Home Nations

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mappa li turi l-Home Nations tar-Renju Unit.
     L-Ingilterra      L-Irlanda ta' Fuq      L-Iskozja      Wales

Il-Home Nations huwa terminu wżat fir-Renju Unit li jirreferi għall-erba' nazzjonijiet kostitwenti li jiffurmaw parti mill-pajjiż bħala entitajiet separati u distinti. F'xi okkażjonijiet tintuża Home Countries minflok Home Nations.[1] Il-Home Nations huma l-Ingilterra, l-Irlanda ta' Fuq, l-Iskozja u Wales.

L-istampa Brittanika tuża' b'mod frekwenti t-terminu Home Nations sabiex tinkludi l-gżira sħiħa tal-Irlanda, speċjalment waqt avvenimenti sportivi fejn din hija rappreżentata waħedha, bħar-rugby, minkejja li r-Repubblika tal-Irlanda ma tagħmilx parti mir-Renju Unit. Ir-Repubblika tal-Irlanda għandha konnessjoni waħdieni mal-isport Brittaniku: l-avvenimenti sportivi Irlandiżi huma mxandra kostantement mill-istazzjonijiet televiżivi Britanniċi u l-istess tagħmel il-midja Irlandiża għall-Premiership Rugby u l-Premier League.

Sport[immodifika | immodifika s-sors]

It-terminu Home Nations huwa wżat f'avvenimenti sportivi li kull nazzjon Brittaniku huwa preżenti, bħas-Six Nations tar-rugby union jew fil-British Home Championship tal-futbol.

Bejn l-1883 u l-1909, is-Six Nations kien isir bejn l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Iskozja u Wales u kien magħruf bħala l-Home Nations Championship. Sussegwentament, Franza u l-Italja daħlu jagħmlu parti fl-1932 u l-2000 rispettivament. Minkejja li fl-1922 l-Irlanda kienet maqsuma fi tnejn (l-Irlanda ta' Fuq u l-Istat Ħieles tal-Irlanda, li fl-1949 saret ir-Repubblika tal-Irlanda) tim wieħed baqa' jieħu sehem.

Fil-futbol, il-British Home Championship kienet kompetizzjoni ta' kull sena bejn l-erba' rappreżentanti Britanniċi tal-Ingilterra, l-Iskozja, Wales u l-Irlanda (aktar tard l-Irlanda ta' Fuq). Dan it-turnew sar bejn l-1884 u l-1914, l-1919 u l-1939 u l-1946 u l-1984.

Sports oħrajn jużaw id-definizzjoni tal-Home Nations bħall-boksing, il-krikit, il-curling,[2] iċ-ċikliżmu, sport għal nies b'diżabilità, l-iskerma, il-hockey, il-golf, il-qdif, ir-rugby league, l-iskijjar, l-għawm u t-tennis. It-terminu jintuża wkoll biex jindika s-seba' rappreżentanti tal-gżejjer Brittaniċi fil-Logħob tal-Commonwealth – l-Ingilterra, l-Irlanda ta' Fuq, l-Iskozja, Wales, l-Isle of Man, Jersey u Gurnsey.[1]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b "Historic rivalries between the home nations and the Commonwealth were once again centre stage with the Home Countries having great success" (bl-Ingliż). British Cycling. 2006. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-12-06.
  2. ^ "Home nations fans 'back England'" (bl-Ingliż). BBC Sport website. 2006-03-30.