Victoriano Santos Iriarte
Jump to navigation
Jump to search
| |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Victoriano Santos Iriarte | ||
Twelid | 2 ta' Novembru 1902 Canelones | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Mewt | 10 ta' Novembru 1968 (66) Montevideo | ||
Rwol | Attakkant | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1930–1931 | Racing Club | ? | (?) |
1932–1934 | Peñarol | ? | (?) |
Tim nazzjonali | |||
1930–1931 | Urugwaj | 5 | (2[1]) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. |
Victoriano Santos Iriarte (Canelones, 2 ta' Novembru 1902 – Montevideo, 10 ta' Novembru 1968) kien futboler Urugwajan li kien jilgħab bħala attakkant.
Imlaqqam bħala el Canario, mill-isemm ta' belt twelidu, fil-karriera tiegħu lagħab ma' Racing Club u Peñarol. Lagħab mat-tim nazzjonali Urugwajajn fit-Tazza tad-Dinja 1930, fejn skorja żewġ gowls: gowl fis-semifinali kontra l-Jugożlavja (megħluba mill-Urugwaj 6–1) u t-tielet gowl fil-finali kontra l-Arġentina li ta vantaġġ ta' 3–2 lill-Urugwaj. Eventwalment, l-Urugwaj rebħu 4–2 għall-ewwel titlu mirbuħ f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Iriarte lagħab fl-erba' logħbiet tat-Tazza tad-Dinja.
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Tim nazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
- Tazza tad-Dinja: 1930
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ (EN) Uruguay - Record International Players fuq RSSSF
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- (EN) Statistika fuq FIFA.com
- (EN) Victoriano Santos Iriarte fuq National-Football-Teams.com