Aqbeż għall-kontentut

Aurelio González

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aurelio González

González fil-qoxra ta' El Gráfico tal-1929
Informazzjoni personali
Isem sħiħAurelio Ramón González Benítez
Twelid25 ta' Settembru 1905(1905-09-25)
Luque, Paragwaj
Mewt9 ta' Lulju 1997 (91 sena)
Tul1.70 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1920–1926Sportivo Luqueño
1927–1940Olimpia
Tim nazzjonali
1924–1937Paragwaj

Aurelio Ramón González Benítez (twieled fil-25 ta' Settembru 1905 – miet fid-9 ta' Lulju 1997) kien plejer tal-futbol Paragwajan.

González huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-futbol tal-Paragwaj, meqjus it-tieni l-aqwa wara Arsenio Erico. Hu beda l-karriera tiegħu ma' Sportivo Luqueño u wara ngħaqad ma' Olimpia Asunción fejn qatta' l-kumplament tal-karriera tiegħu. Ma' dawn tal-aħħar rebaħ tliet kampjonati konsekuttivi fl-1927, l-1928 u l-1929.

Fil-bidu tas-snin tletin irrifjuta offerta miljunarja minn San Lorenzo de Almagro tal-Arġentina sabiex jiġġieled għal pajjiżu fil-Gwerra taċ-Chaco.[1][2] Hu kien pedina strumentali fit-tim nazzjonali Paragwajan bil-gowls tiegħu matul is-snin għoxrin u tletin, u pparteċipa fit-Tazza tad-Dinja tal-1930.

Fl-irwol ta' kowċ ta' Olimpia, hu wassal lill-klabb għal diversi kampjonati u għall-finali tal-ewwel edizzjoni tal-Copa Libertadores fl-1960.

Olimpia
  1. ^ "La Decada del 20" (bl-Ispanjol). Olimpia. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-12-08. Miġbur 2022-08-21.
  2. ^ "Cronologia de la actuacion paraguaya" (bl-Ispanjol). ABC. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-05-01. Miġbur 2022-08-21.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]