanjol) Uruguay, allí nació la historia. Marca.com. Aċċess tal-URL: 14-06-2009. (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-17-06-2009)
- ^ a b Skont il-kittieb Ingliż Cris Freddi hu kien għalliem Ingliż li kien jgħix Pariġi. Il-veru kunjom tiegħu kien Balvay, imniżżel ħażin mill-FIFA bħala Balway.
- ^ a b Michel Vautrot. (Ingliż) A historical link with the Franche-Comté. FIFA, 17-06-1998. Aċċess tal-URL: 14-06-2009. (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-08-06-2008)
- ^ a b c d (Taljan) Mondiali Calcio 1930: 13 luglio ore 14, si comincia. Storie di Calcio. Aċċess tal-URL: 25-06-2011.
- ^ a b c (Taljan) Mondiali Calcio 1930: Debutta la Celeste. Storie di Calcio. Aċċess tal-URL: 25-06-2011.
- ^ (Taljan) Mondiali Calcio 1930: Dietro le quinte del Mondiale. Storie di Calcio. Aċċess tal-URL: 28-06-2011.
- ^ a b John Brewmin. (Ingliż) World Cup 1930 - Hosts Uruguay. ESPN, 17-04-2006. Aċċess tal-URL: 11-06-2011.
- ^ Sal-10 ta' Novembru 2006, il-FIFA kienet tirrikonoxxi l-ewwel tripletta f'Tazza tad-Dinja dik ta' Guillermo Stábile, li ġiet skorjata fid-19 ta' Lulju 1930, jumejn wara dik ta' Patenaude. Fl-2006, il-FIFA ħabbret li l-pretensjoni li Patenaude kien l-iskorer tal-ewwel tripletta kienet ġustifikata, hekk kif il-gowl li kien attribwit lil Tom Florie ġie mogħti lil Patenaude.
- ^ (Ingliż) American Bert Patenaude credited with first hat trick in FIFA World Cup history. FIFA. Aċċess tal-URL: 09-06-2011.
- ^ (Ingliż) World Cup 1930 finals. Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation (RSSSF). Aċċess tal-URL: 09-06-2011.
- ^ Hyder Jawad (2009). Seventeen Media & Publishing (ed.). Four Weeks In Montevideo: The Story of World Cup 1930. p. 105.
- ^ (Ingliż) FIFA World Cup México '86 – Technical Report (PDF), p. 45. FIFA, 1986. Aċċess tal-URL: 11-06-2011.
- ^ (Ingliż) Final Tournament Standings f'1930 FIFA World Cup Uruguay. FIFA. Aċċess tal-URL: 11-06-2011.
- ^ (Serb) Медаља из дома Хаџијевих сведочи да смо били трећи на Мундијалу. [[Politika (gazzetta)|]]. Aċċess tal-URL: 09-06-2011.
- ^ (Serb) Još uvek sjaji bronza iz Montevidea. Blic. Aċċess tal-URL: 09-06-2011.
- ^ (Taljan) Il clima dell'Uruguay. Meteo Giornale. Aċċess tal-URL: 14-06-2011.
- ^ (Taljan) Il clima del Sudafrica: le città dei Mondiali di Calcio. Corriere della Sera. Aċċess tal-URL: 14-06-2011.
- ^ Skont diversi fonti l-Arġentini kienu jammontaw għal 30,000.
- ^ Goldblatt, pġ. 250
- ^ Freddi, pġ. 11
- ^ a b (Ingliż) FIFA World Cup Origin (PDF). FIFA. Aċċess tal-URL: 11-06-2011.
- ^ a b c d e f g (Taljan) Mondiali Calcio 1930: Uruguay Campeon. Storie di Calcio. Aċċess tal-URL: 25-06-2011.
- ^ a b c Glanville, pġ. 20
- ^ (Taljan) Storia dei mondiali - 1930 Uruguay. Il Sole 24 Ore. Aċċess tal-URL: 11-06-2011.
- ^ a b c d Freddi, pġ. 12.
- ^ Freddi, pġ. 13.
- ^ Glanville, pġ. 21
- ^ Seleção Brasileira (Brazilian National Team) 1923–1932. RSSSF Brazil, 11-06-2011 (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-14-08-2007)
- ^ (Ingliż) Argentina national Team archive. RSSSF. Aċċess tal-URL: 11-06-2011.
- ^ Dunning, Eric (2003). Routledge (ed.). Sport. p. 46. ISBN 978-0-415-26292-7. Parametru mhux magħruf
|koawturi=
injorat (għajnuna) - ^ a b (Spanjol) 25 datos sobre la Copa Mundial de la FIFA (PDF). FIFA. Aċċess tal-URL: 20-09-2011.
- ^ a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t Dan huwa wieħed minn diversi gowls fuq liema hemm indeċiżjoni u dettalji nieqsa. Il-minuti u l-iskorers użati huma dawk uffiċjali tal-FIFA. Sorsi oħra, bħal RSSSF, jagħtu skorer u/jew ħin differenti. Biex tara aktar: (Ingliż) World Cup 1930 finals. Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation (RSSSF)
- ^ Il-FIFA għall-bidu tat il-gowl fil-15-il minuta lil Tom Florie, imma bidlitu għal Patenaude fl-2006. RSSSF tagħti l-gowl bħala awtogowl ta' Aurelio González.
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- Urugwaj 1930 fuq FIFA.com