Adalbert Deșu
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 24 ta' Marzu 1909 Gătaia, Awstrija-Ungerija | ||
| Mewt | 6 ta' Ġunju 1937 (28 sena) Timișoara | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 1928–1930 | UDR Reşiţa | ||
| 1930–1933 | Banatul Timişoara | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 1929–1930 | Rumanija | ||
Adalbert Deșu (twieled fl-24 ta' Marzu 1909 – miet fis-6 ta' Ġunju 1937) kien plejer tal-futbol Rumen.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Deșu twieled f'Gătaia b'orġini Ungeriżi.[1] Wara li beda l-karriera tal-futbol f'raħal twelidu, hu mexa f'Reșița u lagħab għal sentejn ma' UDR. Fl-1929, ġie msejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Rumen, fejn skorja fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Bulgarija. Hu ġie wkoll magħżul biex jieħu sehem mat-tim Rumen fit-Tazza tad-Dinja tal-1930. Il-president tal-klabb li kien jilgħab magħhom, Wolfgang Auschnit, irrifjuta li jħallsu s-salarju fiż-żmien li kien qiegħed fit-Tazza tad-Dinja. Deșu skorja l-ewwel gowl tar-Rumanija kontra l-Peru, u lagħab l-aħħar logħba tiegħu mat-tim nazzjonali fit-tieni logħba tat-Tazza tad-Dinja għar-Rumanija, kontra l-Urugwaj.
Wara t-Tazza tad-Dinja, Deșu ħalla 'l-klabb minħabba l-atteġġjament tal-president ta' UDR.[2] Hu ngħaqad ma' Banatul Timişoara, imma fl-1933 kellu jirtira minħabba pnewmonja. Fl-1937, hu miet kawża tal-istess marda fl-età ta' 28 sena.
Logħbiet internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]| Dehriet u gowls internazzjonali – | ||||||
|---|---|---|---|---|---|---|
| Data | Belt | Ġo darhom | Riżultat | Ospiti | Kompetizzjoni | Gowls |
| 15 ta' Settembru 1929 | Sofija | Bulgarija | 2–3 | Logħba ta' ħbiberija | 1 | |
| 6 ta' Ottubru 1929 | Bukarest | Rumanija | 2–1 | Tazza tal-Balkani 1929–31 | 0 | |
| 4 ta' Mejju 1930 | Belgrad | Jugożlavja | 2–1 | Tazza tar-Re Alessandru 1930 | 1 | |
| 25 ta' Mejju 1930 | Bukarest | Rumanija | 8–1 | Tazza tal-Balkani 1929–31 | 0 | |
| 14 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Perù | 1–3 | Tazza tad-Dinja 1930 | 1 | |
| 21 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Urugwaj | 4–0 | Tazza tad-Dinja 1930 | 0 | |
| Total | Preżenzi | 6 | Gowls | 3 | ||
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ László Gál (2010). Montevideótól Johannesburgig - Érdekességek a futball vb-k világából (bl-Ungeriż). Budapest: Aposztróf. p. 154. ISBN 9786155056024.
- ↑ "Senzational 2" (bir-Rumen). Agenda. 2006-05-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-13.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Adalbert Deșu – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
- Adalbert Deșu fuq National-Football-Teams.com