Mario Evaristo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Mario Evaristo
Informazzjoni personali
Isem sħiħMarino Evaristo
Twelid10 ta' Diċembru 1908(1908-12-10)
Buenos Aires
PajjiżBandiera tal-Arġentina Arġentina
Mewt30 ta' April 1993 (84 sena)
Quilmes
Tul1.70 m
RwolMidfilder
Klabbs ġovanili
Sportivo Palermo
Klabbs professjonali*
SninKlabbPreżGwls
1926–1931Boca Juniors92(23)
1932Sportivo Barracas?(?)
1933–1935Independiente12(2)
1935–1936Genoa11(4)
1936–1938Antibes?(?)
1938–1939Nice?(?)
Independiente?(?)
Tim nazzjonali
1929–1930Arġentina9(3)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.

Marino "Mario" Evaristo (Buenos Aires, 10 ta' Diċembru 1908Quilmes, 30 ta' April 1993) kien futboler Arġentin li kien jilgħab bħala midfilder. Kien imlaqqam bħala El Galgo.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Wara li beda ma' Sportivo Palermo Buenos Aires, ingħaqad ma' Boca Juniors fejn magħhom qatta' ħames staġuni bejn l-1926 u l-1931. Magħhom rebaħ żewġ kampjonati tad-dilettanti tal-1926 u l-1930, u fl-1931 rebaħ l-ewwel kampjonat professjonali li qatt sar ġewwa l-Arġentina.

Fl-1932 ħalla lil Boca sabiex jingħaqad ma' Sportivo Barracas fejn magħhom rebaħ it-tliet kampjonat professjonali. L-esperjenza tiegħu mal-klabb damet biss sena, fejn fl-aħħar issieħeb mal-Independiente. Anke mat-tim minn Avellaneda qatta' biss staġun wieħed.

Fl-1935 ittrasferixxa l-Ewropa, speċifikament l-Italja, mat-tim ta' Genoa. Magħhom lagħab 11-il darba u skorja 4 gowls. L-esperjenza mar-rossoblu kienet ukoll waħda qasira, u s-sena ta' wara mar Franza ma' Antibes. Iż-żmien fil-kontinent Ewropew spiċċat mal-klabb ta' Nizza fl-1939.

Hu temm il-karriera tiegħu lura f'art twelidu mal-Independiente.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Evaristo lagħab għall-Arġentina 9 darbiet, fejn skorja 3 gowls. Fl-1929, mat-tim nazzjonali hu rebaħ il-Copa América fejn skorja 3 gowls. Is-sena ta' wara ħa sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saru fl-Urugwaj. Mal-albiceleste wasal sal-finali u Evaristo kien fost il-ħdax-il plejer li beda fit-telfa ta' 4–2.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Arġentina Boca Juniors

Arġentina Sportivo Barracas

  • Campeoanto de la AAAF: 1932

Nazzjonal[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]