Preguinho

João Coelho Neto, magħruf komunement bħala Preguinho (Rio de Janeiro, 8 ta' Frar 1905 – Rio de Janeiro, 1 ta' Ottubru 1979) kien futboler Brażiljan li kien jilgħab bħala attakkant.
Bin il-kittieb Brażiljan Coelho Neto, Preguinho twieled fl-1905. Huwa lagħab bejn l-1925 u l-1938 għal Fluminense[1] u skorja 184 gowl. Minbarra l-futbol kien kapaċi jilgħab ukoll il-volibol, il-baskitbol, il-ħoki fost oħrajn. Fl-1952 huwa rċieva t-titlu ta' "Grande Benemérito Atleta".
Għall-Brażil huwa ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja 1930. Hu kien l-ewwel kaptan tat-tim nazzjonali Brażiljan u skorja l-ewwel gowl għall-Brażil f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fil-logħba kontra l-Jugożlavja. Magħhom żied żewġ gowls oħra fil-logħba kontra l-Bolivja.[2]
Huwa miet fl-età ta' 74 sena fid-29 ta' Settembru, 1979. Fl-unur tiegħu, Fluminense ddedikaw statwa.
Statistika[immodifika | immodifika s-sors]
Logħbiet internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Dehriet u gowls internazzjonali – ![]() | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Data | Belt | Ġo darhom | Riżultat | Ospiti | Kompetizzjoni | Gowls |
14 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Jugożlavja ![]() |
2–1 | ![]() |
Tazza tad-Dinja 1930 | 1 |
22 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Brażil ![]() |
4–0 | ![]() |
Tazza tad-Dinja 1930 | 2 |
17 ta' Settembru 1930 | Rio de Janeiro | Brażil ![]() |
4–3 | ![]() |
Logħba ta' ħbiberija | 1 |
Total | Preżenzi | 3 | Gowls | 4 |
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Folha Online, ed. (9 ta' Diċembru 2005). "Especial - 2006 - Copa" (bil-Portugiż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ Statistika fuq FIFA.com