Aqbeż għall-kontentut

Pedro Cea

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Pedro Cea
Informazzjoni personali
Isem sħiħJosé Pedro Cea
Twelid1 ta' Settembru 1900(1900-09-01)
Redondela, Spanja
Mewt18 ta' Settembru 1970 (70 sena)
Montevideo
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
Nacional
Tim nazzjonali
1923–1932Urugwaj
Timijiet ikkowċjati
1941–1942Urugwaj

José Pedro Cea (twieled fl-1 ta' Settembru 1900 – miet fit-18 ta' Settembru 1970) kien plejer u kowċ tal-futbol Urugwajan.

Rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-futbol Urugwajani ta' kull żmien, Cea trabba fil-logħba tal-futbol ma' Lito ġewwa Montevideo, fejn irnexxielu jsib post mat-tim nazzjonali. Fl-1929 ingħaqad ma' Nacional fejn magħhom rebaħ żewġ kampjonati, fl-1933 u fl-1934. Fl-1935 irtira għal-kollox mill-futbol milgħub.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Mas-Celeste rebaħ żewġ edizzjonijiet konsekuttivi tal-Copa América, magħrufa dak iż-żmien bħala Campeonato Sudamericano de Football, fl-1923 u fl-1924. Rebaħ ukoll il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Pariġi 1924, u reġa' għal darb'oħra erba' snin wara fl-edizzjoni ta' Amsterdam.

Fl-1930 rebaħ it-titlu tat-Tazza tad-Dinja mal-Urugwaj, fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. B'5 gowls, fosthom gowl fil-finali kontra l-Arġentina, hu spiċċa t-tieni l-aqwa skorer wara l-Arġentin Guillermo Stábile. Cea lagħab l-aħħar logħba internazzjonali tiegħu fl-1932, biex ġabar 27 preżenza għat-tim Urugwajan.[1]

Cea serva bħala kowċ tat-tim nazzjonali tal-Urugwaj bejn l-1941 u l-1942, fejn wassal lit-tim għar-rebħ tal-edizzjoni tal-1942 tal-Campeonato Sudamericano.

Nacional

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
Urugwaj

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]