Aqbeż għall-kontentut

Ángel Bossio

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ángel Bossio

Ángel Bossio fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1928
Informazzjoni personali
Isem sħiħÁngel Luis Bossio
Twelid5 ta' Mejju 1905(1905-05-05)
Buenos Aires, Arġentina
Mewt31 ta' Awwissu 1978 (73 sena)
Avellaneda
Tul1.78 m
RwolGowler
Mixtliet
1920Banfield
1922Talleres
1923Progresista
Karriera professjonali
SninKlabb
1924–1932Talleres
1932–1936River Plate
1937–1938Talleres
Tim nazzjonali
1927–1935Arġentina

Ángel Luis Bossio (twieled fil-5 ta' Mejju 1905 – miet fil-31 ta' Awwissu 1978) kien plejer tal-futbol Arġentin.

Magħruf bħala La maravilla elástica għall-aġilità u r-riflessi tiegħu,[1] Bossio beda jilgħab il-futbol ta' ħmistax-il sena, fl-1920, ma' Banfield. Fl-1922 ingħaqad ma' Talleres u sena wara ma' Progresista.[1] Fl-1924 irritorna ma' Talleres fejn din xprunat il-karriera tiegħu.[1][2] Magħhom hu rebaħ il-promozzjoni fl-1925 għall-Ewwel Diviżjoni u fl-1950 laħqu l-ħames post fil-klassifika.[3] Fl-1932 issieħeb ma' River Plate fejn fi tliet snin lagħab 106 logħba u rebaħ il-kampjonat fl-ewwel sena tiegħu mal-klabb. Hu temm il-karriera lura ma' Talleres, fejn lagħab sena waħda biss minħabba li rtira wara uġigħ fl-irkoppa x-xellugija.[1]

Fuq livell internazzjonali hu lagħab għal ħames snin mat-tim nazzjonali tal-Arġentina, bejn l-1927 u l-1935, b'total ta' 21 logħba. Man-nazzjonali hu rebaħ il-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta' Amsterdam, kiseb it-tieni post fl-ewwel Tazza tad-Dinja tal-1930 li saret fl-Urugwaj u rebaħ il-Copa América darbtejn (fl-1927 u l-1929).[2]

River Plate
Arġentina
  1. ^ a b ċ d "Recordando a "La Maravilla Elástica": 31 años del fallecimiento de Ángel Bosio" (bl-Ispanjol). 2009-08-31. Miġbur 2022-08-24.
  2. ^ a b "Ángel Bossio, "La maravilla elástica", en Ayacucho (1929)" (bl-Ispanjol). 2011-03-02. Miġbur 2022-08-24.
  3. ^ "Aniversario: Talleres de Remedios de Escalada. Un club centenario" (bl-Ispanjol). Clarín. 2006-02-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-25. Miġbur 2022-08-24.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]